EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005D0673

Deċiżjoni tal-Kunsill ta' l- 20 ta’ Settembru 2005 li temenda l-Anness II tad-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar vetturi li m’għadhomx jintużaw Test b’rilevanza għaż-ŻEE.

ĠU L 254, 30.9.2005, p. 69–72 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 168M, 21.6.2006, p. 365–368 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/673/oj

21.6.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea

365


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

ta' l-20 ta’ Settembru 2005

li temenda l-Anness II tad-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar vetturi li m’għadhomx jintużaw

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2005/673/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Settembru 2000 fuq vetturi li m’għadhomx jintużaw (1), u partikolarment l-Artikolu 4(2)(b) tagħha,

Billi:

(1)

Skond id-Direttiva 2000/53/KE il-Kummissjoni hija meħtieġa tivvaluta l-użu taċ-ċomb, tal-merkurju, tal-kadmju jew tal-kromju eżavalenti li huma projbiti taħt l-Artikolu 4(2)(a) ta' dik id-Direttiva.

(2)

Il-Kummissjoni wettqet il-valutazzjonijiet tekniċi u xjentifiċi meħtieġa u waslet għal għadd ta' konklużjonijiet.

(3)

Ċerti eżenzjonijiet mill-projbizzjoni m’għandhomx jiġu mtawla ladarba jista’ jiġi evitat l-użu taċ-ċomb, tal-merkurju, tal-kadmju jew tal-kromju eżavalenti f’dawk l-applikazzjonijiet.

(4)

Ċerti materjali u komponenti li fihom iċ-ċomb, il-merkurju, il-kadmju jew il-kromju eżavalenti għandhom ikunu eżenti jew jibqgħu jkunu eżenti mill-projbizzjoni ta’ l-Artikolu 4(2)(a) minħabba li għadu inevitabbli l-użu ta’ dawn is-sustanzi f’dawk il-materjali u komponenti speċifiċi. F’xi każijiet ikun il-każ li tiġi riveduta d-data ta’ skadenza ta’ dawn l-eżenzjonijiet sabiex jiġi determinat jekk l-użu tas-sustanzi projbiti jibqax inevitabbli fil-ġejjieni.

(5)

Fil-każ ta’ l-aluminju maħsub sabiex jinħadem bil-makkinarju, b’kontenut ta’ ċomb sa 1,5% tal-piż, deskritt fil-punt (2)(a) ta' l-Anness, il-Kummissjoni sejra tivvaluta, sa l-1 ta' Lulju 2007, jekk id-data ta' skadenza għal dik l-eżenzjoni għandhiex tiġi riveduta b'konnessjoni mad-disponibbiltà tas-sostituti taċ-ċomb.

(6)

Fil-każ ta’ bearing shellsbushes taċ-ċomb, deskritti fil-punt (4) ta’ l-Anness, il-Kummissjoni sejra tivvaluta, sa l-1 ta’ Lulju 2007, jekk id-data ta’ skadenza għandhiex tiġi riveduta sabiex jiġi żgurat li t-teknoloġija mingħajr ċomb tista’ tintuża fil-magni u t-trażmissjonijiet kollha mingħajr ħsara għall-funzjonament korrett tagħhom.

(7)

Fil-każ ta’ l-użu tal-kromju eżavalenti fil-kisi għall-prevenzjoni tal-korrużjoni konness ma’ muntaġġi bi skorfini u boltijiet għal applikazzjonijiet tax-chassis, deskritt fil-punt (13)(b) ta’ l-Anness, il-Kummissjoni sejra tivvaluta, sa l-1 ta’ Lulju 2007, jekk id-data ta’ skadenza ta’ dik l-eżenzjoni għandhiex tiġi riveduta sabiex jiġi żgurat li l-ebda partijiet mekkaniċi essenzjali ma jkunu jistgħu aċċidentalment jinħallu minn ma xulxin tul il-ħajja tal-vettura.

(8)

Fil-każ ta’ l-użu tal-kadmju fil-batteriji għal vetturi elettriċi, deskritt fil-punt (17) ta' l-Anness, il-Kummissjoni sejra tivvaluta, sa tmien l-2007, jekk id-data ta' skadenza ta' dik l-eżenzjoni għandhiex tiġi riveduta sabiex tiġi żgurata d-disponibbiltà ta' teknoloġiji alternattivi tal-batteriji u ta' vetturi elettriċi.

(9)

Id-Direttiva 2000/53/KE għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Mingħajr preġudizzju għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/438/KE (2), l-Anness II tad-Direttiva 2000/53KE għandu jiġi sostitwit bit-test dispost fl-Anness ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta' Lulju 2005.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, nhar il-20 ta’ Settembru 2005.

Għall-Kunsill

Il-President tal-Kunsill

M. BECKETT


(1)  ĠU L 269, 21.10.2000, p. 34. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/438/KE (ĠU L 152, 15.6.2005, p. 19).

(2)  ĠU L 152, 15.6.2005, p. 19.


ANNESS

“Anness II

Materjali u komponenti eżenti mill-Artikolu 4(2)(a)

Materjali u komponenti

Ambitu u data ta’ skadenza ta’ l-eżenzjoni

Għandu jiġi ttikkettat jew magħmul identifikabbli, skond l-Artikolu 4(2)(b)(iv)

Iċ-ċomb bħala element ta' liga

1.

Azzar maħsub sabiex jinħadem bil-makkinarju u azzar galvanizzat b'kontenut ta’ ċomb sa 0,35% bil-piż

 

 

2 a)

Aluminju maħsub sabiex jinħadem bil-makkinarju b'kontenut ta’ ċomb sa 1.5 % bil-piż

1 ta' Lulju 2008

 

2 a)

Aluminju maħsub sabiex jinħadem bil-makkinarju b'kontenut ta’ ċomb sa 0,4% bil-piż

 

 

3.

Liga tar-ram b'kontenut ta’ ċomb sa 4% bil-piż

 

 

4.

Bearing shells u bushes

1 ta' Lulju 2008

 

Ċomb u komposti taċ-ċomb fil-komponenti

5.

Batteriji

 

X

6.

Dampers anti-vibrazzjonali

 

X

7 a).

Aġenti tal-vulkanizzazzjoni u stabilizzaturi għal elastomeri f'applikazzjonijiet ta' maniġġ ta' fluwidi u f'applikazzjonijiet tal-powertrain b'kontenut ta’ ċomb sa 0,5% bil-piż

1 ta' Lulju 2006

 

7 b)

Aġenti tat-tgħaqqid għal elastomeri f’applikazzjonijiet tal-powertrain b'kontenut ta’ ċomb sa 0,5% bil-piż

 

 

8.

Stann f’cirkuwiti elettroniċi u applikazzjonijiet elettriċi oħrajn

 

X (1)

9.

Ram f’materjali għall-frizzjoni ta' linings tal-brejkijiet b'kontenut ta’ ċomb iktar minn 0,4% bil-piż

1 ta' Lulju 2007

X

10.

Valve seats

Tipi ta’ magni żviluppati qabel l-1 ta’ Lulju 2003: 1 ta' Lulju 2007

 

11.

Komponenti elettriċi li fihom iċ-ċomb f’matriċi tal-ħġieġ jew taċ-ċeramika minbarra ħġieġ fil-bozoz u l-glaze ta’ l-ispark plugs

 

X (2) (għal komponenti għajr il-piezo fil-magni)

12.

Inizjaturi pirotekniċi

Vetturi tat-tip approvat qabel l-1 ta' Lulju 2006 u inizjaturi ta’ sostituzzjoni għal dawn il-vetturi

 

Kromju Eżavalenti

13 a)

Kisi għall-prevenzjoni tal-korrużjoni

1 ta' Lulju 2007

 

13 b)

Kisi għall-prevenzjoni tal-korrużjoni relatat ma’ muntaġġi bi skorfini u boltijiet għal applikazzjonijiet tax-chassis

1 ta' Lulju 2008

 

14.

Friġġijiet ta' assorbiment f'karavannijiet motorizzati

 

X

Merkurju

15.

Discharge lamps u indikaturi fuq il-panel ta' strumentazzjoni

 

X

Kadmju

16.

Pejst oħxon użat bħala lega

1 ta' Lulju 2006

 

17.

Batteriji għal vetturi elettriċi

Wara l-31 ta’ Diċembru 2008, it-tqegħid fis-suq ta’ batteriji NiCd għandu jkun permess biss għal partijiet ta’ sostituzzjoni għal vetturi mqiegħda fis-suq qabel din id-data.

X

18.

Komponenti ottiċi f’matriċi tal-ħġieġ użati għal Sistemi ta’ Assistenza għas-Sewwieq

1 ta' Lulju 2007

X


(1)  Żmuntaġġ jekk, korrelattivament għall-entrata 11, jinqabeż il-limitu medju ta’ 60 gramma għal kull vettura. Għall-applikazzjoni ta’ din il-klawżola mhuwiex sejjer jittieħed kont ta' tagħmir elettroniku mhux installat mill-manifattur fil-fażi tal-produzzjoni.

(2)  Żmuntaġġ jekk, korrelattivament għall-entrata 8, jinqabeż il-limitu medju ta’ 60 gramma għal kull vettura. Għall-applikazzjoni ta’ din il-klawżola mhuwiex sejjer jittieħed kont ta' tagħmir elettroniku mhux installat mill-manifattur fil-fażi tal-produzzjoni.”

Noti:

Għandu jkun tollerat valur massimu ta’ konċentrazzjoni sa 0,1% bil-piż u għal kull materjal omoġenju, għaċ-ċomb, għall-kromju eżavalenti u għall-merkurju u sa 0,01% bil-piż għal kull materjal omoġenju għall-kadmju.

L-użu mill-ġdid ta' partijiet ta' vetturi li kienu diġà fis-suq fid-data ta' skadenza ta' eżenzjoni huwa permess mingħajr limiti billi mhuwiex kopert mill-Artikolu 4(2)(a).


Top