EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005D0923

Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 2 ta' Diċembru 2005 dwar l-iffirmar f'isem il-Komunità Ewropea tal-Protokoll dwar il-Ħarsien tal-Ħamrija, il-Protokoll dwar l-Enerġija u l-Protokoll dwar it-Turiżmu għall-Konvenzjoni dwar l-Alpi

ĠU L 337, 22.12.2005, p. 27–28 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 175M, 29.6.2006, p. 256–257 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/923/oj

Related international agreement
Related international agreement
Related international agreement

32005D0923

Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 2 ta' Diċembru 2005 dwar l-iffirmar f'isem il-Komunità Ewropea tal-Protokoll dwar il-Ħarsien tal-Ħamrija, il-Protokoll dwar l-Enerġija u l-Protokoll dwar it-Turiżmu għall-Konvenzjoni dwar l-Alpi

Official Journal L 337 , 22/12/2005 P. 0027 - 0028
Official Journal L 175 , 29/06/2006 P. 0256 - 0257


Deċiżjoni tal-Kunsill

tat- 2 ta' Diċembru 2005

dwar l-iffirmar f'isem il-Komunità Ewropea tal-Protokoll dwar il-Ħarsien tal-Ħamrija, il-Protokoll dwar l-Enerġija u l-Protokoll dwar it-Turiżmu għall-Konvenzjoni dwar l-Alpi

(2005/923/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 175 (1) flimkien ma' l-ewwel sub-paragrafu ta' l-ewwel sentenza ta’ l-Artikolu 300(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1) Il-Konvenzjoni dwar il-Ħarsien ta' l-Alpi (Il-Konvenzjoni dwar l-Alpi) ġiet konkluża f'isem il-Komunità Ewropea bid-Deċiżjoni 96/191/KE [1].

(2) Il-Protokoll dwar il-Ħarsien tal-Ħamrija, il-Protokoll dwar l-Enerġija u l-Protokoll dwar it-Turiżmu għall-Konvenzjoni dwar l-Alpi huma pass importanti fl-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni dwar l-Alpi, u l-Komunità għandha l-impenn għat-twettiq ta' l-objettivi ta' din il-Konvenzjoni.

(3) Il-problemi ekonomiċi, soċjali u ekoloġiċi transkonfinali ta' l-Alpi jibqgħu sfida ewlenija li għandha tiġi trattata f'din iż-żona sensittiva ħafna.

(4) Il-Politika Komunitarja, b'mod partikolari l-oqsma ta' prijorità tas-6 Programm ta' Azzjoni dwar l-Ambjent [2], għandha tiġi promossa u msaħħa fi ħdan ir-reġjun ta' l-Alpi.

(5) Dawn il-Protokolli għandhom jiġu ffirmati u d-dikjarazzjonijiet mehmuża approvati,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-iffirmar tal-Protokoll dwar il-Ħarsien tal-Ħamrija, il-Protokoll dwar l-Enerġija u l-Protokoll dwar it-Turiżmu għall-Konvenzjoni dwar l-Alpi, magħmula f'Salzburg fis- 7 ta' Novembru 1991, huwa b' dan approvat f' isem il-Komunità, soġġett għall-konklużjoni ta' l-imsemmija protokolli.

It-test tal-Protokolli u tad-Dikjarazzjonijiet għalihom huma mehmuża ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat li jaħtar il-persuna/i bis-setgħa li, tiffirma/jiffirmaw il-Protokolli msemmija f' Artikolu 1 f' isem il-Komunita' soġġett għall-konklużjoni tagħhom, u jiddepożita(w) id-dikjarazzjonijiet.

Magħmula fi Brussel, nhar it- 2 ta' Diċembru 2005.

Għall-Kunsill

Il-President

M. Beckett

[1] ĠU L 61, 12.3.1996, p. 31.

[2] ĠU L 242, 10.9.2002, p. 1.

--------------------------------------------------

Top