Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005D0947

2005/947/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 23 ta’ Diċembru 2005 dwar l-issoktar fis-sena 2006 ta’ provi u testijiet komparattivi tal-Komunità fuq żrieragħ u materjal ta’ propagazzjoni ta’ Agrostis spp., D. glomerata L., Festuca spp., Lolium spp., Phleum spp., Poa spp. inkluż it-taħlit u Asparagus officinalis skond id-Direttivi tal-Kunsill 66/401/KEE u 2002/55/KE li ngħataw bidu fl-2005 Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

ĠU L 342, 24.12.2005, p. 103–103 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 349M, 12.12.2006, p. 729–729 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/947/oj

12.12.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

729


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-23 ta’ Diċembru 2005

dwar l-issoktar fis-sena 2006 ta’ provi u testijiet komparattivi tal-Komunità fuq żrieragħ u materjal ta’ propagazzjoni ta’ Agrostis spp., D. glomerata L., Festuca spp., Lolium spp., Phleum spp., Poa spp. inkluż it-taħlit u Asparagus officinalis skond id-Direttivi tal-Kunsill 66/401/KEE u 2002/55/KE li ngħataw bidu fl-2005

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2005/947/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE ta' l-14 ta' Ġunju 1966 dwar it-tqegħid fis-suq ta' żerriegħa tal-pjanti ta' l-għalf (1),

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-marketing ta' żrieragħ tal-ħxejjex (2),

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/5/KE tas-27 ta' Diċembru 2004 li tistabbilixxi l-arranġamenti għall-provi u għat-testijiet komparattivi tal-Komunità fuq żrieragħ u materjal ta’ propogazzjoni ta' ċerti pjanti ta' speċi agrikola u veġetali u dwieli taħt id-Direttivi tal-Kunsill 66/401/KEE, 66/402/KEE, 68/193/KEE, 92/33/KEE, 2002/54/KE, 2002/55/KE, 2002/56/KE u 2002/57/KE għas-snin 2005 sa 2009 (3), u partikolarment l-Arikolu 3 tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni 2005/5/KE tistabbilixxi l-arranġamenti għall-provi u għat-testijiet komparattivi li għandhom jitwettqu skond id-Direttivi tal-Kunsill 66/401/KEE u 2002/55/KE dwar Agrostis spp., D. Glomerata L., Festuca spp., Lolium spp., Phleum spp., Poa spp. inkluż it-taħlit u Asparagus officinalis mill-2005 sa l-2009.

(2)

It-testijiet u l-provi mwettqa fl-2005 għandhom jissoktaw fl-2006,

IDDEĊIEDIET KIF ĠEJ:

Artikolu uniku

Il-provi u t-testijiet komparattivi tal-Komunità mibdija fl-2005 fuq żrieragħ u materjal ta' propagazzjoni ta' Agrostis spp., D. glomerata L., Festuca spp., Lolium spp., Phleum spp., Poa spp. inkluż it-taħlit u Asparagus officinalis għandhom jissoktaw fl-2006 skond id-Deċiżjoni 2005/5/KE.

Magħmul fi Brussell, nhar it-23 ta’ Diċembru 2005.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU 125, 11.7.1966, p. 2298/66. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2004/117/KE (ĠU L 14, 18.1.2005, p. 18).

(2)  ĠU L 193, 20.7.2002, p. 33. Direttiva kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 2004/117/KE.

(3)  ĠU L 2, 5.1.2005, p. 12.


Top