Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005E0082

    Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2005/82/PESK tal- 31 ta' Jannar 2005 li tħassar il-Pożizzjonijiet Komuni 2002/401/PESK dwar in-Niġerja, 2002/495/PESK dwar l-Angola, 2002/830/PESK dwar ir-Rwanda u 2003/319/PESK dwar il-ftehim ta’ Waqfien mill-Ġlied ta’ Lusaka u l-proċess ta’ paċi fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo

    ĠU L 159M, 13.6.2006, p. 84–84 (MT)
    ĠU L 29, 2.2.2005, p. 49–49 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/compos/2005/82/oj

    13.6.2006   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    84


    POŻIZZJONI KOMUNI TAL-KUNSILL 2005/82/PESK

    tal-31 ta' Jannar 2005

    li tħassar il-Pożizzjonijiet Komuni 2002/401/PESK dwar in-Niġerja, 2002/495/PESK dwar l-Angola, 2002/830/PESK dwar ir-Rwanda u 2003/319/PESK dwar il-ftehim ta’ Waqfien mill-Ġlied ta’ Lusaka u l-proċess ta’ paċi fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo

    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u partikolarment, l-Artikolu 15 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Il-Kunsill adotta konklużjonijiet li jikkonċernaw il-politika ta’ l-UE dwar in-Niġerja fis-17 ta’ Mejju 2003, dwar l-Angola fit-13 ta’ Ottubru 2003, dwar ir-Rwanda fit-8 ta’ Diċembru 2003 u dwar ir-Reġjun tal-Lagi Kbar Afrikani fl-14 ta’ Ġunju 2004. Dawn il-konklużjonijiet jistabbilixxu l-politika aktar wiesgħa ta’ l-UE fir-rigward ta’ dawn il-pajjiżi u dak ir-reġjun.

    (2)

    B’konsegwenza, il-Pożizzjonijiet Komuni adottati mill-Kunsill fir-rigward ta’ dawn il-pajjiżi u dak ir-Reġjun, li ma jiddefinixxux prinċipji bażiċi komuni validi għal perijodu ta’ żmien itwal u li m' humiex meħtieġa bħala bażi legali għall-implimentazzjoni tal-politika ta’ l-UE, għandhom jitħassru,

    ADOTTA DIN IL-POŻIZZJONI KOMUNI:

    Artikolu 1

    Il-Posizzjonijiet Komuni 2002/401/PESK (1) dwar in-Niġerja, 2002/495/PESK (2) dwar l-Angola, 2002/830/PESK (3) dwar ir-Rwanda u 2003/319/PESK (4) dwar il-ftehim ta’ Waqfien mill-Ġlied ta’ Lusaka u l-proċess ta’ paċi fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, qegħdin hawn jiġu mħassra.

    Artikolu 2

    Din il-Posizzjoni Komuni għandu jkollha effett fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha.

    Artikolu 3

    Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Magħmula fi Brussell, nhar il-31 ta' Jannar 2005.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. ASSELBORN


    (1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 1.

    (2)  ĠU L 167, 26.6.2002, p. 9.

    (3)  ĠU L 285, 23.10.2002, p. 3.

    (4)  ĠU L 115, 9.5.2003, p. 87.


    Top