Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005D0759

    2005/759/KE: Deċiżjoni tal-Kummisjoni tas- 27 ta’ Ottubru 2005 dwar ċerti miżuri ta’ protezzjoni fir-rigward ta’influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja f’ċerti pajjiżi terziu l-moviment minn pajjiżi terzi ta’ għasafar akkumpanjati minn sidhom (innotifikata taħt dokument numru C(2005) 4287) Test b’rilevanza għaż-ŻEE.

    ĠU L 285, 28.10.2005, p. 52–59 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 349M, 12.12.2006, p. 511–518 (MT)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 21/12/2006; Imħassar b' 32007D0025

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/759/oj

    12.12.2006   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    511


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISJONI

    tas-27 ta’ Ottubru 2005

    dwar ċerti miżuri ta’ protezzjoni fir-rigward ta’influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja f’ċerti pajjiżi terziu l-moviment minn pajjiżi terzi ta’ għasafar akkumpanjati minn sidhom

    (innotifikata taħt dokument numru C(2005) 4287)

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    (2005/759/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) 998/2003 tas-26 ta’ Mejju 2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ħtiġijiet rigward is-saħħa ta' l-annimali applikabbli għall-moviment mhux kummerċjali tal-pets u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE (1), u partikolarment l-Artikolu 18 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-influwenza tat-tjur hija marda virali li tittieħed fit-tjur tar-razzett u fl-għasafar, u tikkawża l-mewt u disturbi li malajr jistgħu jikbru għal proporzjonijiet epiżotiċi u li jistgħu jkunu ta’ theddida serja għas-saħħa pubblika u ta’ l-annimali u jistgħu jikkawżaw telf kbir fil-qligħ ta’ l-irziezet tat-tjur. Hemm riskju li l-aġent tal-marda jista’ jiddaħħal permezz tal-kummerċ internazzjonali fl-għasafar ħajjin għajr it-tjur tar-razzett, inkluż l-għasafar akkumpanjati minn sidhom (għasafar pets)

    (2)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/666/KE tas-16 ta’ Ottubru 2000 li tistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa ta' l-annimali u ċ-ċertifikat veterinarju għall-importazzjoni ta' għasafar, barra min tjur u l-kondizzjonijiet għal kwarantina (2) tipprevedi li l-Istati Membri jridu jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ l-għasafar minn pajjiżi terzi elenkati bħala membri ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija dwar is-Saħħa ta' l-Annimali (OIE). Il-pajjiżi elenkati fl-Anness ta' din id-deċiżjoni huma membri ta’ l-OIE u skond dan l-Istati Membri huma meħtieġa jaċċettaw importazzjonijiet ta’ għasafar, għajr it-tjur tar-razzett, minn dawn il-pajjiżi skond id-Deċiżjoni 2000/66/KE.

    (3)

    Fejn meħtieġ, għandha ssir referenza wkoll għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1976 li tfassal lista ta' pajjiżi terzi jew partijiet minn pajjiżi membri, u tistipola kundizzjonijiet għas-saħħa pubblika u ta’ l-annimali u veterinarji għall-importazzjoni fil-Komunità ta' ċerti annimali ħajjin u l-laħam frisk tagħhom (3).

    (4)

    Ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar il-ħtiġiet rigward is-saħħa ta' l-annimali li japplikaw għall-moviment mhux kummerċjali tal-pets u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE jipprevedi reġimi ta’ kontroll veterinarju differenti skond in-numru ta’ annimali. Jixraq li jintużaw dawk id-differenzjazzjonijiet fin-numru minħabba f’din id-Deċiżjoni.

    (5)

    Id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta' Lulju 1992 li tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar is-saħħa ta' l-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta', u l-importazzjoni fil-Komunità ta' annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għal ħtiġijiet ta' saħħa ta' l-annimali meħtieġa f'regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A(1) ta' Direttiva 90/425/KEE (4) teħtieġ li l-annimali importati jgħaddu mill-kontrolli skond id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KE.

    (6)

    Skond l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 998/2003 għandhom japplikaw il-miżuri ta' salvagwardja meħuda skond id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-kontrolli veterinarji fuq l-annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEEfn, u partikolarment l-Artikolu 18(1) tiegħu, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta' kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE (5), u partikolarment l-Artikolu 18(1) tagħha

    (7)

    Ġiet lokalizzata influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja f’għasafar importati fi kwarantina fi Stat Membru, u jidher għalhekk xieraq illi tiġi sospiża l-importazzjoni ta’ dawn l-għasafar minn ċerti żoni ta’ riskju u li tintuża għad-definizzjoni taż-żoni referenza għall-Kummissjonijiet Reġjonali relevanti ta’ l-OIE

    (8)

    Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Moviment minn pajjiżi terzi

    1.   L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw biss il-moviment ta’ konsenji b’inqas minn 5 għasafar pets ħajjin. Moviment bħal dawn huwa awtorizzat jekk dawn l-għasafar jiċċaqalqu minn pajjiż membru ta’ l-OIE li jagħmel parti minn Kummissjoni Reġjonali relevanti mhux elenkata fl-Anness I.

    2.   L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw biss il-moviment ta’ konsenji b’inqas minn 5 għasafar pets ħajjin. Moviment bħal dawn huwa awtorizzat jekk dawn l-għasafar jiċċaqalqu minn pajjiż membru ta’ l-OIE li jagħmel parti minn Kummissjoni Reġjonali relevanti elenkata fl-Anness I.

    a)

    ikunu għaddew minn 30 jum iżolament ta’ qabel l-esportazzjoni fil-post ta-tluq f'pajjiż terz elenkat fid-Deċiżjoni 79/542/KEE, jew

    b)

    jgħaddu minn 30 jum kwarantina ta’ wara l-importazzjoni fl-Istat Membru destinatarju fi stabbiliment approvat skond l-Artikolu 3 (4) tad-Deċiżjoni 2000/666/KE, jew

    c)

    ikunu ġew vaċċinati u mill-inqas darb’ oħra jkunu reġgħu ġew vaċċinati fl-aħħar sitt xhur u mhux aktar tard minn 60 jum qabel ma jintbagħtu, skond l-instruzzjonijiet tal-manifattur kontra l-influwneza tat-tjur bl-użu ta’ vaċċin H5 approvat għall-ispeċi kkonċernata, jew

    d)

    ikunu ġew iżolati għal mill-inqas 10 ijiem qabel l-esportazzjoni u jkunu għaddew minn test għas-sejbien ta’ l-antiġen jew il-ġenoma H5N1, kif stipulat fil-kapitolu 2.1.14 tal-Manual of Diagnostic Tests and Vaccines for Terrestrial Animals, b’dan it-test li jsir fuq kampjun meħud mhux qabel it-tielet jum ta’ l-iżolament.

    3.   Il-konformità mal-kundizzjonijiet fil-paragrafi 1 u 2 għandha tiġi ċċertifikata minn veterinarju uffiċjali, fil-każ tal-kundizzjonijiet f’2 (b) ibbażati fuq dikjarazzjoni tas-sidien, fil-pajjiz terz li qed jibgħat, skond iċ-ċertifikat mudell previst fl-Anness II.

    4.   Iċ-ċertifikat veterinarju għandu jkun akkumpnajat minn

    a)

    dikjarazzjoni tas-sid jew rappreżentant tas-sid skond l-Anness III,

    b)

    konferma kif ġej:

    “Għasafar pets skond l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni 2005/759/KE (din id-Deċiżjoni)”.

    Artikolu 2

    Kontrolli veterinarji

    1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-għasafar pets imdaħħla fit-territorju tal-Komunità minn pajjiż terz ikunu soġġetti għal kontrolli tad-dokumenti u ta’ l-identità mill-awtoritajiet kompetenti fil-punt tal-wasla tal-vjaġġaturi fit-territorju Komunitarju.

    2.   L-Istati Membri għandhom jinnominaw l-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 1 li huma responabbli għal kontrolli bħal dawn, u għandhom jgħarrfu b'dan lill-Kummissjoni minnufih.

    3.   Kull Stat Membru għandu jfassal lista ta' punti tal-wasla kif imsemmija fil-paragrafu 1 u jgħadduhom lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni.

    4.   Meta kontrolli bħal dawn jikxfu li l-annimali ma jissodisfawx ir-rekwiżiti stipolati f'din id-Deċiżjoni, għandu japplika t-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 998/2003.

    Artikolu 3

    Id-Deċiżjoni m’għandhiex tapplika għall-moviment fuq it-territorju tal-Komunità ta’ għasafar akkumpanjati minn sidhom mill-Andorra, il-Gżejjer Faroe, Greenland, l-Iżlanda, Liechtenstein, in-Norveġja, San Marino jew l-Iżvizzera.

    Artikolu 4

    L-Istati Membri għandhom minnufih jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Deċiżjoni u jippubblikaw dawk il-miżuri. Għandhom minnufih jgħarrfu lill-Kummissjoni b’dan.

    Artikolu 5

    Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sat-30 ta’ Novembru 2005.

    Artikolu 6

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, nhar is-27 ta’ Ottubru 2005.

    Għall-Kummissjoni

    Markos KYPRIANOU

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 146, 13.6.2003, p. 1. Regolament kif emendad l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 529/2004 (ĠU L 94, 31.3.2004, p. 7).

    (2)  ĠU L 278, 31.10.2000, p. 26. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni 2002/279/KE (ĠU L 99, 16.4.2002, p. 17).

    (3)  ĠU L 146, 14.6.1979, p. 15. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/372/KE (ĠU L 118, 23.4.2004, p. 45).

    (4)  ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54. Direttiva kif emendata l-aħħar mill-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-2003.

    (5)  ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56. Direttiva kif emendata l-aħħar mill-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-2003.


    ANNESS I

    Pajjiżi terzi li jagħmlu parti mill-Kummissjonijiet Reġjonali ta’ l-OIE, kif imsemmija fl-Artikolu 1, ta':

    L-Afrika,

    L-Amerika (ta’ Fuq u t’Isfel)

    L-Ażja, il-Lvant Imbiegħed u l-Oċeanja,

    L-Ewropa, u

    Il-Lvant Nofsani


    ANNESS II

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    ANNESS III

    Dikjarazzjoni tas-sid jew rapprżentant tas-sid ta’ l-għasafar pets

    Jien, is-sid (1) / ir-rappreżentant tas-sid (1) hawn taħt iffirmat niddikjara li:

    1.

    L-għasafar se jkunu akkumpanjati waqt il-moviment tagħhom minn persuna responsabbli għall-annimali.

    2.

    L-annimali mhumiex maħsuba għal għanijiet kummerċjali.

    3.

    Waqt il-perjodu bejn l-ispezzjoni veterinarja ta’ qabel il-moviment u t-tluq attwali, l-għasafar se jibqgħu iżolati minn kull kuntatt possibbli ma’ għasafar oħra.

    4.

    L-annimali għaddew mit-30 jum ta’ iżolament ta’ qabel il-moviment mingħajr ma ġew f’kuntatt ma’ kwalunkwe għasfur iħeor mhux kopert minn dan iċ-ċertfikat (1).

    5.

    Għamilt arranġamenti għat-30 jum kwarantina ta’ wara l-importazzjoni fl-istabbiliment tal-kwarantina ta’…, kif indikat fil-punt I.12 taċ-ċertifikat (1).

    Data u Post

    Firma

    INTERNAL CODE

    ENGLISH

    TRANSLATION

    IT10544/2005/BovinePetBirds/AnnexII.1

    I, the undersigned official veterinarian of (insert name of third country) certify that:

     

    IT10544/2005/BovinePetBirds/AnnexII.2

    1.

    The country of dispatch is a member country of the World Organisation for Animal Health (OIE and is belonging to the OIE Regional Commission for (insert name of Regional Commission).

     

    IT10544/2005/BovinePetBirds/AnnexII.3

    2.

    The birds described in point I.28 have been subjected today, within 48 hour or the last working day prior to dispatch, to a clinical inspection and found free of obvious signs of disease;

     

    IT10544/2005/BovinePetBirds/AnnexII.4

    3.

    The birds comply with at least one of the following conditions:

     

    IT10544/2005/BovinePetBirds/AnnexII.5

    either [they have been confined on the premises specified in point I.11 under official supervision for at least 30 days prior to dispatch and effectively protected from contacts with other birds]

     

    IT10544/2005/BovinePetBirds/AnnexII.6

    or [they are destined, as indicated in point I.12 for a quarantine station approved in accordance with Article 3 (4) of Decision 2000/666/EC]

     

    IT10544/2005/BovinePetBirds/AnnexII.7

    or [they have been vaccinated and at least on one occasion re-vaccinated within the last 6 months and not later than 60 days prior to dispatch, in accordance with the manufacturer’s instructions against avian influenza using an H5 vaccine approved for the species concerned]

     

    IT10544/2005/BovinePetBirds/AnnexII.8

    or [they have been isolated for at least 10 days prior to export and have been subjected to a test for the detection of H5N1 antigen or genome, as prescribed in Chapter 2.1.14 of the Manual of Diagnostic Tests and Vaccines for Terrestrial Animals, carried out on a sample taken not earlier than on the third day of isolation]

     

    IT10544/2005/BovinePetBirds/AnnexII.9

    4.

    The owner or the representative of the owner has declared:

     

    IT10544/2005/BovinePetBirds/AnnexII.10

    4.1.

    The birds will be accompanied during the movement by a person that is responsible for the animals.

     

    IT10544/2005/BovinePetBirds/AnnexII.11

    4.2.

    The animals are not intended for commercial purposes.

     

    IT10544/2005/BovinePetBirds/AnnexII.12

    4.3.

    During the period between the pre-movement veterinary inspection and the factual departure the birds will remain isolated from any possible contact with other birds.

     

    IT10544/2005/BovinePetBirds/AnnexII.13

    4.4.

    The animals have undergone the 30 days pre-movement isolation without coming into contact to any other birds not covered by this certificate. (1)

     

    IT10544/2005/BovinePetBirds/AnnexII.14

    4.5.

    I have made arrangements for the 30 days post-introduction quarantine at the quarantine premises of, as indicated in point I.12 of the certificate. (1)

     

    IT10544/2005/BovinePetBirds/AnnexII.15

    Notes

     

    IT10544/2005/BovinePetBirds/AnnexII.16

    (1)

    Delete as necessary.

     

    IT10544/2005/BovinePetBirds/AnnexII.17

    (2)

    The certificate is valid for 10 days. In case of transport by boat the validity is prolonged by the time of the sea voyage.

     

    IT10544/2005/BovinePetBirds/AnnexII.18

    Description of commodity

     

    IT10544/2005/BovinePetBirds/AnnexII.19

    Commodities certified for

     

    IT10544/2005/BovinePetBirds/AnnexII.20

    Identification of the commodities

     

    Import.name. IT10544/2005/BovinePetBirds/AnnexII

    Pet birds

     


    (1)  Ħassar kif xieraq.


    Top