Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005D0902

    Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 12 ta' Diċembru 2005 li tistabbilixxi l-ordni ta' l-eżerċizzju tal-Presidenza tal-Kunsill

    ĠU L 175M, 29.6.2006, p. 201–202 (MT)
    ĠU L 328, 15.12.2005, p. 60–61 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2006; Imħassar b' 32007D0005

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/902/oj

    29.6.2006   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    201


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    tat-12 ta' Diċembru 2005

    li tistabbilixxi l-ordni ta' l-eżerċizzju tal-Presidenza tal-Kunsill

    (2005/902/KE, Euratom)

    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari t-tieni inċiż ta' l-Artikolu 203 tiegħu,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika u, b'mod partikolari t-tieni inċiż ta' l-Artikolu 116 tiegħu,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 28(1) u l-Artikolu 41(1) tiegħu;

    Billi:

    (1)

    Bid-Deċiżjoni 95/2/KE, Euratom, KEFA (1), il-Kunsill stabbilixxa l-ordni ta' l-eżerċizzju tal-Presidenza tal-Kunsill għall-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea mid-data ta' l-ewwel ta' 1 Jannar 1995.

    (2)

    Fl-1 ta' Mejju 2004 għaxar Stati Membri ġodda aderew ma' l-Unjoni Ewropea,

    (3)

    Jaqbel għaldaqstant li tiġi prevista l-ordni ta' l-eżerċizzju tal-Presidenza tal-Kunsill, bl-inklużjoni ta' dawn l-Istati Membri l-ġodda,

    (4)

    Din id-Deċiżjoni tiġi adottata mingħajr preġudizzju għall-adattamenti ta' l-ordni ta' l-eżercizzju tal-Presidenza li l-Kunsill sejjer jadotta wara l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    1.   L-ordni li fiha l-Istati Membri huma msejħa jeżerċitaw il-Presidenza tal-Kunsill mill-1 ta' Jannar 2006 'il quddiem hi stabbilita fl-Anness.

    2.   Il-Kunsill, li jaġixxi b'unanimità fuq proposta ta' l-Istati Membri konċernati, jista' jiddeċiedi li Stat Membru jeżerċita l-Presidenza matul perijodu ieħor li mhux dak li jirriżulta mill-ordni stabbilita fl-Anness.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandu jkollha effett fl-1 ta' Jannar 2006.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Magħmula fi Brussell, nhar it-12 ta' Diċembru 2005.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. STRAW


    (1)  ĠU L 1, 1.1.1995, p. 220. Deċiżjoni emendata mid-Deċiżjoni 2002/105/KE, KEFA, Euratom (ĠU L 39, 9.2.2002, p. 17).


    ANNESS

    Awstrija

    Jannar-Ġunju

    2006

    Finlandja

    Lulju-Diċembru

    2006

    Ġermanja

    Jannar-Ġunju

    2007

    Portugall

    Lulju-Diċembru

    2007

    Slovenja

    Jannar-Ġunju

    2008

    Franza

    Lulju-Diċembru

    2008

    Repubblika Ċeka

    Jannar-Ġunju

    2009

    Żvezja

    Lulju-Diċembru

    2009

    Spanja

    Jannar-Ġunju

    2010

    Belġju

    Lulju-Diċembru

    2010

    Ungerija

    Jannar-Ġunju

    2011

    Polonja

    Lulju-Diċembru

    2011

    Danimarka

    Jannar-Ġunju

    2012

    Ċipru

    Lulju-Diċembru

    2012

    Irlanda

    Jannar-Ġunju

    2013

    Litwanja

    Lulju-Diċembru

    2013

    Greċja

    Jannar-Ġunju

    2014

    Italja

    Lulju-Diċembru

    2014

    Latvja

    Jannar-Ġunju

    2015

    Lussemburgu

    Lulju-Diċembru

    2015

    Olanda

    Jannar-Ġunju

    2016

    Slovakkja

    Lulju-Diċembru

    2016

    Malta

    Jannar-Ġunju

    2017

    Renju Unit

    Lulju-Diċembru

    2017

    Estonja

    Jannar-Ġunju

    2018


    Top