Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005L0049

Direttiva tal-Kummissjoni 2005/49/KE tal- 25 ta' Lulju 2005 li temenda, għall finijiet ta’ l-adattament tagħhom għall-progress tekniku, id-Direttiva tal-Kunsill 72/245/KEE marbuta ma’ l-interferenza radju (kompatibbiltà elettromanjetika) tal-vetturi bil-mutur u d-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom Test b’rilevanza għaż-ŻEE.

ĠU L 194, 26.7.2005, p. 12–14 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 287M, 18.10.2006, p. 214–216 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/10/2014; Impliċitament imħassar minn 32009R0661

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2005/49/oj

18.10.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

214


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2005/49/KE

tal-25 ta' Lulju 2005

li temenda, għall finijiet ta’ l-adattament tagħhom għall-progress tekniku, id-Direttiva tal-Kunsill 72/245/KEE marbuta ma’ l-interferenza radju (kompatibbiltà elettromanjetika) tal-vetturi bil-mutur u d-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE tas-6 ta’ Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri marbuta ma’ l-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom (1), u partikolarment l-Artikolu 13(2) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 72/245/KEE marbuta ma’ l-interferenza radju (kompatibbiltà elettromanjetika) tal-vetturi (2), u partikolarment l-Artikolu 4 tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 72/245/KEE hija waħda mid-Direttivi separati taħt il-proċedura ta' approvazzjoni tat-tip stabbilita bid-Direttiva 70/156/KEE.

(2)

Sabiex titjieb is-sigurtà tal-vetturi bis-saħħa tat-tħeġġiġ għall-iżvilupp u t-tħaddim ta’ teknoloġiji li jużaw tagħmir tar-radar b’firxa żgħira għall-vetturi, il-Kummissjoni armonizzat, permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/545/KE tat-8 ta’ Lulju 2004 dwar l-armonizzazzjoni ta’ medda ta’ frekwenzi tar-radju ta’ 79 GHz għall-użu fil-Komunità ta’ tagħmir tar-radar b’ firxa żgħira għall-vetturi (3) u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/50/KE tas-17 ta' Jannar 2005 dwar l-armonizzazzjoni tal-medda ta’ frekwenzi tar-radju ta’ 24 GHz għall-użu għal żmien limitat minn tagħmir tar-radar b’firxa żgħira għall-vetturi fil-Komunità (4), l-użu ta’ żewġ meded ta’ frekwenza ta’ l-ispektrum tar-radju.

(3)

Il-medda ta’ frekwenzi tar-radju ta' 79 GHz ġiet identifikata bħala l-aktar medda adattata għall-iżvilupp fit-tul u għall-użu u-tħaddim ta’ radar b'firxa żgħira għall-vetturi. Huwa għalhekk li d-Deċiżjoni 2004/545/KE għażlet u għamlet disponibbli l-medda ta’ frekwenzi tar-radju ta’ 79 GHz għat-tagħmir tar-radar b’firxa żgħira għall-vetturi fuq bażi ta’ non-interferenza u non-protezzjoni. Madankollu, it-teknoloġija fil-medda ta’ frekwenzi tar-radju ta’ 79 GHz għadha qed tiġi żviluppata u mhix immedjatament disponibbli fuq bażi ta’ nfiq effettiv.

(4)

L-użu limitat fiż-żmien għall-medda ta’ frekwenzi tar-radju ta’ 24 GHz għal tagħmir tar-radar b’firxa żgħira għall-vetturi ġie permess bid-Deċiżjoni 2005/50/KE. It-teknoloġija li tuża din il-medda ta’ frekwenzi hija disponibbli fiż-żmien fil-qosor bi prezz raġoneveoli, u dan se jagħmel possibbli li tiġi evalwata malajr l-effettività ta’ l-użu u t-tħaddim ta’ tagħmir tar-radar b’firxa qasira għall-vetturi f’dak li għandu x’jaqsam mas-sigurtà fuq it-toroq. Madanakollu, l-użu ta’ radars ta’ dik it-tekonolġija għandhom ikunu limitati sabiex ma jkunx hemm interferenza ma’ oġġetti oħra li jużaw il-medda ta’ frekwenzi tar-radju ta’ 24 GHz.

(5)

Id-Deċiżjoni 2005/50/KE tippermetti l-użu ta’ tagħmir tar-radar ta’ 24 GHz biss meta jkun ġie oriġinarjament installat f’vetturi ġodda jew meta jkun qed jissostitwixxi tagħmir li ġie installat b’dan il-mod u għal perjodu li jdum sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2013. Madankollu, skond l-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 2005/50/KE, din id-data tista’ tiġi estiża.

(6)

Fi qbil mad-Deċiżjoni 2005/50/KE, l-Istati Membri waqqfu sistema ta’ monitoraġġ bil-ħsieb li jikkwantifikaw in-numru ta' vetturi rreġistrati fit-territorju tagħhom li huma mgħammra b'tagħmir tar-radar b'firxa żgħira u li jaħdem fuq medda ta’ 24 GHz. Huwa għalhekk meħtieġ illi l-Istati Membri jiġu pprovduti bil-mezzi xierqa sabiex iwettqu dan il-monitoraġġ.

(7)

Id-Direttiva 72/245/KEE għandha għalhekk tiġi emendata għal dawn ir-raġunijiet.

(8)

L-emendi għad-Direttiva 72/245/KEE għandhom impatt fuq id-Direttiva 70/156/KEE. Jeħtieġ għalhekk li din id-Direttiva tiġi emendata kif jixraq.

(9)

Il-miżuri previsti f' din id-Direttiva huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat għall-Adattament għall-Progress Tekniku stabbilit mill-Artikolu 13 tad-Direttiva 70/156/KEE,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Emenda għad-Direttiva 72/245/KEE

Id-Direttiva 72/245/KEE hi emendata kif ġej:

(1)

Fl-Anness I, il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 2.1.12.2:

“2.1.13.

‘tagħmir tar-radar b’firxa qasira b'medda ta' frekwenzi ta' 24 GHz’ tfisser radar kif definit fl-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/50/KE (*), u li jilħaq il-kriterji ta’ rendiment ta’ l-Artikolu 4 ta’ dik id-Deċiżjoni.

2.1.14.

‘tagħmir tar-radar b’firxa qasira fuq medda ta' frekwenzi ta' 79 GHz’ tfisser radar kif definit fl-Artikolu 2(b) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/545/KE (**), u li jilħaq il-kriterji ta’ rendiment ta’ l-Artikolu 3 ta’ dik id-Deċiżjoni.

(*)  ĠU L 21, tal-25.1.2005, p. 15."

(**)  ĠU L 241, tat-13.7.2004, p. 66”."

(2)

Fl-Anness IIA, il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 12.2.7:

“12.7.1.

vettura mgħammra b’tagħmir tar-radar b’firxa qasira fuq medda ta’ frekwenzi ta’ 24GHz: Iva/Le (ingassa fejn mhux applikabbli)

12.7.2.

vettura mgħammra b’tagħmir tar-radar b’firxa qasira fuq medda ta’ frekwenzi ta’ 79GHz: Iva/Le (ingassa fejn mhux applikabbli)”

(3)

Fl-appendiċi għall-Anness III A, il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 1.3:

“1.3.1.

vettura mgħammra b’tagħmir tar-radar b’firxa qasira fuq medda ta’ frekwenzi ta’ 24GHz: Iva/Le (ingassa fejn mhux applikabbli)

1.3.2.

vettura mgħammra b’tagħmir tar-radar b’firxa qasira fuq medda ta’ frekwenzi ta’ 79GHz: Iva/Le (ingassa fejn mhux applikabbli)”

Artikolu 2

Emenda għad-Direttiva 70/156/KEE

Id-Direttiva 70/156/KEE hija emendata kif ġej:

(1)

Fl-Annessi I u III, il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 12.6.4:

“12.7.1.

vettura mgħammra b’tagħmir tar-radar b’firxa qasira fuq medda ta’ frekwenzi ta’ 24GHz: Iva/Le (ingassa fejn mhux applikabbli)

12.7.2.

vettura mgħammra b’tagħmir tar-radar b’firxa qasira fuq medda ta’ frekwenzi ta’ 79GHz: Iva/Le (ingassa fejn mhux applikabbli)”

(2)

Fl-Anness IX tal-Faċċata 2 ta' kull mudell taċ-Ċertifikat ta' Konformità (COC), il-punt 50 huwa ssostitwit minn dan li ġej:

“50.   Rimarki

50.1.

vettura mgħammra b’tagħmir tar-radar b’firxa qasira fuq medda ta’ frekwenzi ta’ 24GHz: Iva/Le (ingassa fejn mhux applikabbli)

50.2.

vettura mgħammra b’tagħmir tar-radar b’firxa qasira fuq medda ta’ frekwenzi ta’ 79 GHz: Iva/Le (ingassa fejn mhux applikabbli)

50.3.

Rimarki oħra …”

Artikolu 3

Dispożizzjonijiet tranżitorji

1.   B’effett mill-1 ta' Lulju 2006, jekk id-dipożizzjonijiet stipulati fid-Direttiva 72/245/KEE, kif emendati minn din id-Direttiva, ma jitwettqux, l-Istati Membri, fuq bażi marbuta mal-kompatibbiltà elettromanjetika,

(a)

għandhom iqisu ċ-ċertifikati ta’ konformità li jiġu mal-vetturi ġodda fi qbil mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 70/156/KEE bħala li m’għadhomx validi għall-għanijiet ta’ l-Artikolu 7(1) ta’ dik id-Direttiva;

(b)

jistgħu jirrifjutaw ir-reġistrazzjoni, il-bejgħ jew it-tħaddim ta' vetturi ġodda.

Jibqgħu mhux mibdula l-approvazzjonijiet eżistenti għal vetturi li m’għandhomx imwaħħal tagħmir tar-radar b’firxa qasira fuq medda ta’ 24GHz jew 79GHz.

2.   B’effett mill-1 ta’ Lulju 2013, l-Istati Membri għandhom jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, il-bejgħ jew it-tħaddim tal-vetturi mgħammra b’tagħmir tar-radar b’firxa qasira fuq medda ta’ frekwenzi ta’ 24GHz.

3.   F’każ li d-data ta’ referenza fl-Artikolu 2(5) tad-Deċiżjoni 2005/50/KE tiġi mmodifikata skond l-Artikolu 5 ta’ dik id-Deċiżjoni, l-Istati Membri għandhom jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, il-bejgħ jew it-tħaddim tal-vetturi mgħammra b’tagħmir tar-radar b’firxa qasira fuq medda ta’ frekwenzi ta’ 24 GHz wara d-data ta’ referenza mmodifikata.

Artikolu 4

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippublikaw, sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2005, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Lulju 2006.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn referenza bħal din meta jiġu ppubblikati uffiċjalment L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir din ir-referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-dipożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali, li jadottaw fil-qasam li jaqa' taħt din id-Direttiva.

Artikolu 5

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 6

Destinatarji

Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, nhar il-25 ta' Lulju 2005.

Ghall-Kummissjoni

Gunter VERHEUGEN

Viċi-President


(1)  ĠU L 42, tat-23.2.1970, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/104/KE (ĠU L 337, tat-13.11.2004, p. 13).

(2)  ĠU L 152, tas-6.7.1972, p. 15. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 2004/104/KE.

(3)  ĠU L 241, tat-13.7.2004, p. 66.

(4)  ĠU L 21, tal-25.1.2005, p. 15.


Top