This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32005L0033
Directive 2005/33/EC of the European Parliament and of the Council of 6 July 2005 amending Directive 1999/32/EC
Id-Direttiva 2005/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Lulju 2005 li temenda d-Direttiva 1999/32/KE dwar il-kontenut ta' kubrit f'karburanti għal użu marittimu
Id-Direttiva 2005/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Lulju 2005 li temenda d-Direttiva 1999/32/KE dwar il-kontenut ta' kubrit f'karburanti għal użu marittimu
ĠU L 191, 22.7.2005, p. 59–69
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO, HR)
No longer in force, Date of end of validity: 09/06/2016; Impliċitament imħassar minn 32016L0802
22.7.2005 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
59 |
ID-DIRETTIVA 2005/33/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tas-6 ta' Lulju 2005
li temenda d-Direttiva 1999/32/KE dwar il-kontenut ta' kubrit f'karburanti għal użu marittimu
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 175(1) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni (1),
Wara li kkunsidraw l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),
Wara li kkonsultaw il-Kumitat tar-Reġjuni,
Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (3),
Billi:
(1) |
Il-politika ambjentali tal-Komunità, kif stabbilita fil-programmi ta' azzjoni dwar l-ambjent u, b'mod partikolari, fis-Sitt Programm Komunitarju ta' Azzjoni Ambjentali adottata bid-Deċiżjoni Nru 1600/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), fuq il-bażi ta' l-Artikolu 174 tat-Trattat, hija intiża biex tikseb livelli ta' kwalità ta' l-arja li ma jagħtux lok għal impatti inaċċettabbli fuq is-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent, u riskji għalihom. |
(2) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/32/KE tas-26 ta' April 1999 dwar it-tnaqqis tal-kontenut ta' kubrit f'ċerti karburanti likwidi (5) tistabbilixxi l-kontenut massimu ta' kubrit permess fiż-żejt karburant tqil, fil-gas oil, u fil-gas oil għal użu marittimu wżati fil-Komunità. |
(3) |
Id-Direttiva 1999/32/KE tobbliga lill-Kummissjoni tikkunsidra x'miżuri jistgħu jittieħdu sabiex titnaqqas il-kontribuzzjoni għall-aċidifikazzjoni mill-ħruq ta' karburanti għal użu marittimu minbarra l-gas oils u, jekk ikun xieraq, tagħmel proposta. |
(4) |
L-emissjonijiet mit-trasport marittimu minħabba l-ħruq ta' karburanti għal użu marittimu li jkun fihom kontenut għoli ta' kubrit jikkontribwixxu għat-tniġġis ta' l-arja fil-forma ta' diossidju tal-kubrit u partikulati, li jagħmlu ħsara għas-saħħa tal-bniedem, huma ta' dannu għall-ambjent, il-proprjetà pubblika u privata u l-wirt kulturali u jikkontribwixxu għall-aċidifikazzjoni. |
(5) |
In-nies u l-ambjent naturali f'żoni tal-kosta u qrib il-portijiet huma partikularment milquta mit-tniġġis minn bastimenti li jużaw karburanti li fihom livelli għolja ta' kubrit. Għalhekk jinħtieġu miżuri speċifiċi f'dan ir-rigward. |
(6) |
Il-miżuri f'din id-Direttiva jikkomplementaw il-miżuri nazzjonali ta' l-Istati Membri biex jikkonformaw mal-limiti massimi ta' emissjonijiet ta' sostanzi li jniġġsu l-atmosfera stabbiliti fid-Direttiva 2001/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6). |
(7) |
It-tnaqqis tal-kontenut ta' kubrit fil-karburanti għandu ċerti vantaġġi għall-bastimenti, f'termini ta' effiċjenza operazzjonali u spejjeż ta' manutenzjoni, u jiffaċilita l-użu effikaċi ta' ċerti teknoloġiji li jnaqqsu l-emissjonijiet bħat-tnaqqis katalitiku selettiv. |
(8) |
It-Trattat jeħtieġ li tingħata konsiderazzjoni lill-karatteristiċi speċjali tar-reġjuni l-aktar estremi tal-Komunità, ċioé d-dipartimenti Franċiżi barranin, il-gżejjer ta' l-Ażores, Madeira u Gżejjer Kanari. |
(9) |
Fl-1997, ġie adottat Protokoll minn konferenza diplomatika biex jemenda l-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis mill-Bastimenti, 1973, kif modifikata bil-Protokoll ta' l-1978 marbut ma' l-istess Konvenzjoni (minn hawn 'il quddiem imsejħa “MARPOL”). Dan il-Protokoll iżid l-Anness VI ġdid mal-MARPOL, li fih regolamenti għall-prevenzjoni tat-tniġġis ta' l-arja mill-bastimenti. Il-Protokoll ta' l-1997, u konsegwentement l-Anness VI mal-MARPOL, daħlu fis-seħħ fid-19 ta' Mejju 2005. |
(10) |
L-Anness VI mal-MARPOL jagħmel provvediment sabiex ċerti żoni jkunu maħtura bħala Żoni ta' Kontroll ta' l-Emissjonijiet ta' l-Ossidju tal-Kubrit (minn hawn 'il quddiem imsejħa “Żoni ta' Kontroll ta' l-Emissjonijiet SOx”). Huwa diġà jaħtar il-Baħar Baltiku bħala żona ta' dan it-tip. Xi diskussjonijiet fi ħdan l-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO) wasslu għal ftehim dwar il-prinċipju li l-Baħar tat-Tramuntana, inkluż il-Kanal Ingliż jiġi maħtur bħala Żona ta' Kontroll ta' l-Emissjonijiet SOx wara d-dħul fis-seħħ ta' l-Anness VI. |
(11) |
Minħabba n-natura globali tat-tbaħħir marittimu, għandu jsir kull sforz sabiex jinstabu soluzzjonijiet internazzjonali. Kemm il-Kummissjoni kif ukoll l-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom biex fi ħdan l-IMO jiżguraw tnaqqis globali fil-kontenut massimu awtorizzat ta' kubrit f'karburanti għal użu marittimu, anki billi jeżaminaw il-vantaġġi li jiġu magħżula żoni ta' baħar ġodda bħala Żoni ta' Kontroll ta' l-Emissjonijiet SOx skond l-Anness VI għall-MARPOL. |
(12) |
L-infurzar ta' l-obbligi fir-rigward tal-kontenut ta' kubrit fil-karburanti għal użu marittimu huwa meħtieġ biex jinkisbu l-għanijiet ta' din id-Direttiva. It-teħid effettiv ta' kampjuni u penali dissważivi tul il-Komunità huma meħtieġa biex tiġi assigurata l-implimentazzjoni kredibbli ta' din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jieħdu azzjoni ta' infurzar fir-rigward ta' bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom u ta' bastimenti li jtajru kwalunkwe bandiera waqt li jkunu fil-portijiet tagħhom. Huwa l-każ ukoll li l-Istati Membri jikkoperaw mill-qrib sabiex tittieħed azzjoni ulterjuri ta' infurzar fir-rigward ta' bastimenti oħra skond il-liġi marittima internazzjonali. |
(13) |
Bil-għan li l-industrija marittima jkollha biżżejjed żmien biex tagħmel l-addattazzjoni teknika għal limitu massimu ta' 0.1 % kubrit bil-piż għall-karburanti għal użu marittimu wżati minn bastimenti ta' passaġġi ta' l-ilma interni u bastimenti irmiġġati f'portijiet tal-Komunità, id-data li fiha jibda japplika dan ir-rekwiżit għandha tkun l-1 ta' Jannar 2010. Peress li din id-data tista' tkun teknikament problematika għall-Greċja, huwa l-każ li tingħata deroga temporanja lil ċerti bastimenti speċifiċi li joperaw fit-territorju tar-Repubblika Ellenika. |
(14) |
Din id-Direttiva għandha tiġi meqjusa bħala l-ewwel pass fi proċess kontinwu biex jitnaqqsu l-emissjonijiet marittimi, li joffri prospettivi għal aktar tnaqqis ta' emissjonijiet permezz ta' limiti aktar baxxi ta' kubrit fil-karburanti u ta' teknoloġiji għat-tnaqqis, u għal strumenti ekonomiċi li għandhom jiġu żviluppati bħala inċentiv biex jinkiseb tnaqqis sinifikanti. |
(15) |
Huwa essenzjali li l-posizzjonijiet ta' l-Istati Membri fin-negozjati ta' l-IMO jkunu rinforzati, speċjalment biex, fil-fażi tar-reviżjoni ta' l-Anness VI mal-MARPOL, jiġu promossi miżuri aktar ambizzjużi dwar limiti aktar stretti fuq il-kubrit fiż-żejt karburant tqil li jintuża mill-bastimenti u l-użu ta' miżuri ekwivalenti alternattivi għat-tnaqqis. |
(16) |
Fir-riżoluzzjoni tagħha A.926(22), l-Assemblea ta' l-IMO stiednet lill-Gvernijiet, b'mod partikolari lil dawk f'reġjuni fejn ġew maħtura xi Żoni ta' Kontroll ta' l-Emissjonijiet SOx, sabiex jiżguraw id-disponibbiltà ta' żejt karburant b'kontenut ta' kubrit baxx tal-bunkers f'żoni taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom u biex isejħu lill-industriji taż-żejt u tat-tbaħħir biex jiffaċilitaw id-disponibbiltà u l-użu ta' żejt għal karburant tal-bunkers b'kontenut baxx ta' kubrit. L-Istati Membri għandhom jieħdu azzjoni skond il-każ biex jiżguraw li l-fornituri lokali ta' karburant għal użu marittimu jagħmlu disponibbli karburant konformi, fi kwantitajiet li jkunu biżżejjed biex tintlaħaq it-talba. |
(17) |
L-IMO adottat linji gwida għat-teħid ta' kampjuni taż-żejt karburant sabiex tiġi stabbilita l-osservanza ta' l-Anness VI mal-MARPOL, u sejra tiżviluppa linji gwida dwar is-sistemi tat-tnaddif tal-gassijiet ta' l-exhaust u metodi teknoloġiċi oħra intiżi biex jillimitaw l-emissjonijiet SOx f'Żoni ta' Kontroll ta' l-Emissjonijiet SOx. |
(18) |
Id-Direttiva 2001/80/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2001 dwar il-limitazzjoni ta' l-emissjonijiet fl-arja ta' ċerti sostanzi li jniġġsu li joħorġu minn impjanti kbar tal-kombustjoni (7) tfassal mill-ġdid id-Direttiva 88/609/KEE tal-Kunsill (8). Id-Direttiva 1999/32/KE għandha għaldaqstant tiġi riveduta, skond kif previst fl-Artikolu 3(4) tagħha. |
(19) |
Huwa xieraq li l-Kumitat attwali għall-Ibħra Sikuri u l-Prevenzjoni tat-Tniġġis mill-Bastimenti stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) jassisti lill-Kummissjoni fil-kuntest ta' l-approvazzjoni ta' teknoloġiji li jnaqqsu l-emissjonijiet. |
(20) |
It-teknoloġiji li jnaqqsu l-emissjonijiet, dejjem jekk dawn ma jkollhom ebda effett negattiv fuq l-ekosistemi u dejjem jekk huma jkunu żviluppati taħt sorveljanza ta' mekkaniżmi adegwati ta' approvazzjoni u kontroll, jistgħu jwasslu għal, ta' l-inqas, l-istess jew iktar riduzzjonijiet fl-emissjonijiet milli kieku jintuża karburant b'kontenut ta' kubrit baxx. Jeħtieġ li jkunu jeżistu l-kundizzjonijiet korretti sabiex jippromwovu l-introduzzjoni ta' teknoloġiji ġodda għat-tnaqqis. |
(21) |
L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għandha tassisti lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, skond il-każ, fis-sorveljanza ta' l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva. |
(22) |
Il-miżuri neċessarji għall-implementazzjoni ta' din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat implimentattivi mogħtija lill-Kummissjoni (10). |
(23) |
Id-Direttiva 1999/32/KE għandha għaldaqstant tiġi emendata f'dan is-sens, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-Direttiva 1999/32/KE hija b'dan emendata kif ġej:
1) |
L-Artikolu 1(2) jinbidel bis-segwenti:
|
2) |
L-Artikolu 2 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
3) |
L-Artikolu 3 għandu jinbidel b'li ġej: “L-Artikolu 3 Kontenut massimu ta' kubrit fiż-żejt karburant tqil 1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex jiżguraw li, mill-1 ta' Jannar 2003, żjut karburanti tqal ma jintużawx ġewwa t-territorju tagħhom jekk il-kontenut ta' kubrit tagħhom jeċċedi l-1 % fil-massa.
3. Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2 għandhom jiġu riveduti u, jekk xieraq, emendati fid-dawl ta' kwalunkwe reviżjoni futura tad-Direttiva 2001/80/KE. (**) ĠU L 309, tas-27.11.2001, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bl-Att ta' Adeżjoni ta' l-2003.”" |
4) |
L-Artikolu 4 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
(5) |
Għandhom jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin: “L-Artikolu 4a Kontenut massimu ta' kubrit fil-karburanti għal użu marittimu wżati f'żoni ta' Kontroll ta' l-Emissjonijiet SOx u minn bastimenti tal-passiġġieri li joperaw b'servizzi regolari sa u minn portijiet fil-Komunità Ewropea 1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li l-karburanti għal użu marittimu ma jintużawx fiż-żoni ta' l-ibħra territorjali, fiż-żoni ekonomiċi esklussivi u f'żoni ta' kontroll tat-tniġġis tagħhom li jaqgħu f'żoni ta' Kontroll ta' l-Emissjonijiet SOx jekk il-kontenut ta' kubrit ta' dawk il-karburanti jeċċedi l-1.5 % fil-massa. Dan għandu japplika għall-bastimenti kollha li jtajru kwalunkwe bandiera, inklużi l-bastimenti li jibdew il-vjaġġ tagħhom minn barra l-Komunità. 2. Id-dati tal-bidu ta' l-applikazzjoni għall-paragrafu 1 għandhom ikunu kif ġej:
3. L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli mill-infurzar tal-paragrafu 1 ta' l-inqas fir-rigward ta':
L-Istati Membri jistgħu jieħdu wkoll azzjoni addizzjonali ta' infurzar fir-rigward ta' bastimenti oħra skond il-liġi marittima internazzjonali. 4. Mid-data msemmija fil-paragrafu 2(a), l-Istati Membri għandhom jieħdu dawk il-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li l-karburanti għal użu marittimu ma jintużawx fl-ibħra territorjali, fiż-żoni ekonomiċi esklussivi u fiż-żoni ta' kontroll tat-tniġġis tagħhom minn bastimenti tal-passiġġieri li joperaw b'servizzi regolari sa u minn kwalunkwe port Komunitarju jekk il-kontenut ta' kubrit f'dawk il-karburanti jeċċedi l-1.5 % fil-massa. L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli mill-infurzar ta' dan ir-rekwiżit ta' l-inqas fir-rigward ta' bastimenti li jtajru l-bandieri tagħhom u ta' bastimenti li jtajru kwalunkwe bandiera waqt li jkunu fil-portijiet tagħhom. 5. Mid-data msemmija fil-paragrafu 2(a), l-Istati Membri għandhom jirrikjedu l-ikkompletar korrett tal-ġurnal uffiċjali ta' abbord, inklużi d-dettalji ta' l-operazzjonijiet tal-bdil tal-karburant, bħala kundizzjoni għad-dħul tal-bastiment fil-portijiet tal-Komunità. 6. Mid-data msemmija fil-paragrafu 2(a), u bi qbil mar-regolament 18 ta' l-Anness VI mal-MARPOL, l-Istati Membri għandhom:
7. Mid-data msemmija fil-paragrafu 2(a), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li ż-żjut diesel għal użu marittimu ma jiġux imqiegħda fis-suq fit-territorju tagħhom jekk il-kontenut ta' kubrit ta' dawk iż-żjut diesel għal użu marittimu jeċċedi l-1.5 % fil-massa. 8. Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Istati Membri bid-dati ta' applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 2(a) u għandha tippubblikahom fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Artikolu 4b Kontenut massimu ta' kubrit fil-karburanti għal użu marittimu wżati minn bastimenti tal-passaġġi ta' l-ilma interni u bastimenti irmiġġati f'portijiet tal-Komunità 1. B'effett mill-1 ta' Jannar 2010, l-Istati Membri għandhom jieħdu dawk il-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li l-bastimenti li ġejjin ma jagħmlux użu minn karburanti għal użu marittimu b'kontenut ta' kubrit li jeċċedi l-0.1 % fil-massa:
2. Il-paragrafu 1 ma għandux japplika:
3. B'effett mill-1 ta' Jannar 2010, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-gas oils għal użu marittimu ma jitqegħdux fis-suq fit-territorju tagħhom jekk il-kontenut ta' kubrit f'dawk l-istess gas oils għal użu marittimu jeċċedi l-0.1 % fil-massa. Artikolu 4ċ Provi u użu ta' teknoloġiji ġodda li jnaqqsu l-emissjonijiet 1. L-Istati Membri jistgħu, b'koperazzjoni ma' Stati Membri oħra, skond kif xieraq, japprovaw l-użu bi prova ta' teknoloġiji li jnaqqsu l-emissjonijiet ta' bastimenti fuq bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom, jew f'żoni ta' baħar taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom. Matul dawn il-provi l-użu ta' karburanti għal użu marittimu li jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' l-Artikoli 4a u 4b ma għandux ikun obbligatorju, bil-kundizzjoni li:
2. It-teknoloġiji li jnaqqsu l-emissjonijiet għall-bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru għandhom jiġu approvati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Novembru ta' l-2002 li jistabbilixxi Kumitat dwar l-Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta' Tniġġis minn Bastimenti (COSS) (***), b'kont meħud:
3. Għandhom jiġu stabbiliti kriterji għall-użu tat-teknoloġiji li jnaqqsu l-emissjonijiet minn bastimenti li jtajru kwalunkwe bandiera f'portijiet u estwarji magħluqa fil-Komunità skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 9(2). Il-Kummissjoni għandha tikkomunika dawn il-kriterji lill-IMO. 4. Bħala alternattiva għall-użu ta' karburanti għal użu marittimu b'kontenut ta' kubrit baxx li jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' l-Artikoli 4a u 4b, l-Istati Membri jistgħu jippermettu li bastimenti jużaw xi teknoloġija approvata għat-tnaqqis ta' emissjonijiet, kemm-il darba dawn il-bastimenti:
(***) ĠU L 324, tad-29.11.2002, p. 1. Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 415/2004 (ĠU L 68, tas-6.3.2004, p. 10).”" |
6) |
L-Artikolu 6 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
7) |
L-Artikolu 7 għandu jinbidel b'li ġej: “L-Artikolu 7 Rapportar u reviżjoni 1. Fuq il-bażi tar-riżultati tal-kampjuni, ta' l-analiżi u ta' l-ispezzjonijiet magħmula skond l-Artikolu 6, l-Istati Membri għandhom sat-30 ta' Ġunju ta' kull sena jipprovdu lill-Kummissjoni b'rapport qasir dwar il-kontenut ta' kubrit fil-karburanti likwidi li jaqgħu fl-ambitu ta' din id-Direttiva u wżati fit-territorju tagħhom matul is-sena kalendarja preċedenti. Dak ir-rapport għandu jinkludi reġistrazzjoni tan-numru totali ta' kampjuni eżaminati skond it-tip ta' karburant u għandu jindika l-kwantità korrispondenti ta' karburant użat, u l-kontenut medju ta' kubrit kalkulat. L-Istati Membri għandhom jirrapportaw ukoll dwar in-numru ta' ispezzjonijiet magħmula abbord, u għandhom jirreġistraw il-kontenut medju ta' kubrit fil-karburanti għal użu marittimu wżati fit-territorju tagħhom li ma jaqgħux fl-ambitu ta' din id-Direttiva fi 11 ta' Awwissu 2005. 2. Fuq il-bażi, inter alia:
il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-2008. Flimkien mar-rapport tagħha, il-Kummissjoni tista' tippreżenta proposti għall-emendar ta' din id-Direttiva, b'mod partikolari fir-rigward ta':
Il-Kummissjoni għandha tqis b'mod partikolari proposti:
3. Sa l-31 ta' Diċembru 2005, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-użu possibbli ta' strumenti ekonomiċi, inklużi mekkaniżmi bħal taxxi differenzjati u imposti fuq il-kilometri, permessi negozzjabli ta' l-emissjoni u tpaċija. Il-Kummissjoni tista' tikkunsidra li tippreżenta proposti dwar strumenti ekonomiċi bħala miżuri alternattivi jew kumplimentari fil-kuntest tar-reviżjoni ta' l-2008, kemm-il darba l-benefiċċji għall-ambjent u għas-saħħa jistgħu jintwerew b'mod ċar. 4. Kwalunkwe emendi li jkunu meħtieġa biex isiru adattamenti tekniċi fl-Artikolu 2, il-punti 1, 2, 3 a), 3 b), 3 ċ) u (4), jew fl-Artikolu 6(2) fid-dawl tal-progress xjentifiku u tekniku, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 9(2). Tali adattamenti ma għandhomx jirriżultaw f'bidliet diretti ta' l-ambitu ta' din id-Direttiva jew fil-limiti fuq il-kubrit fil-karburant speċifikati f'din id-Direttiva.”; |
8) |
L-Artikolu 9 għandu jinbidel b'li ġej: “L-Artikolu 9 Il-Proċedura ta' Kumitat 1. Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita minn kumitat. 2. Fejn isir riferiment għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE (****), b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha. Il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xhur. 3. Il-Kumitat għandu jadotta r-Regoli ta' Proċedura tiegħu.” |
9) |
It-test li jinsab fl-Anness għandu jiżdied ma' din id-Direttiva. |
Artikolu 2
L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti, u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa 11 ta' Awwissu 2006. Huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b'dan minnufih.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, għandhom jinkludu riferiment għal din id-Direttiva, jew jiġu akkumpanjati minn tali riferiment fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-modalitajiet ta' dan ir-riferiment.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Strasburgu, nhar is-6 ta' Lulju 2005.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
J. BORRELL FONTELLES
Għall-Kunsill
Il-President
J. STRAW
(1) ĠU C 45 E, tal-25.2.2003, p. 277.
(2) ĠU C 208, tat-3.9.2003, p. 27.
(3) Opinjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-4 ta' Ġunju 2003 (ĠU C 68 E, tat-18.3.2004, p. 311), Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tad-9 ta' Diċembru 2004 (ĠU C 63 E tal-15.3.2005, p. 26) u Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' April 2005 (għadha mhix pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).Deċiżjoni tal-Kunsill tat-23 ta' Mejju 2005.
(4) ĠU L 242, ta' l-10.9.2002, p. 1.
(5) ĠU L 121, tal-11.5.1999, p. 13. Direttiva kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, tal-31.10.2003, p. 1).
(6) ĠU L 309, tas-27.11.2001, p. 22. Direttiva kif emendata bl-Att ta' Adezjoni ta' l-2003.
(7) ĠU L 309, tas-27.11.2001, p. 1. Direttiva kif ġiet emendata fl-Att ta' Adeżjoni ta' l-2003.
(8) ĠU L 336, tas-7.12.1988, p. 1.
(9) ĠU L 324, tad-29.11.2002, p. 1. Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 415/2004 (ĠU L 68, tas-6.3.2004, p. 10).
(10) ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23.
L-ANNESS
“L-ANNESS
BASTIMENTI GRIEGI
ISEM TAL-BASTIMENT |
SENA TAL-KUNSINNA |
NUMRU TA' L-IMO |
ARIADNE PALACE |
2002 |
9221310 |
IKARUS PALACE |
1997 |
9144811 |
KNOSSOS PALACE |
2001 |
9204063 |
OLYMPIA PALACE |
2001 |
9220330 |
PASIPHAE PALACE |
1997 |
9161948 |
FESTOS PALACE |
2001 |
9204568 |
EUROPA PALACE |
2002 |
9220342 |
BLUE STAR I |
2000 |
9197105 |
BLUE STAR II |
2000 |
9207584 |
BLUE STAR ITHAKI |
1999 |
9203916 |
BLUE STAR NAXOS |
2002 |
9241786 |
BLUE STAR PAROS |
2002 |
9241774 |
HELLENIC SPIRIT |
2001 |
9216030 |
OLYMPIC CHAMPION |
2000 |
9216028 |
LEFKA ORI |
1991 |
9035876 |
SOPHOKLIS VENIZELOS |
1990 |
8916607” |