EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005D0927

Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/927/PESK tal- 21 ta' Diċembru 2005 implimentazzjoni tal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2004/694/PESK dwar miżuri ulterjuri b'appoġġ għall-implimentazzjoni effettiva tal-mandat tat-Tribunal Kriminali Internazzjonali għal dik li qabel kienet il-Jugoslavja (ICTY)

ĠU L 337, 22.12.2005, p. 71–72 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 175M, 29.6.2006, p. 279–280 (MT)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 10/10/2006

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/927/oj

29.6.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

279


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2005/927/PESK

tal-21 ta' Diċembru 2005

implimentazzjoni tal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2004/694/PESK dwar miżuri ulterjuri b'appoġġ għall-implimentazzjoni effettiva tal-mandat tat-Tribunal Kriminali Internazzjonali għal dik li qabel kienet il-Jugoslavja (ICTY)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra l-Pożizzjoni Komuni 2004/694/PESK (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2 tagħha, flimkien mat-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 23(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Taħt it-termini tal-Pożizzjoni Komuni 2004/694/PESK, il-Kunsill adotta miżuri sabiex jiffriża l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu lil persuni fiżiċi akkużati mit-Tribunal Kriminali Internazzjonali għal dik li qabel kienet il-Jugoslavja (ICTY).

(2)

Fis-6 ta' Ottubru, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2005/689/PESK, li testendi l-Pożizzjoni Komuni 2004/694/PESK u li temenda l-lista mniżżla fl-Anness.

(3)

Wara t-trasferiment ta' Mr Ante GOTOVINA għall-unitajiet ta’ detenzjoni ta’ l-ICTY, l-isem tiegħu għandu jiġi mneħħi mil-lista.

(4)

Huwa neċessarju li l-lista li tinsab fl-Anness għall-Pożizzjoni Komuni 2004/694/PESK tiġi adattata f'dan is-sens,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-lista ta’ persuni stabbilita fl-Anness għall-Pożizzjoni Komuni 2004/694/PESK għandha tiġi sostitwita bit-test stabbilit fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tieħu effett fid-data ta' l-adozzjoni tagħha.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussel, nhar il-21 ta' Diċembru 2005.

Għall-Kunsill

Il-President

B. BRADSHAW


(1)  ĠU L 315, 14.10.2004, p. 52. Pożizzjoni Komuni kif estiża l-aħħar bil-Pożizzjoni Komuni 2005/689/PESK (ĠU L 261, 7.10.2005, p. 29).


ANNESS

“ANNESS

LISTA TAL-PERSUNI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1

1.

Kunjom: DJORDJEVIC Vlastimir

Data tat-twelid: 1948

Post tat-twelid: Vladicin Han, Serbja u Montenegro

Ċittadinanza: Serbja u Montenegro

2.

Kunjom: HADZIC Goran

Data tat-twelid: 7.9.1958

Post tat-twelid: Vinkovci, Repubblika tal-Kroazja

Ċittadinanza: Serbja u Montenegro

3.

Kunjom: KARADZIC Radovan

Data tat-twelid: 19.6.1945

Post tat-twelid: Petnjica, Savnik, Montenegro, Serbja u Montenegro

Ċittadinanza: Bosnja u Ħerzegovina

4.

Kunjom: LUKIC Milan

Data tat-twelid: 6.9.1967

Post tat-twelid: Visegrad, Bosnja u Ħerzegovina

Ċittadinanza: Bosnja u Ħerzegovina

Possibbilment Serbja u Montenegro

5.

Kunjom: MLADIC Ratko

Data tat-twelid: 12.3.1942

Post tat-twelid: Bozanovici, Muniċipalità ta’ Kalinovik, Bosnja u Ħerzegovina

Ċittadinanza: Bosnja u Ħerzegovina

Possibbilment Serbja u Montenegro

6.

Kunjom: TOLIMIR Zdravko

Data tat-twelid: 27.11.1948

Post tat-twelid:

Nazzjonalità: Bosnja u Ħerzegovina

7.

Kunjom: ZELENOVIC Dragan

Data tat-twelid: 12.2.1961

Post tat-twelid: Foca, Bosnja u Ħerzegovina

Ċittadinanza: Bosnja u Ħerzegovina

8.

Kunjom: ZUPLJANIN Stojan

Data tat-twelid: 22.9.1951

Post tat-twelid: Kotor Varos, Bosnja u Ħerzegovina

Ċittadinanza: Bosnja u Ħerzegovina”


Top