This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32005D0910
2005/910/EC: Council Decision of 12 December 2005 authorising the Federal Republic of Germany to conclude an agreement with the Swiss Confederation that includes provisions derogating from Articles 2(2) and 3 of the Sixth Directive 77/388/EEC on the harmonisation of the laws of the Member States relating to turnover taxes
Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 12 ta' Diċembru 2005 li tawtorizza lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja sabiex tikkonkludi Ftehim mal-Konfederazzjoni Żvizzera li jinkludi dispożizzjonijiet li jidderogaw mill-Artikolu 2(2) u 3 tas-Sitt Direttiva 77/388/KEE dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ
Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 12 ta' Diċembru 2005 li tawtorizza lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja sabiex tikkonkludi Ftehim mal-Konfederazzjoni Żvizzera li jinkludi dispożizzjonijiet li jidderogaw mill-Artikolu 2(2) u 3 tas-Sitt Direttiva 77/388/KEE dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ
ĠU L 331, 17.12.2005, p. 28–29
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 175M, 29.6.2006, p. 203–204
(MT)
Date of entry into force unknown (pending notification) or not yet in force.
29.6.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
203 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-12 ta' Diċembru 2005
li tawtorizza lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja sabiex tikkonkludi Ftehim mal-Konfederazzjoni Żvizzera li jinkludi dispożizzjonijiet li jidderogaw mill-Artikolu 2(2) u 3 tas-Sitt Direttiva 77/388/KEE dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ
(2005/910/KE)
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidra s-Sitt Direttiva tal-Kunsill (77/388/KEE) tas-17 ta' Mejju 1977 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ - Sistema Komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 30 tagħha,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Billi:
(1) |
Skond l-Artikolu 30(1) tad-Direttiva 77/388/KEE, il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi b'mod unanimu fuq proposta mill-Kummissjoni, jista’ jawtorizza kwalunkwe Stat Membru sabiex jikkonkludi ma' pajjiż terz Ftehim li jista' jkollu derogi minn dik id-Direttiva. |
(2) |
Permezz ta' ittra reġistrata mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni fil-21 ta' Ottubru 2004, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (minn hawn 'il quddiem “il-Ġermanja”) talbet awtorizzazzjoni sabiex tikkonkludi Ftehim mal-Konfederazzjoni Svizzera (minn hawn 'il quddiem “l-Isvizzera”) dwar ir-restawr u l-manutenzjoni ulterjuri ta' pont eżistenti tal-fruntiera li jaqsam il-Wutach bejn Stühlingen (Baden-Württemberg, il-Ġermanja) u Oberwiesen (Schaffhausen, l-Isvizzera). |
(3) |
Konformement ma' l-Artikolu 30(2) tad-Direttiva 77/388/KEE, il-Kummissjoni informat lill-Istati Membri l-oħra, b'ittra li ġġib id-data ta' l-1 ta' Diċembru 2004, bit-talba magħmula mill-Ġermanja. B'ittra li ġġib id-data tat-2 ta' Diċembru 2004, il-Kummissjoni nnotifikat lill-Ġermanja li hija kellha l-informazzjoni kollha li kkunsidrat meħtieġa sabiex tivvaluta t-talba. |
(4) |
Il-Ftehim għandu jinkludi dispożizzjonijiet dwar il-VAT li jidderogaw mill-Artikoli 2(2) u 3 tad-Direttiva 77/388/KEE fir-rigward ta' oġġetti u servizzi fornuti għar-restawr u l-manutenzjoni ulterjuri tal-pont tal-fruntiera u ta' oġġetti importati għall-istess finijiet. |
(5) |
Jekk ma jingħatawx id-derogi mid-Direttiva 77/388/KEE, ir-restawr u l-manutenzjoni ulterjuri mwettqa fil-Ġermanja jkunu suġġetti għall-VAT Ġermaniża filwaqt li dawk imwettqa fl-Isvizzera ma jkunux suġġetti għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 77/388/KEE. L-oġġetti importati mill-Isvizzera fil-Ġermanja għar-restawr jew għall-manutenzjoni ulterjuri tal-pont tal-fruntiera jkunu wkoll suġġetti għall-VAT Ġermaniża. |
(6) |
L-applikazzjoni tar-regoli normali tfisser kumplikazzjonijiet fiskali serji għan-negozji responsabbli mit-twettiq tax-xogħlijiet. |
(7) |
L-għan ta' dawn id-derogi huwa s-simplifikazzjoni tal-ġbir tat-taxxi fuq ix-xogħlijiet involuti fir-restawr u l-manutenzjoni ulterjuri tal-pont konċernat. |
(8) |
Id-derogi sejrin ikollhom effett totalment insinifikanti fuq ir-riżorsi proprji tal-Komunità li jiġu mill-VAT, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Ġermanja hija b'dan awtorizzata li tikkonkludi Ftehim ma’ l-Isvizzera li jinkludi dispożizzjonijiet li jidderogaw mid-Direttiva 77/388/KEE u li jkopri r-restawr u l-manutenzjoni ulterjuri ta' pont tal-fruntiera li jaqsam il-Wutach bejn Stühlingen (Baden-Württemberg, il-Ġermanja) u Oberwiesen (Schaffhausen, l-Isvizzera).
Id-dispożizzjonijiet fiskali derogattivi fir-rigward tal-Ftehim huma esposti fl-Artikoli 2 u 3.
Artikolu 2
B'deroga mill-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 77/388/KEE, oġġetti importati mill-Isvizzera fil-Ġermanja ma għandhomx ikunu suġġetti għat-taxxa fuq il-valur miżjud, sakemm ikunu użati għar-restawr jew għall-manutenzjoni ulterjuri tal-pont imsemmi fl-Artikolu 1 ta' din id-Deċiżjoni. Madankollu, din id-deroga ma għandhiex tapplika għal oġġetti importati għall-istess finijiet minn awtorità pubblika.
Artikolu 3
B'deroga mill-Artikolu 3 tad-Direttiva 77/388/KEE, il-parti tal-pont li tinsab fit-territorju Żvizzeru għandha tkun meqjusa bħala parti mit-territorju Ġermaniż għall-finijiet tal-provvisti ta' oġġetti u servizzi għar-restawr u l-manutenzjoni ulterjuri tal-pont.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja.
Magħmula fi Brussell, nhar it-12 ta' Diċembru 2005.
Għall-Kunsill
Il-President
J. STRAW
(1) ĠU L 145, 13.6.1977, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2004/66/KE (ĠU L 168, 1.5.2004, p. 35).