Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005D0742

    2005/742/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad- 19 ta’ Ottubru 2005 li temenda d-Deċiżjoni 2003/858/KE fir-rigward tal-lista ta’ territorji li minnhom hija awtorizzata l-importazzjoni ta’ ċerti speċi ta’ ħut, il-bajd u l-gameti tagħhom li huma intenzjonati għall-farming fil-Komunità Ewropea (KE) (innotifikata taħt dokument numru C(2005) 3964) Test b’rilevanza għaż-ŻEE.

    ĠU L 279, 22.10.2005, p. 71–72 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 349M, 12.12.2006, p. 481–482 (MT)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2008; Impliċitament imħassar minn 32008R1251

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/742/oj

    12.12.2006   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    481


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tad-19 ta’ Ottubru 2005

    li temenda d-Deċiżjoni 2003/858/KE fir-rigward tal-lista ta’ territorji li minnhom hija awtorizzata l-importazzjoni ta’ ċerti speċi ta’ ħut, il-bajd u l-gameti tagħhom li huma intenzjonati għall-farming fil-Komunità Ewropea (KE)

    (innotifikata taħt dokument numru C(2005) 3964)

    (Test b’ rilevanza għaż-ŻEE)

    (2005/742/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/67/KEE tat-28 ta’ Jannar 1991 dwar il-kondizzjonijiet ta’ saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw it-tqegħid fuq is-suq ta’ l-annimali u l-prodotti ta’l-akwakultura (1), u b’mod partikolari Artikoli 19(1) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/858/KE tal-21 ta’ Novembru 2003 li tistipola kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali u kondizzjonijiet ta’ ċertifikazzjoni għall-importazzjoni ta’ ħut ħaj, tal-bajd u l-gameti tagħhom li huma intenzjonati għall-farming, u ta’ ħut ħaj minn akkwakultura u prodotti tagħhom li huma intenzjonati għall-konsum mill-bniedem (2), tistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi jew partijiet minnhom minn fejn hija awtorizzata l-importazzjoni ta’ ħut ħaj, il-bajd u l-gameti tagħhom li huma intenzjonati għall-farming fil-Komunità.

    (2)

    L-inklużjoni tal-kumment “karpi biss” fit-tabella ta’ l-Anness I tad-Deċiżjoni 2003/858/KE wasslet għal interpretazzjoni differenti li tikkonċerna l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni. Għall-finijiet taċ-ċarezza, dak il-kumment għandu għalhekk ikun iktar preċiż minn aspett tassonomiku sabiex jilħaq il-għan ta’ din id-Deċiżjoni.

    (3)

    Huwa wkoll xieraq li tiġi ssimplifikata l-preżentazzjoni tat-tabella fl-Anness I sabiex jiġi evitat li jiġu rrepetuti r-rekwiżiti stipolati fil-mudell taċ-ċertifikati.

    (4)

    Id-Deċiżjoni 2003/858/KE għandha għalhekk tiġi emendata kif xieraq.

    (5)

    Il-miżuri stipolati f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIJONI:

    Artikolu 1

    L-Anness I għad-Deċiżjoni 2003/858/KE jinbidel bit-test fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, nhar id-19 ta’ Ottubru 2005.

    Għall-Kummissjoni

    Markos KYPRIANOU

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 46, 19.2.1991, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 1).

    (2)  ĠU L 324, 11.12.2003, p. 37. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni Nru 2004/914/KE (ĠU L 385, 29.12.2004, p. 60).


    ANNESS

    “ANNESS I

    Territorji li minnhom hija awtorizzata l-importazzjoni ta’ ċerti speċi ta’ ħut ħaj, il-bajd u l-gameti tagħhom li huma intenzjonati għall-farming fil-Komunità Ewropea

    Pajjiż

    Territorju

    Kummenti (1)

    Kodiċi ISO

    Isem

    Kodiċi

    Deskrizzjoni

     

    AL

    L-Albanija

     

     

     

    AU

    L-Awstralja

     

     

     

    BR

    Il-Brażil

     

     

    Cyprinidea biss

    BG

    Il-Bulgarija

     

     

     

    KA

    Il- Kanada

     

     

     

    CL

    Iċ-Ċilì

     

     

     

    CN

    Iċ-Ċina

     

     

    Cyprinidea biss

    CO

    Il-Kolombja

     

     

    Cyprinidea biss

    CG

    Il-Kongo

     

     

    Cyprinidea biss

    HR

    Il-Kroazja

     

     

     

    MK (2)

    L-Ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

     

     

    Cyprinidea biss

    ID

    L-Indoneżja

     

     

     

    IL

    L-Iżrael

     

     

     

    JM

    Il-Ġamajka

     

     

    Cyprinidea biss

    JP

    Il-Ġappun

     

     

    Cyprinidea biss

    MY

    Il-Malażja (Il-Malażja Peniżolari tal-Punent biss)

     

     

    Cyprinidea biss

    NZ

    New Zealand

     

     

     

    RU

    Ir-Russja

     

     

     

    SG

    Singapor

     

     

    Cyprinidea biss

    ZA

    L-Afrika t’Isfel

     

     

     

    LK

    Is-Sri Lanka

     

     

    Cyprinidea biss

    TW

    It-Tajwan

     

     

    Cyprinidea biss

    TH

    It-Tajlandja

     

     

    Cyprinidea biss

    TR

    It-Turkija

     

     

     

    US

    L-Istati Uniti

     

     

     


    (1)  Ebda limitazzjoni jekk jitħalla vojt. Jekk pajjiż jew territorju jitħalla jesporta ċerti speċi, u/jew bajd jew gameti, l-ispeċi għandha tiġi speċifikata u/jew kumment li jinkludi, per eżempju, ‘bajd biss’ għandu jinhemeż f’ din il-kolonna.

    (2)  Kodiċi proviżorju li ma jaffettwax id-denominazzjoni definittiva tal-pajjiż li għandu jiġi allokat wara l-konklużjoni tan-negozjati li għaddejjin bħal issa fil-Ġnus Magħquda.”


    Top