Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005D0890

Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/890/PESK tat- 12 ta' Diċembru 2005 li timplimenta l-Pożizzjoni Komuni 2004/179/PESK dwar il-miżuri restrittivi kontra t-tmexxija tar-reġjun Transnistrjan tar-Repubblika ta' Moldova

ĠU L 327, 14.12.2005, pp. 33–34 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 175M, 29.6.2006, pp. 198–199 (MT)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 27/02/2008

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/890/oj

29.6.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

198


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2005/890/PESK

tat-12 ta' Diċembru 2005

li timplimenta l-Pożizzjoni Komuni 2004/179/PESK dwar il-miżuri restrittivi kontra t-tmexxija tar-reġjun Transnistrjan tar-Repubblika ta' Moldova

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra l-Pożizzjoni Komuni 2004/179/PESK (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2(1) tagħha, flimkien ma’ l-Artikolu 23(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fit-23 ta’ Frar 2004, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2004/179/PESK.

(2)

Fis-26 ta' Awissu 2004, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2004/622/PESK sabiex jestendi l-kamp ta' applikazzjoni tal-miżuri restrittivi imposti mill-Pożizzjoni Komuni 2004/179/PESK għall-persuni responsabbli għad-disinn u l-implimentazzjoni tal-kampanja ta' intimidazzjoni u għeluq ta' skejjel tal-Moldova li jħaddnu l-alfabet Ruman fir-reġjun Transnistrjan.

(3)

Fil-21 ta’ Frar 2005, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2005/147/PESK li testendi u temenda l-Pożizzjoni Komuni 2004/179/PESK (2).

(4)

L-Anness II għall-Pożizzjoni Komuni 2004/179/PESK għandu jiġi emendat b'rikonoxximent tat-titjib fis-sitwazzjoni ta' skejjel li jħaddnu l-alfabet Ruman f'xi żoni tar-reġjun Transnistrjan,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness II għall-Pożizzjoni Komuni 2004/179/PESK għandha tiġi mibdula bit-test stabbilit fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandu jkollha effett fid-data ta’ l-adozzjoni tagħha.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussel, nhar it-12 ta' Diċembru 2005.

Għall-Kunsill

Il-President

J. STRAW


(1)   ĠU L 55, 24.2.2004, p. 68. Pożizzjoni Komuni kif emendata bil-Pożizzjoni Komuni 2004/622/PESK (ĠU L 279, 28.8.2004, p. 47).

(2)   ĠU L 49, 22.2.2005, p. 31.


ANNESS

“ANNESS II

LISTA TA' PERSUNI MSEMMIJA FIT-TIENI INĊIŻ TA' L-ARTIKOLU 1 (1)

1.

PLATONOV, Yuri Mikhailovich,

magħruf bħala Yury PLATONOV,

Kap ta' l-Amministrazzjoni tal-Belt ta' Ribnita,

twieled fis-16 ta' Jannar 1948,

Passaport Russu Nru 51 NO. 0527002,

maħruġ mill-Ambaxxata Russa fi Chisinau fl-4 ta' Mejju 2001.

2.

CHERBULENKO, Alla Viktorovna,

Deputat Kap ta’ l-Amministrazzjoni tal-Belt ta' Ribnita, responsabbli għal kwistjonijiet ta’ edukazzjoni.”


Top