Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005D0788

    2005/788/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 11 ta’Novembru 2005 dwar in-non-inklużjoni tan-naled fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta’ awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom dik is-sustanza (innotifikata taħt dokument numru C(2005) 4351) Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

    ĠU L 296, 12.11.2005, p. 41–41 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 349M, 12.12.2006, p. 574–574 (MT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/788/oj

    12.12.2006   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    574


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tal-11 ta’Novembru 2005

    dwar in-non-inklużjoni tan-naled fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta’ awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom dik is-sustanza

    (innotifikata taħt dokument numru C(2005) 4351)

    (Test b'relevanza għaż-ŻEE)

    (2005/788/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-ħarsien tal-pjanti (1), u b'mod partikolari r-raba’ subparagrafu ta' l-Artikolu 8(2) tagħha,

    Billi:

    (1)

    L-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE jipprovdi li Stat Membru jista', matul perjodu ta' 12-il sena wara n-notifikazzjoni ta' dik id-Direttiva, jawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom sustanzi attivi mhux imniżżla fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva li huma diġà fis-suq sentejn wara d-data tan-notifikazzjoni, filwaqt li dawk is-sustanzi jkunu qegħdin gradwalment jiġu eżaminati fi ħdan il-qafas ta’ programm ta’ ħidma.

    (2)

    Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni(KEE) Nru 451/2000 (2) u (KE) Nru 703/2001 (3) jistipulaw ir-regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tat-tieni stadju tal-programm ta' ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE. Għas-sustanza attiva naled, in-notifikant informa lill-Kummissjoni fit-2 ta’ Diċembru 2004 li ma għadux jixtieq l-inklużjoni ta’ dik is-sustanza fl-Anness għad-Direttiva 91/414/KEE. Konsegwentement, dik is-sustanza attiva ma għandiex tiddaħħal f'dak l-Anness u l-Istati Membri għandhom jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet kollha għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom in-naled.

    (3)

    Għandha tingħata konċessjoni ta' żmien għar-rimi, il-ħżin, it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ stocks eżistenti sabiex dawn l-istocks jintużaw fi staġun wieħed ieħor ta' koltivazzjoni.

    (4)

    Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma fi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    In-naled mhux se jiġi inkluż, bħala sustanza attiva, fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE.

    Artikolu 2

    L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi:

    (a)

    awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom in-naled jiġu rtirati sal-11 ta’ Mejju 2006.

    (b)

    l-ebda awtorizzazzjoni għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom in-naled ma tingħata jew tiġġedded mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 3

    Perjodu ta’ żmien mogħti mill-Istati Membri skond l-Artikolu 4(6) tad-Direttiva 91/414/KEE, għar-rimi, il-ħażna, it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' stocks eżistenti se jkun qasir kemm jista’ jkun u se jiskadi mhux aktar tard mill-11 ta’ Mejju 2007.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, nhar il-11 ta’ Novembru 2005.

    Għall-Kummissjoni

    Markos KYPRIANOU

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 230, tad-19.8.1991, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1).

    (2)  ĠU L 55, tad-29.2.2000, p. 25. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1044/2003 (ĠU L 151, tad-19.6.2003, p. 32).

    (3)  ĠU L 98, tas-7.4.2001, p. 6.


    Top