Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005L0087

    2005/87/KE: Direttiva tal-Kummissjoni 2005/87/KE tal- 5 ta’ Diċembru 2005 li temenda l-Anness I tad-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sustanzi mhux mixtieqa fl-għalf għall-bhejjem fir-rigward taċ-ċomb, il-fluworu u l-kadmju Test b’rilevanza ghaż-ŻEE.

    ĠU L 321M, 21.11.2006, p. 321–326 (MT)
    ĠU L 318, 6.12.2005, p. 19–24 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2005/87/oj

    21.11.2006   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    321


    DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2005/87/KE

    tal-5 ta’ Diċembru 2005

    li temenda l-Anness I tad-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sustanzi mhux mixtieqa fl-għalf għall-bhejjem fir-rigward taċ-ċomb, il-fluworu u l-kadmju

    (Test b’rilevanza ghaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Mejju 2002 dwar il-prodotti mhux mixtieqa fl-għalf għall-bhejjem (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(1) tagħha,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru ta’ l-2003 dwar l-addittivi għall-użu fin-nutriment ta’ l-annimali (2), u b’mod partikolari it-tielet sentenza ta’ l-Artikolu 13(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Id-Direttiva 2002/32/KE tistipola li l-użu ta’ prodotti li huma intenzjonati għall-għalf tal-bhejjem li fihom livelli ta’ sustanzi mhux mixtieqa li jaqbżu l-livelli massimi stipolati fl-Anness I miegħu huwa pprojbit.

    (2)

    Meta d-Direttiva 2002/32/KE ġiet adottata, il-Kummissjoni ddikjarat li d-dispożizzjonijiet stipolati fl-Anness I għal dik id-Direttiva għandhom jiġu riveduti fuq il-bażi ta’ l-assessjar tar-riskju xjentifiku aġġornat u billi tittieħed in konsiderazzjoni l-projbizzjoni ta’ kull dilwizzjoni ta’ prodotti kkontaminati li mhumiex f’konformità li huma intenzjonati għall-għalf tal-bhejjem.

    (3)

    Il-Bord Xjentifiku dwar l-aġenti ta’ kontaminazzjoni fil-Katina Alimentari ta’ l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà ta’ l-Ikel (EFSA) adotta opinjoni fuq talba tal-Kummissjoni relatata maċ-ċomb bħala sustanza mhux mixtieqa fl-għalf għall-bhejjem fit-2 ta' Ġunju 2004.

    (4)

    Il-kontaminazzjoni ta’ l-ikel biċ-ċomb hija materja ta’ tħassib li tikkonċerna s-saħħa pubblika. Iċ-ċomb jakkumula sa ċertu punt fit tessut tal-kliewi u tal-fwied, it-tessuti tal-muskoli fihom ammonti residwali żgħar ħafna ta’ ċomb u l-preżenza fil-ħalib ta’ l-omm hija limitata. Għalhekk l-ikel li joriġina minn annimali m’huwiex sors ewlieni ta’ espożizzjoni tal-bniedem għaċ-ċomb.

    (5)

    Jidher li l-bhejjem ta’ l-ifrat u n-nagħaġ huma l-iktar speċi ta’ annimali sensittivi fir-rigward tat-tossiċità taċ-ċomb akuta. Intossifikazzjonijiet individwali ġew irrappurtati, li jirriżultaw minn diġezzjoni ta’ materjal ta’ l-għalf li joriġina minn żoni mniġġsa jew d-diġezzjoni aċċidentarja ta’ egħjun taċ-ċomb. Iżda l-livelli misjuba fil-materjali ta’ l-għalf għall-bhejjem kummerċjali fl-Unjoni Ewropea ma jwasslu għal ebda sintomi ta’ tossiċità klinika.

    (6)

    Id-dispożizzjonijiet legali eżistenti fir-rigward taċ-ċomb fil-prodotti li huma intenzjonati għall-għalf tal-bhejjem huma ġeneralment xierqa sabiex jaċċertaw li dawn il-prodotti ma jippreżentaw ebda periklu għas-saħħa tal-bniedem, ta’ l-annimali jew effetti ħżiena fuq il-produzzjoni tal-bhejjem.

    (7)

    Il-bhejjem ta’ l-ifrat u n-nagħaġ jidhru li huma l-iktar speċi ta’ annimali sensittiva u l-għalf l-aħdar jifforma parti kbira tar-razzjon ta’ kuljum tagħhom, huwa importanti li tiġi stipulata analiżi bil-ħsieb ta' aktar riduzzjoni possibbli fil-ġejjieni tal-livelli massimi ta’ ċomb fl-għalf aħdar.

    (8)

    Aktar minn hekk, huwa xieraq li jiġu stabbiliti l-livelli massimi ta’ ċomb għall-addittivi li jagħmlu parti mill-grupp funzjonali ta’ l-elementi traċċa, l-aġenti kontra t-tagħqid u dawk għas-solidifikazzjoni u għall-komponenti ta’ qabel it-taħlit. Il-livell massimu stabbilit għall-komponenti ta’ qabel it-taħlit jieħu in konsiderazzjoni l-addittivi bl-ogħla livell ta’ ċomb u mhux is-sensittività għaċ-ċomb ta’ l-ispeċi differenti ta’ l-annimali. Sabiex jiġu protetti s-saħħa ta’ l-annimali u tal-pubbliku, hija għalhekk ir-responsabbiltà tal-produttur tal-komponenti ta’ qabel it-taħlit li jaċċerta li, flimkien mal-konformità mal-livelli massimi fil-komponenti ta’ qabel it-taħlit, l-istruzzjonijiet għall-użu tal-komponenti ta’ qabel it-taħlit ikunu f’konformità mal-livelli massimi għall-għalf tal-bhejjem kumplimentarju u komplut.

    (9)

    Il-Bord Xjentifiku dwar l-aġenti ta’ kontaminazzjoni fil-Katina Alimentari ta’ l-EFSA adotta opinjoni fuq talba tal-Kummissjoni relatata mal-fluworu bħala sustanza mhux mixtieqa fl-għalf għall-bhejjem fit-22 ta' Settembru 2004.

    (10)

    Il-fluworu jakkumula b’ mod partikolari fit-tessut li jikkalċifika. Kantrarjament, it-trażmissjoni f’tessut li jittiekel inkluż il-ħalib u l-bajd hija limitata. Għalhekk, il-konċentrazzjonijiet tal-fluworu fl-ikel li joriġina mill- annimali jikkontribwixxi biss marġinalment għall-espożizzjoni tal-bniedem.

    (11)

    Fl-Unjoni Ewropea, il-livelli tal-fluworu fil-mergħat, fil-pjanti erbaċej u fl-għalf kompost huma ġeneralment baxxi u għalhekk l-espożizzjoni sussegwenti ta’ l-annimali għall-fluworu hija ġeneralment iktar baxxa mill-livelli li jikkawżaw effetti detrimentali. Iżda, f’ċerti żoni ġeografiċi distinti u li huma inċidentalment qrib siti industrijali b’emissjoni ta’ fluworu għolja, l-espożizzjoni eċċessiva għall-fluworu hija assoċjata ma’ annormalitajiet dentali u skeletrali.

    (12)

    Id-dispożizzjonijiet legali eżistenti fir-rigward tal-fluworu fil-prodotti li huma intenzjonati għall-għalf tal-bhejjem huma xierqa sabiex jaċċertaw li dawn il-prodotti ma jippreżentaw ebda periklu għas-saħħa tal-bniedem, ta’ l-annimali jew effetti ħżiena fuq il-produzzjoni tal-bhejjem.

    (13)

    Il-proċedura ta’ estrazzjoni użata għandha influwenza kbira ħafna fuq ir-riżultat analitiku u huwa għalhekk xieraq li tiġi stabbilita l-proċedura ta’ estrazzjoni. Proċeduri ekwivalenti b’effiċjenza ta' estrazzjoni li ġiet dimostrata li hija l-istess jistgħu jintużaw.

    (14)

    Il-livell tal-fluworu fil-krotaċej tal-baħar bħalma huma l-annimali li jissejħu frott il-baħar għandu jiġi emendat sabiex jittieħdu in konsiderazzjoni tekniki ġodda ta’ proċessar biex jittejbu l-kwalità nutrittiva u jitnaqqas it-telf tal-bijomassa iżda li jirriżultaw ukoll f’livelli ogħla ta’ fluworu fil-prodott aħħari.

    (15)

    Id-Direttiva tal-Kummissjoni 84/547/KE tas-26 ta’ Ottubru 1984 temenda l-Annessi għad-Direttiva tal-Kunsill 70/542/KEE li jikkonċernaw l-addittivi fl-għalf tal-bhejjem (3) tistabbilixxi livell massimu ta' fluworu fil-vermiculite (E561). L-ambitu tad-Direttiva 2002/32/KE jipprovdi għall-possibbiltà ta’ stabbiliment ta’ livelli massimi ta’ sustanzi mhux mixtieqa fl-addittivi fl-għalf tal-bhejjem u r-regoli li jiggvernaw is-sustanzi mhux mixtieqa għandhom jinġabru f’test wieħed għal aktar ċarezza.

    (16)

    Il-Bord Xjentifiku dwar l-aġenti ta’ kontaminazzjoni fil-Katina Alimentari ta’ l-EFSA adotta opinjoni fuq talba tal-Kummissjoni relatata mal-kadmju bħala sustanza mhux mixtieqa fl-għalf għall-bhejjem fit-2 ta' Ġunju 2004.

    (17)

    Il-kontaminazzjoni ta’ l-ikel bil-kadmju hija materja ta’ tħassib li tikkonċerna s-saħħa pubblika. L-akkumulazzjoni tal-kadnju fit-tessuti ta’ l-annimali hija funzjoni tal-konċentrazzjoni fid-dieta u t-tul ta’ żmien ta’ l-espożizzjoni. Il-ħajja qasira ta’ annimali bħalma huma l-ħnieżer għat-tismin u t-tjur timminimizza r-riskju ta’ konċentrazzjonijiet mhux mixtieqa tal-kadmju fit-tessuti li jittieklu ta’ dawn l-annimali. Iżda ir-ruminanati u ż-żwiemel jistgħu jiġu esposti matul il-ħajja tagħhom għall-kadmju li huwa preżenti fil-mergħat. F’reġjuni distinti dan jista’ jirriżulta f’ akkumulazzjoni mhux mixtieqa tal-kadmju partikolarment fil-kliewi.

    (18)

    Il-kadmju huwa tossiku għall-ispeċi ta’ l-annimali kollha. F’bosta speċi ta’ annimali domestiċi, li jinkludu l-ħnieżer li huma kkunsidrati l-iktar speċi sensittiva, l-iktar sintomi kliniċi evidenti mhumiex probabbli li jiġu osservati jekk il-konċentrazzjonijiet tal-kadmju fid-dieta tibqa’ taħt il-5mg/kg ta’ għalf.

    (19)

    Id-dispożizzjonijiet legali eżistenti fir-rigward tal-kadmju fil-prodotti li huma intenzjonati għall-għalf tal-bhejjem huma xierqa sabiex jaċċertaw li dawn il-prodotti ma jippreżentaw ebda periklu għas-saħħa tal-bniedem u ta’ l-annimali jew ma jaffettwawx ħażin il-produzzjoni tal-bhejjem.

    (20)

    Ebda livell massimu ma ġie stabbilit attwalment għall-ikel tal-pets u materjali ta’ l-għalf ta’ oriġini minerali għajr il-fosfati. Huwa xieraq li jiġi stabbilit livell massimu għal dawn il-prodotti li huma intenzjonati għall-għalf ta’ l-annimali. Huwa xieraq li jiġi emendat il-livell massimu attwali tal-kadmju fl-għalf tal-ħut sabiex jittieħdu in konsiderazzjoni l-iżviluppi reċenti fil-formulazzjoni ta’ l-għalf tal-ħut li jinkludi proporzjonijiet ogħla ta' żjut tal-ħut u ta’ għalf mill-ħut. Aktar minn hekk, huwa xieraq li jiġu stabbiliti l-livelli massimi tal-kadmju għall-addittivi li jagħmlu parti mill-grupp funzjonali ta’ l-elementi traċċa, l-aġenti għat-tagħqid u kontra s-solidifikazzjoni u għall-komponenti ta’ qabel it-taħlit. Il-livell massimu stabbilit għall-komponenti ta’ qabel it-taħlit jieħu in konsiderazzjoni l-addittivi bl-ogħla livell ta’ kadmju u mhux is-sensittività għall-kadmju ta’ l-ispeċi differenti ta’ annimali. Kif stipolat mill-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar l-addittivi għall-użu fin-nutriment ta' l-annimali, sabiex jiġu protetti s-saħħa ta' l-annimali u tal-pubbliku, hija r-responsabbiltà tal-produttur tal-komponenti ta’ qabel it-taħlit li jaċċerta li, flimkien mal-konformità mal-livelli massimi tal-komponenti ta’ qabel it-taħlit, l-istruzzjonijiet għall-użu tal-komponenti ta’ qabel it-taħlit ikunu f’konformità mal-livelli massimi għall-oġġetti ta’ l-għalf għall-bhejjem kumplimentarji u sħaħ

    (21)

    Id-Direttiva 2002/32/KE u d-Direttiva 84/547/KEE għandhom għalehkk jiġu emendati skond dan.

    (22)

    Il-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness I għad-Direttiva 2002/32/KE huwa emendat kif stipolat fl-Anness għal din id-Direttiva.

    Artikolu 2

    Mingħajr preġudizzju għall-kondizzjonijiet l-oħrajn għall-awtorizzazzjoni ta’ l-addittiv vermiculite, li jagħmel parti mill-grupp ta’ aġenti għat-tagħqid, kontra s-solidifikazzjoni u l-koagulanti, stipolati fid-Direttiva 70/524/KEE, il-kontenut massimu ta’ fluworu għandu jiġi stipolat kif iffissat fl-Anness għal din id-Direttiva.

    Artikolu 3

    1.   L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti, u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex ikunu f’konformità ma’ din id-Direttiva sa mhux iktar tard minn tnax–il xahar mid-dħul fis-seħħ. Għandhom mingħajr dew mien jipprovdu lill-Kummissjoni bit-test ta' dawn id-dispożizzjonijiet u tabella korrispendenti bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

    Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-disposizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha issir referenza bħal din.

    2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

    Artikolu 4

    Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-publikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 5

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, nhar il-5 ta’ Diċembru 2005.

    Għall-Kummissjoni

    Markos KYPRIANOU

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 140, tat-30.5.2002, p. 10. Direttiva kif ġiet l-aħħar emendata bid-Direttiva 2005/8/KE (ĠU L27, tad-29.1.2005, p. 44).

    (2)  ĠU L 268, tat-18.10.2003, p. 29. Regolament kif l-aħħar emendat mir-Reglament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2005 (ĠU L 59, tal-5.3.2005, p. 8).

    (3)  ĠU L 297, tal-15.11.1984, p. 40.


    ANNESS

    L-Anness I għad-Direttiva 2002/32/KE hu emendat kif ġej:

    (1)

    Filliera 2, ċomb, jinbidel b’li ġej:

    Sustanzi mhux mixtieqa

    Prodotti intenzjonati għall-għalf tal-bhejjem

    Kontenut massimu fi mg/kg (ppm) li huma relattivi għal oġġett ta’ l-għalf b’ kontenut ta’ umdità ta’ 12 %

    (1)

    (2)

    (3)

    “2.

    Ċomb (*)

    Materjali ta’ l-għalf bl-eċċezzjoni ta’:

    10

    l-għalf aħdar (**)

    30  (***)

    il-fosfati u algi tal-baħar kalkarji

    15

    il-karbonat tal-kalċju

    20

    il-ħmira

    5

    Addittivi li jagħmlu parti mill-grupp funzjonali ta’ komposti ta’ l-emementi traċċa, ħlief

    100

    l-ossidu taż-żingu

    400  (***)

    l-ossidu manganeżju, il-karbonat tal-ħadid, il-karbonat tar-ram

    200  (***)

    Addittivi li jagħmlu parti mill-gruppi funzjonali ta’ l-aġenti ta’ tagħqid u dawk kontra s-solidifikazzjoni ħlief

    30  (***)

    il-klinoptilolite ta’ oriġini vulkanika

    60  (***)

    Komponenti ta’ qabel it-taħlit

    200  (***)

    Oġġetti ta’ l-għalf kumplimentarji ħlief

    10

    oġġetti ta’ l-għalf minerali

    15

    Oġġetti ta’ l-għalf sħaħ

    5

    (2)

    Filliera 3, Fluworu, jinbidel b’li ġej:

    Sustanzi mhux mixtieqa

    Prodotti intenzjonati għall-għalf tal-bhejjem

    Kontenut massimu fi mg/kg (ppm) li huma relattivi għal oġġett ta’ l-għalf b’kontenut ta’ umdità ta’ 12 %

    (1)

    (2)

    (3)

    “3.

    Fluworu (****)

    Materjali ta’ l-għalf bl-eċċezzjoni ta’

    150

    l-oġġetti ta’ l-għalf li joriġinaw minn annimali bl-eċċezzjoni ta’ krostaċeji tal-baħar bħal frott il-baħar

    500

    il-krostaċeji tal-baħar bħalma huwa frott il-baħar

    3 000

    il-fosfati

    2 000

    il-karbonat tal-kalċju

    350

    l-ossidu tal-manjeżju

    600

    l-algi tal-baħar kalkarji

    1 000

    il-vermikulite (E 561)

    3 000  (*****)

    L-oġġetti ta’ l-għalf kumplimentarji

     

    li fihom ≤ 4 % fosfru

    500

    li fihom > 4 % fosfru

    125 kull 1 % fosfru

    Oġġetti ta’ l-għalf sħaħ ħlief

    150

    oġġetti ta’ l-għalf sħaħ għall-bhejjem ta’ l-ifrat, in-nagħaġ u l-mogħoż

     

    – –

    fit-treddigħ

    30

    – –

    oħrajn

    50

    oġġetti ta’ l-għalf sħaħ għall-ħnieżer

    100

    oġġetti ta’ l-għalf sħaħ għat-tjur

    350

    oġġetti ta’ l-għalf sħaħ għall-flieles

    250

    (3)

    Filliera 6, kadmju, jinbidel b’li ġej:

    Sustanzi mhux mixtieqa

    Prodotti intenzjonati għall-għalf tal-bhejjem

    Kontenut massimu fi mg/kg (ppm) li huma relattivi għal oġġett ta’ l-għalf b’ kontenut ta’ umdità ta’ 12 %

    (1)

    (2)

    (3)

    “6.

    Kadmju (******)

    Materjali ta’ l-għalf ta’ oriġini veġetali

    1

    Materjali ta’ l-għalf ta’ oriġini mill-annimali

    2

    Materjali ta’ l-għalf ta’ oriġini minerali ħlief

    2

    il-fosfati

    10

    Addittivi li jagħmlu parti mill-grupp funzjonali ta’ komposti ta’ l-emementi traċċa, ħlief

    10

    l-ossidu tar-ram, l-ossidu manganeżju, l-ossidu taż-żingu u l-monoidrat sulfat tal-manganeżju

    30  (*******)

    Addittivi li jagħmlu parti mill-gruppi funzjonali ta’ l-aġenti ta’ tagħqid u dawk kontra s-solidifikazzjoni

    2

    Komponenti ta’ qabel it-taħlit

    15  (*******)

    Oġġetti ta’ l-għalf minerali

     

    li fihom < 7 % fosfru

    5

    li fihom ≥ 7 % fosfru

    0,75 kull 1 % fosofru, massimu ta’ 7,5

    Oġġetti ta’ l-għalf kumplimentarji għall-pets

    2

    Oġġetti ta’ l-għalf kumplimentarji oħrajn

    0,5

    Oġġetti ta’ l-għalf sħaħ għall-bhejjem ta’ l-ifrat, in-nagħaġ u l-mogħoż u oġġetti ta’ l-għalf għall-ħut ħlief

    1

    oġġetti ta’ l-għalf sħaħ għall-pets

    2

    Oġġetti ta’ l-għalf sħaħ għall-għoġġiela, il-ħrief u l-gidjien u oġġetti ta’ l-għalf sħaħ oħrajn

    0,5


    (*)  Livelli massimi jirreferu għad-determinazzjoni analitika taċ-ċomb, fejn l-estrazzjoni ssir fl-aċdu nitriku (5 % w/w) għal 30 minuta f’ temperatura tat-tgħolija. Proċeduri ta’ estrazzjoni ekwivalenti jistgħu jiġu applikati fejn jista’ jiġi dimostrat li l-proċedura ta’ estrazzjoni applikata jkollha l-istess effiċenza ta' estrazzjoni.

    (**)  l-għalf aħdar jinkldi prodotti li huma intenzjonati għall-għalf ta’ l-annimali, inkluż it-tiben, il-ħaxix ta’ l-għalf maħżun, il-ħaxix frisk, eċċ

    (***)  Il-livelli għandhom jiġu riveduti sal-31 ta’ Diċembru 2007 bil-għan li jitnaqqsu l-livelli massimi.”

    (****)  Livelli massimi jirreferu għad-determinazzjoni analitika tal-fluworu, fejn l-estrazzjoni ssir bl-aċdu idrokloriku 1 N għal 20 minuta f’temperatura ambjentali. Proċeduri ta’ estrazzjoni ekwivalenti jistgħu jiġu applikati fejn jista’ jiġi dimostart li l-proċedura ta’ estrazzjoni użata tagħti l-istess effiċjenza ta’ estrazzjoni.

    (*****)  Il-livelli għandhom jiġu riveduti sal-31 ta’ Diċembru 2007 bil-għan li jitnaqqsu l-livelli massimi.”

    (******)  Livelli massimi jirreferu għad-determinazzjoni analitika tal-kadmju, fejn l-estrazzjoni ssir fl-aċdu nitriku (5 % w/w) għal 30 minuta f’ temperatura tat-tgħolija. Proċeduri ta’ estrazzjoni ekwivalenti jistgħu iġu applikati fejn jista’ jiġi dimostrat lil-proċedura ta’ estrazzjoni applikata jkollha l-istess effiċenza ta' estrazzjoni.

    (*******)  Il-livelli għandhom jiġu riveduti sal-31 ta’ Diċembru 2007 bil-għan li jitnaqqsu l-livelli massimi.”


    Top