EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005D0957

Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà EUPAT/1/2005 tas- 7 ta’ Diċembru 2005 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tat-Tim Konsultattiv tal-Pulizija ta' l-UE f’dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (EUPAT)

ĠU L 346, 29.12.2005, p. 46–46 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 175M, 29.6.2006, p. 323–323 (MT)

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/957/oj

29.6.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

323


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ EUPAT/1/2005

tas-7 ta’ Diċembru 2005

dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tat-Tim Konsultattiv tal-Pulizija ta' l-UE f’dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (EUPAT)

(2005/957/PESK)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b’mod partikolari t-tielet paragrafu ta' l-Artikolu 25 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2005/826/PESK ta' l-24 ta' Novembru 2005 dwar l-istabbiliment ta' Tim Konsultattiv tal-Pulizija ta' l-UE (EUPAT), f'dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (fYROM) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Bl-Artikolu 7(2) ta' l-Azzjoni Konġunta 2005/826/PESK il-Kunsill jawtorizza l-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà biex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti skond l-Artikolu 25 tat-Trattat, inkluż is-setgħat li jaħtar, fuq proposta tas-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli, Kap ta' l-EUPAT.

(2)

Is-Segretarjat-Ġenerali/Rappreżentant Għoli ppropona l-ħatra tas-Sur Jürgen SCHOLZ,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Is-Sur Jürgen SCHOLZ huwa b'dan maħtur Kap tal-Missjoni tat-Tim Konsultattiv tal-Pulizija ta' l-UE f’dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (EUPAT) mill-15 ta' Diċembru 2005.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandu jkollha effett mill-jum ta' l-adozzjoni tagħha.

Għandha tapplika sa l-14 ta' Ġunju 2006.

Magħmula fi Brussel, nhar is-7 ta’ Diċembru 2005.

Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

Il-President

J. KING


(1)  ĠU L 307, 25.11.2005, p. 61.


Top