Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005D0942

    2005/942/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 21 ta’ Diċembru 2005 li tawtorizza l-Istati Membri biex jieħdu deċiżjonijiet skond id-Direttiva 1999/105/KE dwar assigurazzjonijiet li jifilħu jagħmlu fir-rigward ta’ materjal riproduttiv tal-foresti prodott f'pajjiżi terzi (innotifikata taħt dokument numru C(2005) 5485)

    ĠU L 342, 24.12.2005, p. 92–93 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 349M, 12.12.2006, p. 721–722 (MT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2008

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/942/oj

    12.12.2006   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    721


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tal-21 ta’ Diċembru 2005

    li tawtorizza l-Istati Membri biex jieħdu deċiżjonijiet skond id-Direttiva 1999/105/KE dwar assigurazzjonijiet li jifilħu jagħmlu fir-rigward ta’ materjal riproduttiv tal-foresti prodott f'pajjiżi terzi

    (innotifikata taħt dokument numru C(2005) 5485)

    (2005/942/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 1999/105/KE tat-22 ta' Diċembru 1999 dwar it-tqegħid fis-suq ta' materjal riproduttiv tal-foresti (1) u partikolarment l-Artikolu 19(3) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Skond l-Artikolu 19(1) tad-Direttiva 1999/105/KE, il-Kunsill fuq proposta tal-Kummissjoni għandu jiddetermina jekk il-materjal riproduttiv tal-foresti prodott f’pajjiż terzi jifilħux l-istess assigurazzjonijiet fir-rigward ta’ l-approvazzjoni tal-materjal bażiku tiegħu u l-miżuri meħuda għall-produzzjoni tiegħu bil-ħsieb li jitqiegħed fis-suq bħall-materjal riproduttiv tal-foresti prodott ġewwa l-Komunità u li jikkonforma mad-dispożizzjonijiet ta’ dik id-Direttiva

    (2)

    Madankollu, it-tagħrif disponibbli bħalissa dwar il-kundizzjonijiet li japplikaw fil-pajjiżi terzi għadu mhux biżżejjed sabiex jippermetti lill-Kummissjoni biex tieħu xi deċiżjoni bħal din dwar xi pajjiż terz

    (3)

    Sabiex jiġi evitat tfixkil fit-tendenzi tal-kummerċ l-Istati Membri għandhom għalhekk, jiġu awtorizzati li jieħdu deċiżjonijiet bħal dawn dwar il-materjal speċifiku importat minn pajjiżi partikolari. L-analiżi tal-Kummissjoni turi li dan il-materjal joffri garanziji ekwivalenti għal dawk applikabbli għall-materjal riproduttiv tal-foresti prodott fil-Komunità skond id-Direttiva 1999/105/KE.

    (4)

    Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar iż-Żrieragħ u l-Materjal ta' Propagazzjoni għall-Agrikoltura, l-Ortikultura u l-Foresti,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Istati Membri huma awtorizzati jiddeċiedu dwar il-pajjiżi terzi mniżżlin fl-Anness, u dwar l-ispeċi, il-kategoriji u t-tipi tal-materjal bażiku stipulat fih jekk materjal riproduttiv tal-foresti prodott f’dawk il-pajjiżi jifilħux għall-istess assigurazzjonijiet dwar l-approvazzjoni għall-materjal bażiku tagħhom u l-miżuri meħuda għall-produzzjoni tiegħu bil-ħsieb li jitqiegħed fis-suq bħall- materjal riproduttiv tal-foresti prodott ġewwa l-Komunità u li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 1999/105/KE.

    Il-materjal riproduttiv tal-foresti importati minn dawk il-pajjiżi terzi se jiġu akkumpanjati b’ċertifikat oriġinali jew ċertifikat uffiċjali maħruġ mill-pajjiż ta’ l-oriġini u rekords li jkun fihom dettalji tal-konsenji kollha li jridu jiġu esportati, li jridu jiġu pprovduti mill-fornitur fil-pajjiż terz.

    Artikolu 2

    L-Istati Membri għandhom javżaw minnufih lill-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra bi kwalunkwe deċiżjonijiet meħuda skond din id-Deċiżjoni, u ta' kwalunkwe rtirar ta' deċiżjonijiet bħal dawn.

    Artikolu 3

    L-awtorizzazzjoni prevista fl-Artikolu 1 għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2006 u għandha tiskadi fil-31 ta' Diċembru 2008.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, nhar il-21 ta’ Diċembru 2005.

    Għall-Kummissjoni

    Markos KYPRIANOU

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 11, 15.1.2000, p. 17.


    ANNESS

    Pajjiż ta' l-oriġini

    Speċi

    Kategorija

    Tip ta' materjal bażiku

    Belarus

    Picea abies Karst.

    SI

    SS, St

    Il-Kanada

    (British Columbia)

    Abies grandis Lindl.

    SI, Q, T

    SS, St, SO, PF

    Picea sitchensis Carr.

    SI, Q

    SS, St, SO

    Pinus contorta Loud.

    SI

    SS, St

    Pseudotsuga menziesii Franco

    SI, Q, T

    SS, St, SO, PF

    Il-Kroazja

    (I-1. Podravina, Podunavlje, I-2. Posavina)

    Quercus robur L.

    SI

    SS, St

    In-Norveġja

    Picea abies Karst.

    SI

    SS, St

    Pinus sylvestris L.

    SI

    SS, St

    Quercus petraea Liebl.

    SI

    SS, St

    Quercus robur L.

    SI

    SS, St

    Ir-Rumanija

    Abies alba Mill.

    SI

    SS, St

    Acer platanoides L.

    SI

    SS, St

    Fagus sylvatica L.

    SI

    SS, St

    Larix decidua Mill.

    SI

    SS, St

    Picea abies Karst.

    SI

    SS, St

    Pinus nigra Arnold

    SI

    SS, St

    Prunus avium L.

    SI

    SS, St

    Quercus cerris L.

    SI

    SS, St

    Quercus petraea Liebl.

    SI

    SS, St

    Quercus robur L.

    SI

    SS, St

    Quercus rubra L.

    SI

    SS, St

    Robinia pseudoacacia L.

    SI

    SS, St

    L-Iżvizzera

    Fagus sylvatica L.

    SI

    SS, St

    It-Turkija

    Cedrus libani A. Richard

    SI, SE

    SS, St

    Pinus brutia Ten.

    SI, SE

    SS, St

    L-Istati Uniti ta' l-Amerika

    (Washington, Oregon, California)

    Abies grandis Lindl.

    SI, Q, T

    SS, St, SO, PF

    Picea sitchensis Carr

    SI

    SS, St

    Pinus contorta Loud

    SI

    SS, St

    Pseudotsuga menziesii Franco

    SI, Q, T

    SS, St, SO, PF

    Spjega:

    Kategorija

    tip ta' materjal bażiku

    SI

    Sors Identifikat

    SE

    Magħżul

    Q

    Kwalifikat

    T

    Ittestjat

    SS

    Sors taż-Żerriegħa

    St

    Grupp ta’ siġar uniformi

    SO

    Masġar taż-Żrieragħ

    PF

    Siġar għall-ġenerazzjoni


    Top