This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32005R0012
Commission Regulation (EC) No 12/2005 of 6 January 2005 amending Regulations (EC) No 809/2003 and (EC) No 810/2003 as regards the extension of the validity of the transitional measures for composting and biogas plants under Regulation (EC) No 1774/2002 of the European Parliament and of the CouncilText with EEA relevance
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 12/2005 tas- 6 ta' Jannar 2005 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 809/2003 u (KE) Nru 810/2003 għal dak li jirrigwarda l-estensjoni tal-validità tal-miżuri transitorji għall-impjanti ta’ kompostaġġ u tal-produzzjoni ta’ bijogass taħt ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Test b’relevanza għaż-ŻEE.
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 12/2005 tas- 6 ta' Jannar 2005 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 809/2003 u (KE) Nru 810/2003 għal dak li jirrigwarda l-estensjoni tal-validità tal-miżuri transitorji għall-impjanti ta’ kompostaġġ u tal-produzzjoni ta’ bijogass taħt ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Test b’relevanza għaż-ŻEE.
ĠU L 5, 7.1.2005, p. 3–4
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 275M, 6.10.2006, p. 1–2
(MT)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2005
6.10.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 12/2005
tas-6 ta' Jannar 2005
li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 809/2003 u (KE) Nru 810/2003 għal dak li jirrigwarda l-estensjoni tal-validità tal-miżuri transitorji għall-impjanti ta’ kompostaġġ u tal-produzzjoni ta’ bijogass taħt ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru. 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Ottubru 2002 li jfassal regoli tas-saħħa dwar prodotti sekondarji ta’ l-annimali mhux intenzjonati għall-konsum uman (1), u b’ mod partikolari l-Artikolu 32(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru. 1774/2002 jipprovdi r-regoli tas-saħħa dwar prodotti ta’ l-annimali mhux intenzjonati għall-konsum uman. In vista tan-natura stretta ta’ dawk ir-regoli, ġew konċessi miżuri transitorji. |
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 809/2003 tat-12 ta’ Mejju 2003 dwar miżuri transitorji taħt ir-Regolament (KE) Nru. 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għal dak li jirrigwarda l-istandards ta’ ipproċessar għall-materjal u fertilizzant tal-Kategorija 3 użati f’impjanti ta’ kompostaġġ (2) jippermetti żmien għall-industrija sabiex taġġusta u tiżviluppa standards alternattivi ta’ proċessar għall-materjal u fertilizzant tal-Kategorija 3 użati f’impajnti ta’ kompostaġġ sal-31 ta’ Diċembru 2004. |
(3) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 810/2003 tat-12 ta’ Mejju 2003 dwar miżuri transitorji taħt ir-Regolament (KE) Nru. 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għal dak li jirrigwarda standards ta’ ipproċessar għall-materjal u fertilizzant tal-Kategorija 3 użati f’impjanti tal-produzzjoni ta’ bijogass (3) jippermetti żmien għall-industrija sabiex taġġusta u tiżviluppa standards alternattivi ta’ proċessar għall-materjal u fertilizzant tal-Kategorija 3 użati f’impajnti tal-produzzjoni ta’ biogass sal-31 ta’ Diċembru 2004. |
(4) |
Il-Kummissjoni talbet l-opinjoni ta’ l-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà ta’ l-Ikel (EFSA) sabiex tagħmel possibbli li jkun hemm standards ta’ proċessar alternattivi għall-impjanti ta’ kompostaġġ u tal-produzzjoni ta’ bijogass. L-opinjoni ta’ l-EFSA hija mistennija għall-aħħar ta’ l-2004. Sakemm ikun hemm opinjoni ta’ l-EFSA, Stati Membri u operaturi saqsew lill-Kummissjoni sabiex testendi l-validità tal-miżuri transitorji pprovduti fir-Regolamenti (KE) Nru. 809/2003 u (KE) Nru. 810/2003 sabiex tiġi evita xkiel għall-kummerċ. |
(5) |
Għalhekk, il-miżuri transitorji pprovduti fir-Regolamenti (KE) Nru. 809/2003 u (KE) Nru. 810/2003 għandhom jiġu estiżi għal perjodu ta’ żmien sabiex jagħmilha possibbli għall-Istati Membri li jawtoriżżaw operaturi sabiex ikomplu japplikaw regoli nazzjonali għall-istandards ta’ ipproċessar għall-materjali u fertilizzant tal-Kategorija 3 użati f’ impjanti ta’ kompostaġġ u tal-produzzjoni ta’ bijogass. |
(6) |
Il-miżuri provduti f’ dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u tas-Saħħa ta’ l-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru. 809/2003 huwa emendat kif ġej: Fl-Artikolu 1(1), fl-Artikolu 3(2) u fl-Artikolu 4, id-data “31 ta’ Diċembru 2004” hija mibdula bid-data “31 ta’ Diċembru 2005”.
Artikolu 2
Ir-Regolament (KE) Nru 810/2003 hija emendata kif ġej: Fl-Artikolu 1(1), fl-Artikolu 3(2) u fl-Artikolu 4, id-data “31 ta’ Diċembru 2004” hija mibdula bid-data “31 ta’ Diċembru 2005”.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara il-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, nhar is-6 ta' Jannar 2005.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 273, 10.10.2002, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 668/2004 (ĠU L 112, 19.4.2004, p. 1).
(2) ĠU L 117, 13.5.2003, p. 10.
(3) ĠU L 117, 13.5.2003, p. 12.