Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005L0030

Direttiva tal-Kummissjoni 2005/30/KE tat- 22 ta' April 2005 li temenda d-Direttivi 97/24/KE u 2002/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li għandha x'taqsam ma' l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur b'żewġ roti jew bi tlieta Test b’relevanza għaż-ŻEE.

ĠU L 106, 27.4.2005, p. 17–31 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 275M, 6.10.2006, p. 325–339 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2015; Imħassar b' 32013R0168

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2005/30/oj

6.10.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

325


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2005/30/KE

tat-22 ta' April 2005

li temenda d-Direttivi 97/24/KE u 2002/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li għandha x'taqsam ma' l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur b'żewġ roti jew bi tlieta

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 97/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 1997 dwar ċerti komponenti u karatteristiċi ta' vetturi bil-mutur ta' żewġ jew tlett roti (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2002/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Marzu 2002 li temenda li għandha x'taqsam ma' l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur b'żewġ roti jew bi tlieta u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 92/61/KE (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 17 tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 97/24/KE hija waħda mid-Direttivi separati għall-iskop tal-proċedura ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE stabbilita bid-Direttiva 2002/24/KE.

(2)

Miżuri tekniċi għall-approvazzjoni tat-tip, bħala unitajiet tekniċi separati, ta’ sostituti konvertituri katalitiċi li għandhom ikunu introdotti sabiex tkun assigurata eżekuzzjoni xierqa ta’ emissjoni. Il-miżuri għandhom ikunu introdotti sabiex jgħinu l-infurzar fl-Istati Membri permezz ta’ l-immarkar ta’ konvertituri katalitiċi sostituti u l-ippakkjar tagħhom.

(3)

Il-kodiċi ta’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ l-Istati Membri għal Malta u Ċipru fl-Anness V tad-Direttiva 2002/24/KE għandhom jiġu aġġornati.

(4)

Id-Direttivi 97/24/KE u 2002/24/KE għandhom jiġu emendati kif meħtieġ.

(5)

Il-miżuri msemmija f’din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat għall-Adattazzjoni għall-Progress Tekniku.

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

It-test anness mad-Direttiva 97/24/KE għandu jiġi emendat skond l-Anness I ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

L-Annessi II u V tad-Direttiva 2002/24/KE huma emendati skond l-Anness II ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 3

1.   B’effett minn [sena u jum wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva], l-Istati Membri m’għandhomx, fir-rigward ta’ konvertituri katalitiċi sostituti ġodda maħsuba biex ikunu mpoġġija fuq vetturi li ħadu l-approvazzjoni tat-tip skond id-Direttiva 97/24/KE:

(a)

jirrifjutaw li jagħtu approvazzjoni tat-tip tal-KE skond l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2002/24/KE,

(b)

jipprojbixxu l-bejgħ jew it-tpoġġija tagħhom fuq vettura.

2.   B’effett mill-[sena u jum wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva], l-Istati Membri m’għandhomx iktar jagħtu approvazzjoni tat-tip tal-KE skond l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2002/24/KE għal konvertitur katalitiku sostitut ġdid minħabba raġunijiet relatati ma’ miżuri li għandhom jittieħdu kontra t-tniġġiż ta’ l-arja, il-livell tal-ħoss permess jew miżuri kontra t-tbagħbis li jonqos li jkun konformi mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 97/24/KE, kif emendata b’din id-Direttiva.

Artikolu 4

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, mhux iktar tard minn [sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva], il-liġijiet, regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva. Għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjoni u din id-Direttiva.

Għandhom jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-[sena u jum wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva].

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, għandhom jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir tali referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni it-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 5

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 6

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, nhar it-22 ta' April 2005.

Għall-Kummissjoni

Gunter VERHEUGEN

Viċi-President


(1)  ĠU L 226, 18.8.1997, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2003/77/KE (ĠU L 211, 21.8.2003, p. 24).

(2)  ĠU L 124, 9.5.2002, p. 1. Direttiva kif emendata mill-Att ta’ l-Adeżjoni tal-2003.


ANNESS I

EMENDI TAD-DIRETTIVA 97/24/KE

1.   Kapitolu 5 anness mad-Direttiva 97/24/KE hu emendat kif ġej:

(a)

Fil-“LISTA TA’ ANNESSI” huma miżjuda r-referenzi ġodda li ġejjin:

“ANNESS VII

approvazzjoni tat-tip ta’ konvertitur katalitiku sostitut bħala unità teknika separata għal vetturi bil-mutur ta' żewġ jew tliet roti …

Appendiċi 1

Dokument ta’ informazzjoni fir-rigward ta’ konvertitur katalitiku sostitut, bħala unità(ijiet) teknika(ċi), għal tip ta’ vettura bil-mutur ta’ żewġ jew tliet roti …

Appendiċi 2

Ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip fir-rigward ta’ konvertitur katalitiku sostitut, bħala unità(ijiet) teknika(ċi), għal tip ta’ vettura bil-mutur ta' żewġ jew tliet roti …

Appendiċi 3

Eżempji ta’ marki ta’ l-approvazzjoni tat-tip …”

(b)

L-Anness I hu emendat kif ġej:

(i)

It-taqsimiet 1.4, 1.5 u 1.6 li ġejjin għandhom ikunu miżjuda:

“1.4.

‘konvertitur katalitiku b’tagħmir oriġinali’ ifisser konvertitur katalitiku jew ġabra ta’ konvertituri katalitiċi koperti bl-approvazzjoni tat-tip magħmula għall-vettura;

1.5.

‘konvertitur katalitiku sostitut’ ifisser konvertitur katalitiku jew ġabra ta’ konvertituri katalitiċi maħsuba biex jieħdu post konvertitur katalitiku b’tagħmir oriġinali fuq vettura b’approvazzjoni tat-tip skond dan il-Kapitolu 5, li jista’ jkun approvat bħala unità teknika separata kif definit f’Artikolu 2 (5) tad-Direttiva 2002/24/KE;

1.6.

‘konvertitur katalitiku sostitut oriġinali’ ifisser konvertitur katalitiku jew ġabra ta’ konvertituri katalitiċi li t-tipi tagħhom huma indikati fit-taqsima 5 ta’ Anness VI imma li huma offerti fis-suq bħala unità teknika separata mill-pussessur ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-vettura.”

(ii)

It-taqsima 2.3 li ġejja għandha tiġi miżjuda:

“2.3.   Disinn u mmarkar

2.3.1.

Disinn u stampa tal-wiċċ li tindika l-qisien tal-konvertitur(i) katalitiku(ċi) b’tagħmir oriġinali (jekk ikun hemm) għandu jkun anness mad-dokument imsemmi f’Anness V.

2.3.2.

Il-konvertituri katalitiċi b’tagħmir oriġinali kollha għandhom jkollhom il-marka ‘e’ segwita bl-identifikazzjoni tal-pajjiż li ta l-approvazzjoni tat-tip. Din ir-referenza għandha tkun tista’ tinqara, tkun indelibbli u għandha wkoll tkun tidher (fejn possibbli) fil-pożizzjoni li fiha trid titpoġġa.”

(iii)

It-taqsima 5 li ġejja hija miżjuda:

“5.   KONVERTITURI KATALITIĊI SOSTITUTI U KONVERTITURI KATALITIĊI SOSTITUTI ORIĠINALI

5.1.   Konvertituri katalitiċi sostituti maħsuba biex ikunu mpoġġija f’vetturi b’approvazzjoni tat-tip skond dan il-Kapitolu għandhom ikunu ttestjati skond l-Anness VII.

5.2.   Konvertituri katalitiċi sostituti oriġinali, li huma ta’ tip kopert mit-taqsima 5 ta’ l-Anness VI u li huma maħsuba biex ikunu mpoġġija f’vettura li għaliha jirreferi d-dokument ta’ l-approvazzjoni tat-tip, m’għandhomx il-ħtieġa li jkunu konformi ma’ l-Anness VII sakemm ikunu jissodisfaw ir-rekwiżiti tat-taqsimiet 5.2.1 u 5.2.2 ta’ dan l-Anness.

5.2.1.   Immarkar

Konvertituri katalitiċi sostituti oriġinali għandhom jkollhom mill-inqas waħda mill-identifikazzjonijiet li ġejjin:

5.2.1.1.

l-isem jew il-marka tan-negozju tal-manifattur tal-vettura;

5.2.1.2.

il-mudell u n-numru ta’ identifikazzjoni tal-parti.

5.2.2.   Dokumentazzjoni

Konvertituri katalitiċi sostituti oriġinali għandhom ikunu akkumpanjati bl-informazzjoni li ġejja:

5.2.2.1.

l-isem jew il-marka tan-negozju tal-manifattur tal-vettura;

5.2.2.2.

il-mudell u n-numru ta’ identifikazzjoni tal-parti;

5.2.2.3.

il-vetturi li għalihom il-konvertitur katalitiku sostitut oriġinali huwa ta’ tip kopert mit-taqsima 5 ta’ l-Anness VI;

5.2.2.4.

istruzzjonijiet ta’ installazzjoni, fejn meħtieġ;

5.2.2.5.

Din l-informazzjoni għandha tingħata jew ġewwa fuljett li jakkumpanja il-konvertitur katalitiku sostitut oriġinali, jew fuq il-pakkett li fih jinbiegħ il-konvertitur katalitiku sostitut oriġinali, jew b’xi mezz ieħor applikabbli.”

(c)

L-Anness II huwa emendat kif ġej:

(i)

It-taqsimiet 1.7, 1.8 u 1.9 li ġejjin għandhom ikunu miżjuda:

“1.7.

‘konvertitur katalitiku b’tagħmir oriġinali’ ifisser konvertitur katalitiku jew ġabra ta’ konvertituri katalitiċi koperti bl-approvazzjoni tat-tip magħmula għall-vettura;

1.8.

‘konvertitur katalitiku sostitut’ ifisser konvertitur katalitiku jew ġabra ta’ konvertituri katalitiċi maħsuba biex jieħdu post konvertitur katalitiku b’tagħmir oriġinali fuq vettura b’approvazzjoni tat-tip skond dan il-Kapitolu 5, li jista’ jkun approvat bħala unità teknika separata kif definit f’Artikolu 2 (5) tad-Direttiva 2002/24/KE;

1.9.

‘konvertitur katalitiku sostitut oriġinali’ ifisser konvertitur katalitiku jew ġabra ta’ konvertituri katalitiċi li t-tipi tagħhom huma indikati fit-taqsima 5 ta’ Anness VI ta’ din id-Direttiva imma li huma offerti fis-suq bħala unità teknika separata mill-pussessur ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-vettura.”

(ii)

It-taqsima 2.4 li ġejja hija miżjuda:

“2.4.   Disinn u mmarkar

2.4.1.

Disinn u stampa tal-wiċċ li tindika l-qisien tal-konvertitur(i) katalitiku(ċi) b’tagħmir oriġinali (jekk ikun hemm) għandu jkun anness mad-dokument imsemmi f’Anness V.

2.4.2.

Il-konvertituri katalitiċi b’tagħmir oriġinali kollha għandu jkollhom il-marka ‘e’ segwita bl-identifikazzjoni tal-pajjiż li ta l-approvazzjoni tat-tip. Din ir-referenza għandha tkun tista’ tinqara, tkun indelibbli u għandha wkoll tkun tidher (fejn possibbli) fil-pożizzjoni li fiha trid titpoġġa.”

(iii)

It-taqsima 5 li ġejja hija miżjuda:

“5.   KONVERTITURI KATALITIĊI SOSTITUTI U KONVERTITURI KATALITIĊI SOSTITUTI ORIĠINALI

5.1.   Konvertituri katalitiċi sostituti maħsuba biex ikunu mpoġġija f’vetturi b’approvazzjoni tat-tip skond dan il-Kapitolu għandhom ikunu ttestjati skond l-Anness VII.

5.2.   Konvertituri katalitiċi sostituti oriġinali, li huma ta’ tip kopert mit-taqsima 5 ta’ l-Anness VI u li huma maħsuba biex ikunu mpoġġija f’vettura li għaliha jirreferi d-dokument ta’ l-approvazzjoni tat-tip, m’għandhomx il-ħtieġa li jkunu konformi ma’ l-Anness VII sakemm jkunu jissodisfaw ir-rekwiżiti tat-taqsimiet 5.2.1 u 5.2.2 ta’ dan l-Anness.

5.2.1.   Immarkar

Konvertituri katalitiċi sostituti oriġinali għandu jkollhom mill-inqas waħda mill-identifikazzjonijiet li ġejjin:

5.2.1.1.

l-isem jew il-marka tan-negozju tal-manifattur tal-vettura;

5.2.1.2.

il-mudell u n-numru ta’ identifikazzjoni tal-parti.

5.2.2.   Dokumentazzjoni

Konvertituri katalitiċi sostituti oriġinali għandhom ikunu akkumpanjati bl-informazzjoni li ġejja:

5.2.2.1.

l-isem jew il-marka tan-negozju tal-manifattur tal-vettura;

5.2.2.2.

il-mudell u n-numru ta’ identifikazzjoni tal-parti;

5.2.2.3.

il-vetturi li għalihom il-konvertitur katalitiku sostitut oriġinali huwa ta’ tip kopert mit-taqsima 5 ta’ l-Anness VI;

5.2.2.4.

istruzzjonijiet ta’ installazzjoni, fejn meħtieġ;

5.2.2.5.

Din l-informazzjoni għandha tkun provduta jew fuq fuljett li jakkumpanja il-konvertitur katalitiku sostitut oriġinali, jew, fuq il-pakkett li fih jinbiegħ il-konvertitur katalitiku sostitut oriġinali, jew, b’xi mezz ieħor applikabbli.”

(d)

Fl-Anness VI Taqsima 4a li ġejja hija miżjuda:

“4a.   Konvertituri katalitiċi

4a.1.

Mudell u tip tal-konvertitur katalitiku b’tagħmir oriġinali kif elenkat fil-punt 3.2.12.2.1 ta’ l-Anness V (id-dokument ta’ informazzjoni)

4a.2.

Mudell(i) u tip(i) tal-konvertitur katalitiku sostitut oriġinali kif elenkat fil-punt 3.2.12.2.1 ta’ l-Anness V (id-dokument ta’ informazzjoni)”

(e)

L-Anness VII li ġej huwa miżjud:

"ANNESS VII

APPROVAZZJONI TAT-TIP TA’ KONVERTITUR KATALITIKU SOSTITUT BĦALA UNITÀ TEKNIKA SEPARATA GĦAL VETTURI BIL-MUTUR TA’ ŻEWĠJEW TLIET ROTI

Dan l-Anness japplika għall-approvazzjoni tat-tip, bħala unità teknika separata fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 2 (5) tad-Direttiva 2002/24/KE, ta’ konvertituri katalitiċi li jitpoġġew, f’tip wieħed jew aktar ta’ vetturi bil-mutur ta' żewġ jew tliet roti, bħala partijiet ta’ sostituzzjoni.

1.   TIFSIRIET

Għall-għanijiet ta’ dan l-Anness, it-tifsiriet li ġejjin għandhom jgħoddu:

1.1.   “konvertitur katalitiku b’tagħmir oriġinali” jfisser konvertitur katalitiku jew ġabra ta’ konvertituri katalitiċi koperti bl-approvazzjoni tat-tip magħmula għall-vettura;

1.2.   “konvertitur katalitiku sostitut” ifisser konvertitur katalitiku jew ġabra ta’ konvertituri katalitiċi maħsuba biex jieħdu post konvertitur katalitiku b’tagħmir oriġinali fuq vettura b’approvazzjoni tat-tip skond dan il-Kapitolu 5, li jista’ jkun approvat bħala unità teknika separata kif definit f’Artikolu 2 (5) tad-Direttiva 2002/24/KE;

1.3.   “konvertitur katalitiku sostitut oriġinali” jfisser konvertitur katalitiku jew ġabra ta’ konvertituri katalitiċi li t-tipi tagħhom huma indikati fit-taqsima 5 ta’ Anness VI ta’ din id-Direttiva imma li huma offerti fis-suq bħala unità teknika separata mill-pussessur ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-vettura;

1.4.   “tip ta’ konvertitur katalitiku” jfisser konvertituri katalitiċi li m’humiex differenti f’ċerti aspetti essenzjali, bħal dawn li ġejin:

1.4.1.

numru ta’ sostrati miksija, struttura u materjal;

1.4.2.

tip ta’ attività katalittika (ossidazzjoni, three-way, eċċ.);

1.4.3.

volum, proporzjon ta’ l-erja frontali u tul tas-sostrat;

1.4.4.

kontenut ta’ materjal katalizzatur;

1.4.5.

proporzjoni ta’ materjal katalizzatur;

1.4.6.

densità taċ-ċellula;

1.4.7.

qies u forma;

1.4.8.

protezzjoni termali;

1.5.   “tip ta’ vettura fir-rigward ta’ l-emissjoni ta’ sustanzi li jniġġsu tal-gass mill-magna” tfisser vetturi bil-mutur ta’ żewġ jew tliet roti li m’humiex differenti f’aspetti essenziali, bħal dawn li ġejjin:

1.5.1.

L-inerzja ekwivalenti determinata f’relazzjoni mal-mass ta’ referenza, kif stabbilit fit-taqsima 5.2 ta’ l-Appendiċi 1 ta’ l-Anness I jew l-Anness II (jiddependi mit-tip ta’ vettura);

1.5.2.

Il-karatteristiċi tal-magna u tal-vettura bil-mutur ta’ żewġ jew tliet roti kif imfisser f’Anness V;

1.6.   “sustanzi li jniġġsu tal-gass” ifissru monossidu tal-karbonju, idrokarbonji u ossidi tan-nitroġenu espressi f’termini ta’ diossidu tan-nitroġenu (NO2).

2.   APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP

2.1.   Applikazzjoni għal approvazzjoni tat-tip għal xi tip ta’ konvertitur katalitiku sostitut bħala unità teknika separata għandha tkun imressqa mill-manifattur tas-sistema jew mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu.

2.2.   Mudell tad-dokument ta’ l-informazzjoni huwa mniżżel fl-Appendiċi.

2.3.   Għal kull tip ta’ konvertitur katalitiku li għalih tintalab approvazzjoni, l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip għandha tkun akkumpanjata bid-dokumenti li ġejjin għal tliet darbiet, u mid-dettalji segwenti:

2.3.1.

deskrizzjoni tat-tip(i) ta’ vettura li għaliha huwa maħsub it-tagħmir, fir-rigward tal-karatteristiċi msemmija f’taqsima 1.1 ta’ l-Anness I jew l-Anness II (jiddependi mit-tip ta’ vettura);

2.3.2.

għandhom ikunu provduti n-numri u/jew is-simboli li jkunu speċifiċi għat-tip ta’ magna u vettura;

2.3.3.

deskrizzjoni tal-konvertitur katalitiku sostitut li tiddikjara l-pożizzjoni relattiva ta’ kull komponent tiegħu, flimkien ma’ l-istruzzjonijiet għat-tpoġġija tiegħu fil-post;

2.3.4.

stampi ta’ kull komponent sabiex tkun faċilitata l-pożizzjoni u l-identifikazzjoni, u dikjarazzjoni tal-materjali użati. Dawn l-istampi għandhom ukoll jindikaw il-pożizzjoni maħsuba tan-numru mandatorju ta’ l-approvazzjoni tat-tip.

2.4.   Dan li ġej għandu jkun imressaq lis-servizz tekniku responsabbli mit-test ta’ l-approvazzjoni tat-tip:

2.4.1.

Vettura(i) ta’ tip approvat skond dan il-Kapitolu 5 mgħammra b’apparat oriġinali ġdid ta’ konvertitur katalitiku. Din (dawn) il-vettura(i) għandha tingħażel mill-applikant bil-qbil tas-servizz tekniku. Għandha (għandhom) tkun konformi mar-rekwiżiti tat-Taqsima 3 ta’ l-Appendiċi 1 ta’ l-Anness I, II jew III (jiddependi mit-tip ta’ vettura).

Il-vettura(i) ittestjata(i) m’għandu jkollha l-ebda difett fis-sistema tal-kontroll ta’ l-emissjoni; kwalunkwe parti oriġinali relatata ma’ l-emissjoni li tkun intużat ħafna jew li ma tkunx qed taħdem sew għandha tkun irranġata jew mibdula. Il-vettura(i) ittestjata(i) għandha tkun issettjata tajjeb skond l-ispeċifikazzjonijiet tal-manifattur qabel isir it-test ta’ l-emissjoni.

2.4.2.

Kampjun wieħed tat-tip ta’ konvertitur katalitiku sostitut. Dan il-kampjun għandu jkun immarkat b’mod ċar u indelibbli bl-isem jew il-marka tan-negozju ta’ l-applikant u bin-nomina kummerċjali tiegħu.

3.   L-GĦOTI TA’ L-APPROVAZZJONI TAT-TIP

3.1.

Malli jitlestew it-testijiet elenkati f’dan l-Anness, l-awtorità kompetenti għandha toħroġ ċertifikat ibbażat fuq il-mudell stabbilit f’Appendiċi 2.

3.2.

Għandu jkun mogħti numru ta’ approvazzjoni skond l-Anness V tad-Direttiva 2002/24/KE għal kull tip ta’ konvertitur katalitiku sostitut li jkun approvat. L-istess Stat Membru m’għandux jagħti l-istess numru li xi tip ieħor ta’ konvertitur katalitiku sostitut. L-istess numru ta’ l-approvazzjoni tat-tip jista’ jkopri l-użu ta’ dak it-tip ta’ konvertitur katalitiku sostitut fuq numru ta’ tipi differenti ta’ vetturi.

4.   REKWIŻITI GĦALL-IMMARKAR

4.1.   Kull konvertitur katalitiku sostitut li jkun konformi ma’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ din id-Direttiva bħala unità teknika separata iżda mhux il-partijiet u l-pajpijiet ta’ l-immontar, għandu jkollu marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip magħmula skond ir-rekwiżiti ta’ l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2002/24/KE, bis-suppliment ta’ informazzjoni ulterjuri kif msemmija fit-taqsima 4.2 ta’ dan l-Anness. Il-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip għandha tkun mwaħħla b’tali mod li tkun tista’ tinqara, indelibbli u wkoll viżibbli (fejn possibbli) fil-pożizzjoni li fiha titpoġġa.

Il-qisien ta’ l-“a” għandhom ikunu ≥ 3 mm.

4.2.   Informazzjoni ulterjuri kontenuta fil-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip

4.2.1.   Kull konvertitur katalitiku sostitut, imma mhux il-partijiet u pajpijiet immuntati, għandu jkollu, fil-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip, in-numru tal-Kapitolu(i) li fuqu ġie mogħti l-approvazzjoni tat-tip.

4.2.1.1.   Konvertitur katalitiku sostitut li jkun jikkonsisti minn parti waħda biss li tintegra l-konvertitur katalitiku u s-sistema ta’ l-egżost (silencer)

Il-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip imsemmija fit-taqsima 4.1 għandha tkun segwita b’żewġt iċrieki madwar numru 5 u numru 9 rispettivament.

4.2.1.2.   Konvertitur katalitiku sostitut li jkun separat mis-sistema ta’ l-egżost (silencer)

Il-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip imsemmija fit-taqsima 4.1 imwaħħla mal-konvertitur katalitiku sostitut għandu tkun segwita b’ċirku madwar numru 5.

Eżempji ta’ marki ta’ l-approvazzjoni tat-tip huma mogħtija fl-Appendiċi 3.

5.   REKWIŻITI

5.1.   Rekwiżiti ġenerali

Id-disinn, kostruzzjoni u mmontar tal-konvertitur katalitiku sostitut għandu jkun tali li:

5.1.1.

il-vettura tkun konformi mar-rekwiżiti ta’ l-Anness f’kondizzjonijiet normali ta’ l-użu, u b’mod partikolari għal kwalunkwe vibrazzjoni li tista’ tkun suġġetta għaliha;

5.1.2.

il-konvertitur katalitiku sostitut juri reżistenza raġonevoli għall-fenomenu tas-sadid li jkun espost għalih, b’konsiderazzjoni tal-kondizzjonijiet normali ta’ l-użu tal-vettura;

5.1.3.

l-ispazju ħieles disponibbli taħt il-konvertitur katalitiku oriġinali, u l-anglu li fih tista’ ddur il-vettura, ma jkunux imnaqqsa;

5.1.4.

is-superfiċje ma tilħaqx temperaturi għoljin ħafna;

5.1.5.

il-linja ta’ barra ma jkollhiex ħruġ jew truf b’ponot fini;

5.1.6.

ix-shock absorbers u s-sospensjonijiet ikollhom spazju adegwat;

5.1.7.

spazju adegwat ta’ sigurtà jkun provdut għall-pajpijiet;

5.1.8.

jkun reżistenti għall-impatt b’tali mod li jkun kompatibbli mar-rekwiżiti definiti b’mod ċar ta’ manutenzjoni u installazzjoni;

5.1.9.

jekk it-tagħmir oriġinali tal-konvertitur katalitiku jinkludi l-protezzjoni termali, il-konvertitur katalitiku sostitut għandu jinkludi protezzjoni ekwivalenti;

5.1.10.

jekk sonda(i) ta’ l-ossiġnu u sensuri oħra jkunu oriġinarjament installati fil-linja ta’ l-egżost, l-installazzjoni tal-konvertitur katalitiku sostitut għandha tkun fil-pożizzjoni eżatta tat-tagħmir oriġinali tal-konvertitur katalitiku, u l-pożizzjoni tas-sonda(i) ta l-ossiġnu u ta’ sensuri oħra fil-linja ta’ l-egżost, m’għandhiex tkun modifikata.

5.2.   Rekwiżiti fir-rigward ta’ l-emissjonijiet

5.2.1.   Il-vettura msemmija fit-taqsima 2.4.1, mgħammra b’konvertitur katalitiku sostitut tat-tip li għalih tintalab approvazzjoni tat-tip, għandha tkun suġġetta għat-testijiet imniżżla f’Appendiċi 1 u 2 ta’ l-Annessi I, II jew III (skond it-tip ta’ approvazzjoni tal-vettura) (*).

5.2.1.1.   Evalwazzjoni ta’ l-emissjoni ta’ sustanzi li jniġġsu ta’ vetturi mgħammra b’konvertitur katalitiku sostitut

Rekwiżiti li jirrigwardaw l-emissjonijiet huma meqjusa bħala milħuqa jekk il-vettura ttestjata mgħammra b’konvertitur katalitiku sostitut tkun konformi mal-valuri ta’ limitu skond l-Anness I, II jew III (skond it-tip ta’approvazzjoni tal-vettura) (*).

Fejn l-approvazzjoni tat-tip tkun applikata għal tipi differenti ta’ vetturi mill-istess manifattur, u bil-kondizzjoni li dawn it-tipi differenti ta’ vetturi jkollhom l-istess tip ta’ tagħmir oriġinali ta’ konvertitur katalitiku, it-test ta’ tip I jista’ jkun limitat għal mill-inqas żewġ vetturi magħżula wara qbil mas-servizz tekniku responsabbli mill-approvazzjoni.

5.2.2.   Rekwiżiti relatati mal-livell ta’ ħoss permess

Il-vettura msemmija fit-taqsima 2.4.1, mgħammra b’konvertitur katalitiku sostitut tat-tip li jeħtieġlu approvazzjonu tat-tip, għandu jissodisfa r-rekwiżiti tekniċi ta’ Taqsima 3 ta’ l-Anness II, III jew III tal-Kapitolu 9 (skond it-tip – approvazzjoni tal-vettura). Ir-riżultat ta’ l-eżami tal-vettura wieqfa u miexja jrid jissemma’ fir-rapport tat-test.

5.3.   Ittestjar ta’ l-eżekuzzjoni tal-vettura

5.3.1.

Il-konvertitur katalitiku sostitut għandu jkun tali sabiex jassigura li l-eżekuzzjoni tal-vettura tkun komparabbli ma’ dik miksuba mit-tagħmir oriġinali tal-konvertitur katalitiku.

5.3.2.

Il-konvertitur katalitiku sostitut għandu jkun mqabbel ma’ tagħmir oriġinali ta’ konvertitur katalitiku, li jkun hu ukoll f’kondizzjoni ġdida, impoġġi fil-vettura msemmija f’2.4.1.

5.3.3.

Dan it-test isir billi titkejjel il-kurva tal-forza tal-magna. Il-forza netta massima u l-ogħla veloċità mkejla bil-konvertitur katalitiku sostitut m’għandhiex tkun differenti b’iktar minn ± 5 % tal-forza netta massima u ta’ l-ogħla veloċità mkejla fl-istess kondizzjonijiet bit-tagħmir oriġinali tal-konvertitur katalitiku.

6.   KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

Id-dispożizzjonijiet ta’ l-Anness VI tad-Direttiva 2002/24/KE japplikaw għall-iċċekkjar tal-konformità tal-produzzjoni.

Sabiex tkun ittestjata l-konformità kif mitluba hawn fuq, għandu jittieħed kampjun ta’ konvertitur katalitiku sostitut mil-linja ta’ produzzjoni tat-tip approvat, skond dan l-Anness.

Il-produzzjoni titqies bħala konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Anness jekk ir-rekwiżiti tat-taqsima 5.2 (Rekwiżiti fir-rigward ta’ l-emissjonijiet) u tat-taqsima 5.3 (Ittestjar ta’ l-eżekuzzjoni tal-vettura) jkunu sodisfatti.

7.   DOKUMENTAZZJONI

7.1.   Kull konvertitur katalitiku sostitut ġdid għandu jkun akkumpanjat bl-informazzjoni li ġejja:

7.1.1.

l-isem jew il-marka tan-negozju tal-manifattur katalizzatur;

7.1.2.

il-vetturi (inkluż is-sena tal-manifattura) li għalihom il-konvertitur katalitiku sostitut huwa approvat, inkluż, fejn meħtieġ;

7.1.3.

istruzzjonijiet ta’ l-installazzjoni, fejn neċessarju.

7.2.   Din l-informazzjoni għandha tkun provduta jew ġewwa fuljett li jakkumpanja l-konvertitur katalitiku sostitut, jew, fuq il-pakkett li fih jinbiegħ il-konvertitur katalitiku sostitut; jew b’xi mezz ieħor applikabbli

Appendiċi 1

Dokument ta’ informazzjoni fir-rigward ta’ konvertitur katalitiku sostitut, bħala unità teknika separata, għal tip ta’ vettura bi tnejn jew tliet roti

Nru ta’ l-Ordni (assenjat mill-applikant) …

L-applikazzjoni ta’ l-approvazzjoni tat-tip għal konvertitur katalitiku sostitut għal tip ta’ vettura bi tnejn jew tliet roti għandha tinkludi d-dettalji li ġejjin:

1.

Mudell tat-tagħmir: …

2.

Tip ta’ tagħmir: …

3.

Isem u indirizz tal-manifattur tat-tagħmir: …

4.

Jekk applikabbli, l-isem u l-indirizz tar-rappreżentant awtorizzat tal-manifattur tat-tagħmir: …

5.

Mudell(i) u tip(i) ta’ vettura li għaliha hu maħsub it-tagħmir (** ***)

6.

Stampi tal-konvertitur katalitiku sostitut, li jidentifikaw b’mod partikolari l-karatteristiċi kollha msemmija fit-taqsima 1.4 ta’ l-Anness tal-Kapitolu 5 anness mad-Direttiva 97/24/KE: …

7.

Deskrizzjoni u stampi li juru l-pożizzjoni tal-konvertitur katalitiku sostitut relattiva għall-manifold(s) tal-magna ta’ l-egżost u għas-sensuri ta’ l-ossiġnu (jekk ikun hemm): …

8.

Kwalunkwe restrizzjoni fuq l-użu u istruzzjonijiet dwar kif jitpoġġa: …

9.

Id-dettalji elenkati f’Anness II tad-Direttiva 2002/24/KE, parti 1 (A), taqsimiet:

 

0.1,

 

0.2,

 

0.5,

 

0.6,

 

2.1,

 

3,

 

3.0,

 

3.1,

 

3.1.1,

 

3.2.1.7,

 

3.2.12,

 

4 to 4.4.2,

 

4.5,

 

4.6,

 

5.2.

Appendiċi 2

Ċertifikat ta’ l-approvazzjoni tat-tip fir-rigward ta’ konvertitur katalitiku sostitut għal tip ta’ vettura b’żewġ jew tliet roti

Isem ta’ l-amministrazzjoni

Nru tar-Rapport: … mis-servizz tekniku: … Data: …

Nru ta’ l-approvazzjoni tat-tip: … Nru. ta’ l-estensjoni: …

1.

Mudell tat-tagħmir: …

2.

Tip ta’ tagħmir: …

3.

Isem u indirizz tal-manifattur tat-tagħmir: …

4.

Jekk applikabbli, l-isem u l-indirizz tar-rappreżentant awtorizzat tal-manifattur tat-tagħmir: …

5.

Mudell(i) u tip(i) u kwalunkwe varjant(i) jew verżjoni(ijiet) ta’ vettura(i) li għaliha hu maħsub it-tagħmir: …

6.

Data li fiha t-tagħmir ġie mressaq għall-ittestjar: …

7.

Approvazzjoni tat-tip mogħtija/miċħuda (** ***)

8.

Post: …

9.

Data: …

10.

Firma: …

Appendiċi 3

Eżempji ta’ marki ta’ l-approvazzjoni tat-tip

Image

Il-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip preżentata hawn fuq inħarġet mill-Ġermanja [e1] taħt in-numru 1230 għall-konvertitur katalitiku sostitut li jikkonsisti minn parti waħda biss li tintegra kemm il-konvertitur katalitiku u kemm is-sistema ta’ l-egżost (silencer).

Image

Il-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip preżentata hawn fuq inħarġet mill-Ġermana [e1] taħt in-numru 1230 għall-konvertitur katalitiku sostitut li m’huwiex integrat fis-sistema ta’ l-egżost (il-konvertitur katalitiku u s-silencer mhux integrati f’element wieħed).

Image

Il-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip preżentata hawn fuq inħarġet mill-Ġermana [e1] taħt in-numru 1230 għas-silencer mhux oriġinali li ma jintegrax konvertitur katalitiku (il-konvertitur katalitiku u s-silencer mhux integrati f’element wieħed jew il-vettura mhux mgħammra b’konvertitur katalitiku) (ara Kapitolu 9).

2.   l-Kapitolu 7 anness mad-Direttiva 97/24/KE huwa emendat kif ġej:

(a)

It-taqsima 1.10 hija mibdula b’dan li ġej:

“1.10.

‘Sistema ta’ egżost’ tfisser il-kombinazzjoni tal-pajp ta’ l-egżost, il-kaxxa ta’ l-espansjoni, is-silencer ta’ l-egżost u l-konvertitur katalitiku (jekk ikun hemm).”

(b)

Taqsima 3.10.1.3.7a hija miżjuda kif ġej:

“3.10.1.3.7a.

konvertitur(i) katalitiku(ċi) (biss jekk mhux integrat fis-silencer)”

3.   Il-Kapitolu 9 anness mad-Direttiva 97/24/KE huwa emendati kif ġej:

(a)

Fil-“LISTA TA’ ANNESSI” ir-referenza ta’ l-Appendiċi li ġejja hija inkluża bejn “l-Anness VI” u “l-Anness VII”:

“Appendiċi

Eżempji tal-marka ta l-approvazzjoni tat-tip …”

(b)

Fl-Anness II it-taqsima 3.5.5 li ġejja se tiżdied:

“3.5.5.   Verifika ta’ l-emissjoni ta’ sustanzi li jniġġsu tal-vetturi mgħammra b’sistema ta’ silencer sostituta

Il-vettura msemmija fil-punt 3.2.3.3 mgħammar b’silencer ta’ dan it-tip li jinħtieġlu approvazzjoni, se jkun soġġett għal test ta' Tip I u Tip II taħt il-kondizzjonijiet deskritti fl-Anness korrispondenti għal Kapitolu 5 ta' din id-Direttiva skond l-approvazzjoni tat-tip tal-vettura.

Il-kondizzjonijiet mitluba li jirrigwardaw emissjonijiet se jkunu meqjusa li ntlaħqu jekk ir-riżultati jilħqu l-valuri ta’ limitu skond l-approvazzjoni tat-tip tal-vettura.”

(c)

Fl-Anness III, it-taqsima 3.5.5 li ġejja se tiżdied:

“3.5.5.   Verifika ta’ l-emissjoni ta’ sustanzi li jniġġsu tal-vetturi mgħammra b’sistema ta’ silencer sostituta

Il-vettura msemmija fil-punt 3.2.3.3 mgħammar b’silencer ta’ dan it-tip li jinħtieġlu approvazzjoni, se jkun soġġett għal test ta' Tip I u Tip II taħt il-kondizzjonijiet deskritti fl-Anness korrispondenti għal Kapitolu 5 ta' din id-Direttiva skond l-approvazzjoni tat-tip tal-vettura.

Il-kondizzjonijiet mitluba li jirrigwardaw emissjonijiet se jkunu meqjusa li ntlaħqu jekk ir-riżultati jilħqu l-valuri ta’ limitu skond l-approvazzjoni tat-tip tal-vettura.”

(d)

Fl-Anness IV, it-taqsima 3.5.5 li ġejja se tiżdied:

“3.5.5.   Verifika ta’ l-emissjoni ta’ sustanzi li jniġġsu tal-vetturi mgħammra b’sistema ta’ silencer sostituta

Il-vettura msemmija fil-punt 3.2.3.3 mgħammar b’silencer ta’ dan it-tip li jinħtieġlu approvazzjoni, se jkun soġġett għal test ta' Tip I u Tip II taħt il-kondizzjonijiet deskritti fl-Anness korrispondenti għal Kapitolu 5 ta' din id-Direttiva skond l-approvazzjoni tat-tip tal-vettura.

Il-kondizzjonijiet mitluba li jirrigwardaw emissjonijiet se jkunu meqjusa li ntlaħqu jekk ir-riżultati jilħqu l-valuri ta’ limitu skond l-approvazzjoni tat-tip tal-vettura.”

(e)

L-Anness VI huwa emendat kif ġej:

(i)

It-taqsima 1.3 hija mibdula b’dan li ġej:

“1.3.

Il-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip magħmula u mwaħħla skond ir-rekwiżiti ta’ l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2002/24/KE, bis-suppliment ta’ informazzjoni ulterjuri msemmi fit-taqsima 6 ta’ dan l-Anness. Il-qisien ta’ l-‘a’ għandu jkun ta’ ≥ 3 mm.”

(ii)

It-taqsima 6 li ġejja hija miżjuda:

“6.   INFORMAZZJONI ULTERJURI KONTENUTA FIL-MARKA TA’ L-APPROVAZZJONI TAT-TIP

6.1.   Is-sistema ta’ l-egżost mhux oriġinali jew komponenti tagħha, imma mhux partijiet jew pajpijiet ta’ l-immontar, fil-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip għandu jkollha in-numru tal-Kapitolu(i) li fuqu tkun ġiet mogħtija l-approvazzjoni tat-tip, minbarra dak imsemmi fit-taqsima 6.1.3.

6.1.1.   Sistema ta’ l-egżost mhux oriġinali li tikkonsisti f’parti waħda li tintegra kemm is-silencer u kemm il-konvertitur katalitiku

Il-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip imsemmija fit-taqsima 1.3 għandha tkun segwita b’żewġt iċrieki madwar numru 5 u numru 9 rispettivament.

6.1.2.   Sistema ta’ l-egżost mhux oriġinali separata mill-konvertitur katalitiku

Il-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip imsemmija fit-taqsima 1.3 imwaħħla mas-silencer għandha tkun segwita b’ċirku madwar numru 9.

6.1.3.   Sistema ta’ l-egżost mhux oriġinali li tikkonsisti f’parti waħda (silencer) għal vetturi li m’għandhomx approvazzjoni tat-tip skond il-Kapitolu 5

Il-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip imsemmija f’1.3 imwaħħla mas-silencer għandha tkun segwita bi kwalunkwe informazzjoni ulterjuri.

Eżempji ta’ marki ta’ l-approvazzjoni tat-tip huma ppreżentati fl-Appendiċi.”

(iii)

Appendiċi li ġejja hija miżjuda:

“Appendiċi

Eżempji tal-marki ta’ l-approvazzjoni tat-tip

Image

Il-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip preżentata hawn fuq inħarġet minn Franza [e2] taħt in-numru 6789 għal sistema ta’ egżost mhux oriġinali li tikkonsisti f’parti waħda li tintegra kemm is-silencer u kemm il-konvertitur katalitiku.

Image

Il-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip preżentata hawn fuq inħarġet minn Franza [e2] taħt in-numru 6789 għal silencer mhux oriġinali li ma jintegrax konvertitur katalitiku (il-konvertitur katalitiku u s-silencer mhux integrati f’element wieħed jew il-vettura mhux mgħammra b’konvertitur katalitiku)

Image

Il-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip preżentata hawn fuq inħarġet minn Franza [e2] taħt in-numru 6789 għall-konvertitur katalitiku sostitut mhux integrat fis-sistema ta’ l-egżost (il-konvertitur katalitiku u s-silencer mhux integrati f’element wieħed) (ara Kapitolu 5).

Image

Il-marka ta’ l-approvazzjoni tat-tip preżentata hawn fuq inħarġet minn Franza [e2] taħt in-numru 6789 għal sistema ta’ l-egżost mhux oriġinali li tikkonsisti f’parti waħda (silencer) maħsuba biex tkun impoġġija fuq vetturi li m’għandhomx approvazzjoni tat-tip skond il-Kapitolu 5.”


(*)  Kif imsemmi fil-verżjoni ta’ din id-Direttiva li kienet applikabbli għall-approvazzjoni tat-tip ta’ dik il-vettura.

(**)  Ħassar kif meħtieġ

(***)  Ħassar kif meħtieġ


ANNESS II

EMENDI GĦAD- -DIRETTIVA 2002/24/KE

1. Id-Direttiva 2002/24/KE hija emendata kif ġej:

(a)

Fl-Anness II, it-taqsima 3.2.12 hija mibdula b’dan li ġej:

“3.2.12.   Miżuri meħuda kontra t-tniġġiż ta’ l-arja

3.2.12.1.   Tagħmir għar-riċiklaġġ tal-gassijiet crankcase, biss fil-każ ta’ magni four-stroke (deskrizzjoni u stampi):

3.2.12.2.   Tagħmir addizzjonali kontra t-tniġġiż (jekk ikun hemm, u jekk mhux kopert minn xi intestatura oħra):

3.2.12.2.1.   Konvertitur katalitiku: iva/le (*):

3.2.12.2.1.1.   Numru ta’ konvertituri katalitiċi u elementi:

3.2.12.2.1.2.   Qies, forma u volum tal-konvertitur(i) katalitiku(ċi):

3.2.12.2.1.3.   Tip ta’ azzjoni katalittika:

3.2.12.2.1.4.   Kariga totali ta’ metall prezzjuż:

3.2.12.2.1.5.   Konċentrazzjoni relattiva:

3.2.12.2.1.6.   Sostrat (struttura u materjal):

3.2.12.2.1.7.   Densità taċ-ċellula:

3.2.12.2.1.8.   Tip ta’ kisi għall-konvertitur(i) katalitiku(ċi):

3.2.12.2.1.9.   Post tal-konvertitur(i) katalitiku(ċi) (post u distanza ta’ referenza fil-linja ta’ l-egżost):

3.2.12.2.2.   Sensur ta’ l-ossiġnu: iva/le (*):

3.2.12.2.2.1.   Tip:

3.2.12.2.2.2.   Post:

3.2.12.2.2.3.   Marġni ta’ kontroll:

3.2.12.2.3.   Injezzjoni ta’ l-arja: iva/le (*):

3.2.12.2.3.1.   Tip (arja tal-polz, arja tal-pompa, eċċ.):

3.2.12.2.4.   Ċirkolazzjoni mill-ġdid tal-gass ta’ l-egżost: iva/le (*):

3.2.12.2.4.1.   Karatteristiċi (rata tal-fluss eċċ.):

3.2.12.2.5.   Sistemi oħra (deskrizzjoni u operazzjoni):

(*)  Ħassar kif meħtieġ”"

(*)  Ħassar kif meħtieġ”"

(*)  Ħassar kif meħtieġ”"

(*)  Ħassar kif meħtieġ”"

(b)

L-Anness V, A hu emendat kif ġej:

(i)

fil-lista f’Taqsima 1, punt 1, taħt it-Titlu A. it-test “CY għal Ċipru” u “MT għal Malta” huwa mibdul bi: “49 għal Ċipru” u “50 għal Malta”.

(ii)

fil-lista f’punt 1.1 taħt it-Titlu B. It-test “CY għal Ċipru” u “MT għal Malta” huwa mibdul bi “49 għal Ċipru” u “50 għal Malta”.



Top