EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005D0679

2005/679/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill ta' l- 20 ta’ Settembru 2005 li taħtar membru u membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni

ĠU L 256, 1.10.2005, p. 56–56 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 352M, 31.12.2008, p. 297–297 (MT)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 25/01/2006

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/679/oj

31.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

297


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

ta' l-20 ta’ Settembru 2005

li taħtar membru u membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni

(2005/679/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 263 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Malti,

Billi:

(1)

Fit-22 ta' Jannar 2002 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2002/60/KE (1) li taħtar membri u membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu li jibda mis-26 ta' Jannar 2002 sal-25 ta' Jannar 2006.

(2)

Post ta' membru fil-Kumitat tar-Reġjuni sar vakanti wara li ntemm il-mandat tas-Sinjura Antonia FARRUGIA u post ta' membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni sar vakanti wara li ntemm il-mandat tas-Sur Keith GRECH,

IDDEĊIEDA:

Artikolu 1

Huma maħtura bħala membri tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat, jiġifieri sal-25 ta' Jannar 2006:

(a)

bħala membru:

Is-Sinjura Claudette ABELA BALDACCHINO,

(Viċi Sindku, Kunsill Lokali Qrendi);

in place of Mrs Antonia FARRUGIA;

(b)

bħala membru supplenti:

Is-Sur Joe CORDINA,

(Membru, Kunsill Lokali Xagħra).

in place of Mr Keith GRECH.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Hija għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' l-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Settembru 2005.

Għall-Kunsill

Il-President

M. BECKETT


(1)  ĠU L 24, 26.1.2002, p. 38.


Top