Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005D0932

2005/932/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 21 ta’ Diċembru 2005 li temenda l-Anness E tad-Direttiva tal-Kunsill 91/68/KEE fir-rigward ta’ l-aġġornament tal-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa ta’ l-annimali ovini u kaprini (innotifikata taħt dokument numru C(2005) 5506) Test b’rilevanza għaż-ŻEE.

ĠU L 340, 23.12.2005, pp. 68–69 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 349M, 12.12.2006, pp. 709–710 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Impliċitament imħassar minn 32016R0429

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/932/oj

12.12.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

709


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-21 ta’ Diċembru 2005

li temenda l-Anness E tad-Direttiva tal-Kunsill 91/68/KEE fir-rigward ta’ l-aġġornament tal-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa ta’ l-annimali ovini u kaprini

(innotifikata taħt dokument numru C(2005) 5506)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2005/932/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/68/KEE tat-28 ta' Jannar 1991 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju tan-nagħaġ u tal-mogħoż (1), u b’ mod partikolari l-Artikolu 14(2) tagħha,

Billi:

(1)

Il-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa għall-kummerċ intra-Komunitarju ta’ l-annimali ovini u kaprini għall-qatla, it-tismin u t-trobbija huma stipulati fl-Anness E tad-Direttiva 91/68/KEE bħala mudelli I, II u III rispettivament.

(2)

Problemi ta’ ċertifikazzjoni ġew affrontati mill-Istati Membri fejn il-veterinarju uffiċjali ma setax jiċċertifika r-rekwiżiti ta' residenza u waqfien, informazzjoni li jafha biss ir-raħħal.

(3)

Iċ-ċertifikati tas-saħħa għandhom jenfasizzaw li ċ-ċertifikazzjoni li tikkonċerna r-rekwiżiti ta' residenza u waqfien ikunu bbażati fuq dikjarazzjoni tar-raħħal jew fuq eżami ta’ l-arkivji li jinżammu skond ir-Regolament tal-Kunsill Nru 21/2004 (2) li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta’ l-annimali ovini u kaprini.

(4)

Id-Direttiva 91/68/KEE għandha, għalhekk, tiġi emendata b’mod xieraq.

(5)

Il-miżuri li hemm f'din id-Deċiżjoni huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness E tad-Direttiva 91/68/KEE huwa emendat skond l-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tibda tapplika mill-15 ta’ Frar 2006.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, nhar il-21 ta’ Diċembru 2005.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 46, 19.2.1991, p. 19. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/554/KE (ĠU L 248, 22.7.2004, p. 1).

(2)   ĠU L 5, 9.1.2004, p. 8.


ANNESS

Anness E tad-Direttiva 91/68/KEE huwa emendat kif ġej:

1.

Fil-Mudell I, il-punt li ġej huwa inkluż qabel il-punt 12.4.1:

“12.4

Fuq il-bażi ta' dikjarazzjoni bil-miktub mid-detentur jew eżami tar-reġistru ta’ l-impriża u d-dokumenti tal-moviment li jinżammu skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 21/2004, b’ mod partikolari fis-Sezzjonijiet B u C ta’ l-Anness ta’ dak ir-Regolament,”

2.

Fil-Mudelli II u III, il-punt 12.4 hu mibdul b'dan li ġej:

“12.4

Fuq il-bażi ta' dikjarazzjoni bil-miktub mid-detentur jew minn eżami tar-reġistru ta’ l-impriża u d-dokumenti tal-moviment skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 21/2004, b’ mod partikolari fis-Sezzjonijiet B u C ta’ l-Anness ma’ dak ir-Regolament, dawn inżammu f’impriża waħda ta' l-oriġini għal perjodu ta’ mill-inqas 30 ġurnata qabel it-tagħbija, jew fl-impriża ta' l-oriġini mit-twelid tagħhom fejn l-annimali huma ta’ età inqas minn 30 ġurnata, u l-ebda annimal ta’ speċi ovina jew kaprina ma ġie introdott fl-impriża ta' l-oriġini matul l-aħħar 21 ġurnata qabel it-tagħbija u l-ebda annimal bijungulat ma ġie introdott minn pajjiż terz fl-impriża ta' l-oriġini matul it-30 ġurnata qabel it-tluq mill-impriża ta' l-oriġini, sakemm dawk l-annimali ma ġewx introdotti skond l-Artikolu 4a(2) tad-Direttiva 91/68/KEE.”


Top