This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32005D0735
2005/735/EC: Council Decision of 20 September 2005 concerning the conclusion of a Protocol to the Euro-Mediterranean Agreement establishing an Association between the European Communities and their Member States, of the one part, and the Hashemite Kingdom of Jordan, of the other part, to take account of the accession of the Czech Republic, the Republic of Estonia, the Republic of Cyprus, the Republic of Latvia, the Republic of Lithuania, the Republic of Hungary, the Republic of Malta, the Republic of Poland, the Republic of Slovenia, and the Slovak Republic to the European Union
Deċiżjoni tal-Kunsill ta' l- 20 ta' Settembru 2005 dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja ta' Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Renju Ħaxemit tal-Ġordan, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta' l-Estonja, tar-Repubblika ta' Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta' l-Ungerija, tar-Repubblika ta' Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja, u tar-Repubblika Slovakka ma' l-Unjoni Ewropea
Deċiżjoni tal-Kunsill ta' l- 20 ta' Settembru 2005 dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja ta' Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Renju Ħaxemit tal-Ġordan, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta' l-Estonja, tar-Repubblika ta' Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta' l-Ungerija, tar-Repubblika ta' Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja, u tar-Repubblika Slovakka ma' l-Unjoni Ewropea
ĠU L 283, 26.10.2005, p. 1–1
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO, HR)
ĠU L 173M, 27.6.2006, p. 39–39
(MT)
In force
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/735/oj
27.6.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
39 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
ta' l-20 ta' Settembru 2005
dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja ta' Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Renju Ħaxemit tal-Ġordan, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta' l-Estonja, tar-Repubblika ta' Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta' l-Ungerija, tar-Repubblika ta' Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja, u tar-Repubblika Slovakka ma' l-Unjoni Ewropea
(2005/735/KE)
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 310 flimkien ma' l-ewwel subparagrafu tat-tieni sentenza ta' l-Artikolu 300(2), u t-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 300(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Att ta’ Adeżjoni ta' l-2003, u b'mod partikolari l-Artikolu 6(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew, (1)
Billi:
(1) |
Il-Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Renju Ħaxemit tal-Ġordan, min-naħa l-oħra, kien iffirmat f'isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha fi. |
(2) |
Il-Protokoll għandu jiġi approvat. |
IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:
Artikolu Waħdieni
Il-Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom min-naħa l-waħda, u r-Renju Ħaxemit tal-Ġordan, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja, u r-Repubblika Slovakka ma' l-Unjoni Ewropea, huwa permezz ta' dan approvat f'isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha.
It-test tal-Protokoll huwa anness ma' din id-Deċiżjoni (2).
Magħmula fi Brussel, 20 ta' Settembru 2005.
Għall-Kunsill
Il-President
M. BECKETT
(1) Kunsens ingħata s-6 ta' Settembru 2005 (għadu mhux pubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) ĠU L 283, 26.10.2005, p. 3.