This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32005L0079
Commission Directive 2005/79/EC of 18 November 2005 amending Directive 2002/72/EC relating to plastic materials and articles intended to come into contact with food (Text with EEA relevance)
2005/79/KE: Direttiva tal-Kummissjoni 2005/79/KE tat- 18 ta’ Novembru 2005 li temenda d-Direttiva 2002/72/KE dwar materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba sabiex jiġu f’ kuntatt ma’ oġġetti ta’ l-ikel Test b’rilevanza għaż-ŻEE.
2005/79/KE: Direttiva tal-Kummissjoni 2005/79/KE tat- 18 ta’ Novembru 2005 li temenda d-Direttiva 2002/72/KE dwar materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba sabiex jiġu f’ kuntatt ma’ oġġetti ta’ l-ikel Test b’rilevanza għaż-ŻEE.
ĠU L 302, 19.11.2005, pp. 35–45
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO)
ĠU L 321M, 21.11.2006, pp. 163–173
(MT)
No longer in force, Date of end of validity: 30/04/2011; Impliċitament imħassar minn 32011R0010
|
21.11.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
163 |
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2005/79/KE
tat-18 ta’ Novembru 2005
li temenda d-Direttiva 2002/72/KE dwar materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba sabiex jiġu f’kuntatt ma’ oġġetti ta’ l-ikel
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1935/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ottubru 2004 dwar materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba sabiex jiġu f’ kuntatt ma’ oġġetti ta’ l-ikel. u li tħassar id-Direttivi 80/590/KEE u 89/109/KEE (1), u b’ mod partikolari l-Artikolu 5(2) tiegħu,
Wara li kkonsultat lill-Awtorità Ewropea għas-Sikurezza ta’ l-Ikel,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva 2002/72/KE (2) tistabbilixxi lista ta’ monomeri u sustanzi primi oħrajn, li jistgħu jintużaw fil-manifattura tal-materjali u artikoli tal-plastik. Fuq il-bażi ta’ informazzjoni ġdida relatata ma’ l-assesjar tar-riskju ta’ tali sustanzi, ċerti monomeri li ġew proviżorjament ammessi fuq livell nazzjonali kif ukoll monomeri ġodda għandhom jiġu inklużi fil-lista Komunitarja ta’ sustanzi permessi f’ dik id-Direttiva. |
|
(2) |
Id-Direttiva 2002/72/KE fiha wkoll lista mhux kompluta ta’ adittivi li jistgħu jintużaw fil-manifattura tal-materjali u ta’ l-oġġetti tal-plastik. Dik il-lista għandha tiġi emendata sabiex tinkludi adittivi oħrajn evalwati mill-Awtorità Ewropea bħala-Sigurtà ta’ l-Ikel (“l-Awtorità”). |
|
(3) |
Għal ċerti sustanzi, ir-restrizzjonijiet li huma diġà stabbiliti fuq livell Komunitarju għandhom jiġu emendati fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni ġdida disponibbli. B’ mod partikolari għaż-żejt tas-sojja epoksidizzat (ESBO) l-Awtorità rrakkomandat li jitnaqqas il-limitu ta’ migrazzjoni speċifika tiegħu (SML) għas-siġilli tal-PVC li fihom dik is-sustanza li jintużaw biex jissiġillaw ir-reċipjenti tal-ħġieġ għall-ikel tat-trabi (formula) u għall-ikel tat-trabi ta’ iktar minn sitt xhur jew li jkun fihom ikel ipproċessat ibbażat fuq iċ-ċereali u ikel tat-trabi għat-trabi u għat-tfal żgħar. Fil-fatt l-Awtorità innotat li l-espożizzjoni għat-trabi li jieklu regolarment minn dan l-ikel tista’ taqbeż it-TDI. Għalhekk l-SML għall-ESBO huwa mnaqqas għal dawn l-applikazzjonijiet partikolari minn 60 sa 30 mg/kg ta’ ikel jew simolant ta’ l-ikel filwaqt li jibqa’ ma jinbidilx għall-applikazzjonijiet kollha l-oħra. |
|
(4) |
Perjodu ta’ transizzjoni għandu jiġi pprovdut fir-rigward tas-siġilli tal-PVC li fihom iż-żejt tas-sojja epoksizzat, li jintużaw biex jissiġillaw ir-reċipjenti tal-ħġieġ, li jiġu f’ kuntatt ma’ l-ikel qabel id-19 ta’ Novembru 2006. |
|
(5) |
Id-Direttiva 2002/72/KEE għandha, għalhekk, tiġi emendata skond dan. |
|
(6) |
Il-miżuri provduti f’din id-Direttiva huma f’konformità ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi II, III, V u VI tad-Direttiva 2002/72/KE huma emendati skond l-Annessi I sa IV ma’ din id-Direttiva.
Artikolu 2
Is-siġilli tal-PVC li fihom iż-żejt tas-sojja epoksizzat, bin-numru tar-referenza 88640 f’taqsima A ta’ l-Anness III tad-Direttiva 2002/72/KE, li jintużaw biex jissiġillaw ir-reċipjenti tal-ħġieġ li fihom l-ikel tat-trabi u ikel ta’ trabi ta’ iktar minn sitt xhur kif definit mid-Direttiva tal-Kummissjoni 91/321/KEE (3), jew li jkun fihom dwar ikel ipproċessat ibbażat fuq iċ-ċereali u ikel tat-trabi għat-trabi u għat-tfal żgħar kif definit mid-Direttiva tal-Kummissjoni 96/5/KE (4)li mtlew qabel id-19 ta’ Novembru 2006, li huma f’konformità mar-restrizzjonijiet u/jew l-ispeċifikazzjonijiet stipolati fit-Taqsima A ta’ l-Anness III mad-Direttiva 2002/72/KE kif emendat mid-Direttiva 2004/19/KE (5), jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq bil-kondizzjoni li d-data ta’ meta ġew mimlija tidher fuq il-materjali u fuq l-artikoli.
Id-data ta’ meta ntlew tista’ tinbidel b’indikazzjoni oħra, bil-kondizzjoni li l-indikazzjoni tippermetti l-identifikazzjoni tad-data ta’ meta intlew. Id-data ta’ meta mtlew tista’ tingħata fuq talba ta’ l-awtoritajiet kompetenti u kull persuna li tinforza l-kondizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.
L-ewwel u t-tieni subparagrafi għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2000/13/KE.
Artikolu 3
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard mid-19 ta’ Novembru 2006, il-liġijiet, ir-regolamenti, u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva. Għandhom minnufih jipprovdu lill-Kummissjoni bit-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u d-Direttiva.
Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet b’tali mod li:
|
(a) |
jippermettu l-kummerċ u l-użu tal-materjali u l-oġġetti tal-plastik maħsuba sabiex jiġu f’ kuntatt ma’ oġġetti ta’ l-ikel u jikkonformaw ma’ din id-Direttiva, mid-19 ta’ Novembru 2006; |
|
(b) |
jipprojbixxu l-manifattura u l-importazzjoni fil-Komunità tal-materjali u l-artikoli tal-plastik maħsuba sabiex jiġu f’ kuntatt ma’ oġġetti ta’ l-ikel u li ma jikkonformawx ma’ din id-Direttiva, mid-19 ta’ Novembru 2007. |
Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-disposizzjonijiet, għandha ssir referenza għal din id-Direttiva jew għandhom jiġu akkumpanjati b’referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir din ir-referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenija tal-liġijiet nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.
Artikolu 4
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 5
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, nhar it-18 ta’ Novembru 2005.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 338, tat-13.11.2004, p. 4.
(2) ĠU L 220, tal-15.8.2002, p. 18. Direttiva kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 2004/19/KE ta’ l-1 ta’ Marzu 2004 li temenda d-Direttiva 2002/72/KE dwar materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba sabiex jiġu f’ kuntatt ma’ oġġetti ta’ l-ikel.(ĠU L 71, 10.3.2004, p. 8).
(3) ĠU L 175, ta’ l-4.7.1991, p. 35. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2003/14/KE (ĠU L 41, ta’ l-14.2.2003, p. 37).
(4) ĠU L 49, tat-28.2.1996, p. 17. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2003/13/KE (ĠU L 41, ta’ l-14.2.2003, p. 33).
(5) ĠU L 71, ta’ l-10.3.2004, p. 8. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2003/89/KE (ĠU L 308, tal-25.11.2003, p. 15).
ANNESS I
L-Anness II tad-Direttiva 2002/72/KE hu emendat kif ġej:
|
(1) |
Il-Punt 2 ta’ l-introduzzjoni ġenerali jiġi ssostitwit minn dan li ġej:
|
|
(2) |
It-Taqsima A hija emendata kif ġej:
|
|
(3) |
F’ Taqsima B il-linji li ġejjin huma mħassra:
|
ANNESS II
L-Anness III tad-Direttiva 2002/72/KE hu emendat kif ġej:
|
(1) |
Il-Punt 2 jinbidel b’ dan li ġej:
|
|
(2) |
It-Taqsima A hija emendata kif ġej:
|
|
(3) |
It-Taqsima B hija emendata kif ġej:
|
ANNESS III
Fil-Parti B ta’ l-Anness V, il-linji li ġejjin huma mehmuża f’ ordni numeriku:
|
Nru. Ref |
SPEĊIFIKAZZJONIJIET OĦRAJN |
|
“24 903 |
Ġuleppi, lamtu idroliżżat, idroġenat F’ konformità mal-kriterji ta’ purezza għall-ġulepp tal-maltitol E 965(ii) (Direttiva tal-Kummissjoni 95/31/KE tal-5 ta’ Lulju 1995 (ĠU L 178, tat-28.7.1995, p. 1 kif l-aħħar emendat minn 2004/46/KE tas-16 ta’ April 2004 (ĠU L 114, 21.4.2004, p. 15)) |
|
43 480 |
Faħam attivat Għandu jintuża biss fil-PET f’ massimu ta’ 10mg/kg ta’ polimeru L-istess kondizzjonijiet ta’ purezza bħalma huwa l-Karbon Veġetali (E 153) stipolat mid-Direttiva tal-Kummissjoni 95/45/KE li jistipola kriterji ta’ purezza speċifiċi li jikkonċernaw kuluri għall-użu fl-oġġetti ta’ l-ikel ((ĠU L 226, tat-22.9.1995, p. 1). Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2004/47/KE (ĠU L 113, 20.4.2004, p. 24)) bl-eċċezzjoni tal-kontenut ta’ rmied li jista’ jkun ta’ sa 10 % (w/w). |
|
64 990 |
Maleic anhydride-styrene, copolymer, melħ tas-sodju MW fraction < 1 000 huwa inqas minn 0,05 % (w/w) |
|
67 155 |
Taħlita ta’ 4-(2-Benzoxazolyl)-4’-(5-methyl-2-benzoxazolyl)stilbene, 4,4’-bis(2-benzoxazolyl) stilbene u 4,4’-bis(5-methyl-2-benzoxazolyl)stilbene) Taħlita miksuba mill-proċess ta’ manufattura fil-proporzjon tipiku ta’ (58-62 %):(23-27 %):13-17 %). |
|
76 845 |
Polyester of 1,4-butanediol bil-caprolactone MW fraction < 1 000 huwa inqas minn 0,05 % (w/w) |
|
76 815 |
Polyester ta’ l-aċdu adipiku bil-glycerol jew bil-pentaerythritol, esters li fih numru parri ta’ aċdi grassi C12-C22 mingħajr fergħat MW fraction < 1 000 huwa inqas minn 5 % (w/w) |
|
79 600 |
Polyethyleneglycol tridecyl ether phosphate Polyethyleneglycol (EO ≤ 11) tridecyl ether phosphate (mono- u dialkyl ester) b’ kontenut massimu ta’ 10 % ta’ polyethyleneglycol (EO ≤ 11) tridecylether” |
ANNESS IV
L-Anness VI huwa emendat kif se jingħad:
|
1. |
In-noti (8), (14) u (16) huma mibdula minn dan li ġej:
|
|
2. |
Is-sustanzi li ġejjin qed jiġu miżjuda:
|