This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32005E0096
Council Joint Action 2005/96/CFSP of 2 February 2005 amending and extending the mandate of the Special Representative of the European Union for the African Great Lakes Region
Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2005/96/PESK tat- 2 ta’ Frar 2005 li temenda u testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali ta’ l-Unjoni Ewropea għar-Reġjun tal-Lagi Kbar ta’ l-Afrika
Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2005/96/PESK tat- 2 ta’ Frar 2005 li temenda u testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali ta’ l-Unjoni Ewropea għar-Reġjun tal-Lagi Kbar ta’ l-Afrika
ĠU L 31, 4.2.2005, p. 70–70
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 159M, 13.6.2006, p. 102–102
(MT)
No longer in force, Date of end of validity: 31/08/2005
13.6.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
102 |
AZZJONI KONĠUNTA TAL-KUNSILL 2005/96/PESK
tat-2 ta’ Frar 2005
li temenda u testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali ta’ l-Unjoni Ewropea għar-Reġjun tal-Lagi Kbar ta’ l-Afrika
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 14, 18(5) u 23(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Fit-8 ta’ Diċembru 2003 l-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2003/869/PESK (1) li temenda u testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali ta’ l-Unjoni Ewropea għar-Reġjun tal-Lagi Kbar ta’ l-Afrika. |
(2) |
Fit-28 ta’ Ġunju 2004 l-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2004/530/PESK (2) li temenda u testendi sat-28 ta’ Frar 2005 l-Azzjoni Konġunta 2003/869/PESK. |
(3) |
Abbażi ta’ reviżjoni ta’ l-Azzjoni Konġunta 2003/869/PESK, kif modifikata bl-Azzjoni Konġunta 2004/530/PESK, il-mandat tar-Rappreżentant Speċjali għandu jiġi estiż għal sitt xhur oħra. |
(4) |
Fid-9 ta’ Diċembru 2004 il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2004/847/PESK (3) dwar il-Missjoni tal-Pulizija ta’ l-Unjoni Ewropea f’Kinshasa (DRC) rigward l-Unità Integrata tal-Pulizija (EUPOL “Kinshasa”), li tagħżel rwol speċifiku għall-EUSR. Il-mandat tiegħu għandu jiġi modifikat f’dan is-sens, |
ADOTTA DIN L-AZZJONI KONĠUNTA:
Artikolu 1
Il-mandat tas-Sur Aldo AJELLO bħala r-Rappreżentant Speċjali ta’ l-Unjoni Ewropea (EUSR) għar-Reġjun tal-Lagi Kbar ta’ l-Afrika, kif stabbilit fl-Azzjoni Konġunta 2003/869/PESK u kif emendat bl-Azzjoni Konġunta 2004/530/PESK, huwa b’dan estiż sal-31 ta’ Awissu 2005.
Artikolu 2
L-Azzjoni Konġunta 2003/869/PESK hija b’dan emendata kif ġej:
1) |
Is-subparagrafu li ġej għandu jiżdied fl-Artikolu 3:
|
2) |
L-Artikolu 5(1) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: “1. L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub sabiex ikopri l-ispiża relatata mal-mandat ta’ l-EUSR għandu jkun ta’ EUR 440 000.” . |
Artikolu 3
Din l-Azzjoni Konġunta għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ l-adozzjoni tagħha.
Artikolu 4
Din l-Azzjoni Konġunta għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Magħmula fi Brussel, nhar it-2 ta’ Frar 2005.
Għall-Kunsill
Il-President
J. ASSELBORN
(1) ĠU L 326, 13.12.2003, p. 37.
(2) ĠU L 234, 3.7.2004, p. 13.
(3) ĠU L 367, 14.12.2004, p. 30.