This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32005E0583
Council Joint Action 2005/583/CFSP of 28 July 2005 extending the mandate of the European Union Special Representative in Bosnia and Herzegovina
Azzjoni konġunta tal-Kunsill 2005/583/PESK tat- 28 ta' Lulju 2005 li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali ta’ l-Unjoni Ewropea fil-Bosnja u Ħerzegovina
Azzjoni konġunta tal-Kunsill 2005/583/PESK tat- 28 ta' Lulju 2005 li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali ta’ l-Unjoni Ewropea fil-Bosnja u Ħerzegovina
ĠU L 199, 29.7.2005, p. 94–94
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 164M, 16.6.2006, p. 354–354
(MT)
No longer in force, Date of end of validity: 28/02/2006
16.6.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
354 |
AZZJONI KONĠUNTA TAL-KUNSILL 2005/583/PESK
tat-28 ta' Lulju 2005
li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali ta’ l-Unjoni Ewropea fil-Bosnja u Ħerzegovina
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 14, 18(5) u 23(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Fit-12 ta’ Lulju 2004 il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2004/569/PESK (1) dwar il-mandat tar-Rappreżentant Speċjali ta’ l-Unjoni Ewropea fil-Bosnja u Ħerzegovina. |
(2) |
Abbażi ta’ reviżjoni ta’ l-Azzjoni Konġunta 2004/569/PESK il-mandat tar-Rappreżentant Speċjali għandu jiġi estiż għal 6 xhur oħra. |
(3) |
Ir-Rappreżentant Speċjali ta’ l-Unjoni Ewropea ser jimplimenta l-mandat tiegħu fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tista’ tiddeterjora u li tista’ tagħmel ħsara lill-għanijiet tal-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni kif stabbiliti fl-Artikolu 11 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, |
ADOTTA DIN L-AZZJONI KONĠUNTA:
Artikolu 1
Il-mandat ta’ Lord ASHDOWN bħala r-Rappreżentant Speċjali ta’ l-Unjoni Ewropea (EUSR) fil-Bosnja u Ħerzegovina, kif stabbilit fl-Azzjoni Konġunta 2004/569/PESK, huwa b’dan estiż sat-28 ta’ Frar 2006.
Artikolu 2
L-Artikolu 6 (1) ta’ l-Azzjoni Konġunta 2004/569/PESK għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:
“1. L-ammont ta’ referenza finanzjarju maħsub sabiex ikopri l-ispiża relatata mal-mandat ta’ l-EUSR għandu jkun ta’ EUR 270 000 €.”
Artikolu 3
Din l-Azzjoni Konġunta għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ l-adozzjoni tagħha.
Artikolu 4
Din l-Azzjoni Konġunta għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Magħmula fi Brussel, 28 ta' Lulju 2005.
Għall-Kunsill
Il-President
J. STRAW
(1) ĠU L 252, 28.7.2004, p. 7.