Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005D0816

2005/816/KE; EURATOM: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 21 ta’ Novembru 2005 li tawtorizza lir-Repubblika ta’ l-Estonja biex tuża ċerti stimi approssimattivi għall-kalkolu tal-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT (innotifikata taħt dokument numru C(2005) 4423)

ĠU L 305, 24.11.2005, p. 37–37 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 349M, 12.12.2006, p. 611–611 (MT)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 27/11/2015

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/816/oj

12.12.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

611


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-21 ta’ Novembru 2005

li tawtorizza lir-Repubblika ta’ l-Estonja biex tuża ċerti stimi approssimattivi għall-kalkolu tal-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT

(innotifikata taħt dokument numru C(2005) 4423)

(It-test Estonjan biss huwa awtentiku)

(2005/816/KE, Euratom)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1553/89 tad-29 ta’ Mejju 1989 dwar l-arranġamenti definittivi uniformi għall-ġbir tar-riżorsi proprji akkumulati mit-taxxa tal-valur miżjud (1), u partikolarment l-Artikolu 13 tiegħu, kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 807/2003,

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 28(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-17 ta' Mejju 1977 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mat-taxxi fuq il-bejgħ - Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ valutazzjoni (2), minn hawn ’il quddiem “is-sitt Direttiva”, l-Istati Membri jistgħu jkomplu jeżentaw jew jintaxxaw ċerti tranżazzjonijiet. Dawn it-tranżazzjonijiet għandhom jittieħdu f'kunsiderazzjoni għad-determinazzjoni tal-bażi tar-riżorsi tal-VAT;

(2)

Għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 28(3) tas-sitt Direttiva, il-Paragrafu 1(b) tat-Taqsima 7 (Tassazzjoni) fl-Anness VI ta’ l-Att ta’ Adeżjoni tar-Repubblika ta’ l-Estonja fil-Komunitajiet Ewropej (3) jawtorizza lir-Repubblika ta’ l-Estonja biex teżenta ċerti tranżazzjonijiet elenkati fl-Anness F tas-sitt Direttiva;

(3)

Ir-Repubblika ta’ l-Estonja ma tistax tagħmel kalkolu preċiż tal-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT għat-tranżazzjonijiet elenkati fl-Anness F, punt 17, tas-sitt Direttiva. Dan il-kalkolu jista’ jinvolvi piż amministrattiv mhux ġustifikat b’rabta ma’ l-effett ta’ dawn it-tranżazzjonijiet fuq it-total tal-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT tar-Repubblika ta’ l-Estonja. Ir-Repubblika ta’ l-Estonja tista’ tagħmel kalkolu billi tuża stimi approssimattivi għal din il-kategorija ta’ tranżazzjonijiet elenkati fl-Anness F tas-sitt Direttiva. Ir-Repubblika ta’ l-Estonja għandha għalhekk tkun awtorizzata biex tikkalkola l-bażi tal-VAT billi tuża stimi approssimattivi skond it-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 6 (3) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1553/89;

(4)

Il-Kumitat Konsultattiv dwar ir-Riżorsi Proprji approva r-rapport li jirreġistra l-opinjonijiet tal-membri tiegħu dwar din id-Deċiżjoni;

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Biex tiġi kkalkolata l-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT mill-1 ta’ Mejju 2004, ir-Repubblika ta’ l-Estonja hija awtorizzata li tuża stimi approssimattivi fir-rigward tal-kategorija ta’ tranżazzjonijiet li ġejja msemmija fl-Anness F tas-sitt Direttiva:

1.

Trasport tal-passiġġieri (Anness F, punt 17).

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika ta’ l-Estonja.

Magħmul fi Brussell, nhar il-21 ta’ Novembru 2005.

Għall-Kummissjoni

Dalia GRYBAUSKAITE

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 155, 7.6.1989, p. 9. Regolament hekk kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 807/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 36).

(2)   ĠU L 145, 13.6.1977, p. 1. Direttiva hekk kif l-aħħar emendat bid-Direttiva 2004/66/KE (ĠU L 168, 1.5.2004, p. 35).

(3)   ĠU L 236, 23.9.2003, p. 812.


Top