This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32005L0041
Directive 2005/41/EC of the European Parliament and of the Council of 7 September 2005 amending Council Directive 76/115/EEC on the approximation of the laws of the Member States relating to anchorages for motor-vehicle safety belts (Text with EEA relevance)
Id-Direttiva 2005/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Settembru 2005 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/115/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' l-ankoraġġi għaċ-ċinturini tas-sigurtà ta' vetturi bil-mutur Test b’rilevanza għaż-ŻEE
Id-Direttiva 2005/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Settembru 2005 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/115/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' l-ankoraġġi għaċ-ċinturini tas-sigurtà ta' vetturi bil-mutur Test b’rilevanza għaż-ŻEE
ĠU L 255, 30.9.2005, p. 149–151
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO, HR)
No longer in force, Date of end of validity: 31/10/2014; Impliċitament imħassar minn 32009R0661
30.9.2005 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
149 |
ID-DIRETTIVA 2005/41/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tas-7 ta' Settembru 2005
li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/115/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' l-ankoraġġi għaċ-ċinturini tas-sigurtà ta' vetturi bil-mutur
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali (1),
Waqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),
Billi:
(1) |
Ir-riċerka wriet li l-użu ta' ċinturini tas-sigurtà u sistemi ta' trażżin jista' jikkontribwixxi għal tnaqqis sostanzjali fin-numru ta' mwiet u fil-gravità tal-korrimenti fil-każ ta' inċident, anke dak ta' qlib ta' karozza. It-tagħmir bihom fil-kategoriji kollha ta' vetturi ikun żgur pass importanti 'l quddiem biex iżid fis-sigurtà fit-toroq u b'konsegwenza jiġu salvati aktar ħajjiet. |
(2) |
Jista' jinkiseb benefiċċju sostanzjali għas-soċjetà, li kieku l-vetturi kollha jkunu mgħammra b'ċinturini tas-sigurtà. |
(3) |
Fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta' Frar 1986 dwar miżuri komuni biex jitnaqqsu l-inċidenti fit-toroq, bħala parti mill-programm tal-Komunità għas-sigurtà fit-toroq (3), il-Parlament Ewropew saħaq fuq il-ħtieġa li jsir obbligatorju għal kull passiġġier li jilbes iċ-ċinturin tas-sigurtà, inklużi t-tfal, ħlief f'vetturi ta' servizz pubbliku. Għaldaqstant, għandha ssir distinzjoni bejn karozzi tal-linja li jagħtu servizz pubbliku u vetturi oħra rigward l-istallazzjoni obbligatorja ta' ċinturini tas-sigurtà u/jew sistemi ta' trażżin. |
(4) |
Skond id-Direttiva tal-Kunsill 70/156/EEC tas-6 ta' Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom (4), is-sistema Komunitarja ta' approvazzjoni tat-tip ġiet implimentata biss għall-vetturi ġodda kollha tal-kategorija M1 mill-1 ta' Jannar 1998. B'konsegwenza, dawn il-vetturi biss għandhom ikunu mgħammra b'ankoraġġi intiżi għal ċinturini tas-sigurtà u/jew sistemi ta' trażżin li jissodifaw id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 76/115/KEE (5). |
(5) |
Sakemm is-sistema Komunitarja ta' approvazzjoni tat-tip tiġi estiża għall-kategoriji kollha ta' vetturi, l-installazzjoni ta' ankoraġġi intiżi għal ċinturini tas-sigurtà u/jew sistemi ta' trażżin għandha tkun meħtieġa, fl-interess tas-sigurtà fit-toroq, f'vetturi li jaqgħu taħt kategoriji oħra minbarra M1. |
(6) |
Id-Direttiva 76/115/KEE diġà tipprovdi għad-dispożizzjonijiet tekniċi u amministrattivi kollha li jippermettu l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi ta' kategoriji oħra minbarra M1. Għaldaqstant, l-Istati Membri ma jeħtiġux l-introduzzjoni ta' dispożizzjonijiet ulterjuri. |
(7) |
Mid-dħul fis-seħħ tad-Direttiva tal-Kummissjoni 96/38/KE tas-17 ta' Ġunju 1996 li tadatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 76/115/KEE li għandha x' taqsam ma' l-ankoraġġi għaċ-ċinturini tas-sigurtà ta' vetturi bil-mutur, bosta Stati Membri diġa għamlu obbligatorji d-dispożizzjonijiet li hemm fiha fir-rigward ta' ċerti kategoriji oħra ta' vetturi minbarra M1. Għaldaqstant, il-manifatturi u l-fornituri tagħhom żviluppaw teknoloġija xierqa. |
(9) |
Id-Direttiva 76/115/KEE għandha tiġi hekk emendata. |
(10) |
Minħabba li l-għan ta' din id-Direttiva, jiġifieri t-titjib tas-sigurtà fit-toroq bl-introduzzjoni tat-tagħmir obbligatorju b'ċinturini tas-sigurtà f'ċerti kategoriji ta' vetturi, ma jistgħux jintlaħqu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jistgħu, għalhekk, minħabba d-daqs ta' l-azzjoni, jintlaħqu aħjar fuq il-livell Komunitarju, il-Komunità tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. F'konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalitá, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkiseb dak il-għan, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Emendi għad-Direttiva 76/115/KEE
Id-Direttiva 76/115/KEE hija b'dan emendata kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 2, għandu jiġi miżjud il-paragrafu li ġej: “Vetturi tal-kategorija M2 u M3 għandhom ikunu suddiviżi fi klassijiet kif imfisser fis-sezzjoni 2 ta' l-Anness I għad-Direttiva 2001/85/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta' Novembru 2001 li tirrigwardja d-dispożizzjonijiet speċjali għal vetturi użati għat-trasport ta' pasiġġieri li jkollhom aktar minn tmien sedili b'żieda mas-sedil tas-sewwieq (*). |
(2) |
L-Anness I għandu jiġi emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
Miżuri previsti għal persuni b'disabbilità
Mhux iżjed tard minn 20 ta' April 2008, il-Kummissjoni għandha teżamina proċeduri speċifiċi biex jiġu armonizzati l-ħtiġijiet għal ankoraġġi intiżi biss għall-użu flimkien ma' ċinturin tas-sigurtà għal persuni b'diżabbiltà jew kwalunkwe sistema oħra ta' trażżin imsemmija fl-Artikolu 2a tad-Direttiva 77/541/KEE, ibbażati fuq standards internazzjonali eżistenti u ħtiġijiet legali nazzjonali, sabiex jagħtu livell ta' sigurtà ekwivalenti għal din id-Direttiva. Jekk xieraq, il-Kummissjoni għandha tippreżenta abbozz ta' miżuri. Emendi għal din id-Direttiva għandhom jiġu adottati f'konformità ma' l-Artikolu 13 tad-Direttiva 70/156/KEE.
Artikolu 3
Implimentazzjoni
1. Minn 20 ta' April 2006, fir-rigward ta' l-ankoraġġi għal ċinturini tas-sigurtà, li jikkonformaw mal-ħtiġijiet stabbiliti fid-Direttiva 76/115/KEE kif emendata b'din id-Direttiva, l-Istati Membri m' għandhomx:
(a) |
jirrifjutaw li jagħtu approvazzjoni tat-tip tal-KE, jew approvazzjoni ta' tipi nazzjonali, rigward tip ta' vettura; |
(b) |
jipprojbixxu r-reġistrazzjoni, bejgħ jew dħul fis-servizz ta' vetturi ġodda. |
2. B'effett minn 20 ta' Ottubru 2006, fir-rigward ta' l-ankoraġġi għal ċinturini tas-sigurtà, li ma jikkonformawx mal-ħtiijiet stabbiliti fid-Direttiva 76/115/KEE kif emendata b'din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom, fir-rigward ta' tip ġdid ta' vettura:
(a) |
ma jibqgħux jagħtu approvazzjoni tat-tip tal-KE; |
(b) |
jirrifjutaw li jagħtu approvazzjoni tat-tip nazzjonali. |
3. Minn 20 ta' Ottubru 2007, fir-rigward ta' l-ankoraġġi għal ċinturini tas-sigurtà li ma jikkonformawx mal-ħtiġijiet stabbiliti fid-Direttiva 76/115/KEE kif emendata b'din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom:
(a) |
jikkunsidraw iċ-ċertifikati ta' konformità li jakkumpanjaw vetturi ġodda bħala li m' għadhomx validi għall-għan ta' l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 70/156/KEE; |
(b) |
jirrifjutaw ir-reġistrazzjoni, bejgħ jew dħul fis-servizz ta' vetturi ġodda, ħlief f'każijiet fejn jiġu invokati d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 70/156/KEE. |
Artikolu 4
Traspożizzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva qabel 20 ta' April 2006. Għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b'dan minnufih.
2. Għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet minn 21 ta' April 2006.
3. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b'tali referenza meta jkunu ppublikati uffiċjalment. Il-metodi ta' kif issir tali referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.
4. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet ewlenija tal-liġi nazzjonali, li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 5
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 6
Destinatarji
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Strasburgu, nhar is-7 ta' Settembru 2005
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
J. BORRELL FONTELLES
Għall-Kunsill
Il-President
C. CLARKE
(1) ĠU C 80, tat-30.3.2004, p. 8.
(2) Opinjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2003 (ĠU C 91 E, tal-15.4.2004, p. 496), Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill ta'l-24 ta' Jannar 2005 (ĠU C 111 E, tal-11.5.2005, p. 23) u Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Mejju 2005 (għadha mhix pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(3) ĠU C 68, ta' l-24.3.1986, p. 35.
(4) ĠU L 42, tat-23.2.1970, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/78/KE (ĠU L 153, tat-30.4.2004, p. 103).
(5) ĠU L 24, tat-30.1.1976, p. 6. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kummissjoni 96/38/KE (ĠU L 187, tas-26.7.1996, p. 95).