Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005D0663

    Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 18 ta' Jannar 2005 dwar il-konklużjoni, f'isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, ta' Protokoll għall-Ftehim dwar il-Kooperazzjoni u l-Unjoni Doganali bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta’ San Marino, rigward il-parteċipazzjoni, bħala Partijiet Kontraenti, tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka, in segwitu għall-adeżjoni tagħhom ma' l-Unjoni Ewropea

    ĠU L 251, 27.9.2005, p. 1–2 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 168M, 21.6.2006, p. 320–321 (MT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/663/oj

    Related international agreement

    32005D0663

    Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 18 ta' Jannar 2005 dwar il-konklużjoni, f'isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, ta' Protokoll għall-Ftehim dwar il-Kooperazzjoni u l-Unjoni Doganali bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta’ San Marino, rigward il-parteċipazzjoni, bħala Partijiet Kontraenti, tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka, in segwitu għall-adeżjoni tagħhom ma' l-Unjoni Ewropea

    Official Journal L 251 , 27/09/2005 P. 0001 - 0002
    Official Journal L 168 , 21/06/2006 P. 0320 - 0321


    Deċiżjoni tal-Kunsill

    tat- 18 ta' Jannar 2005

    dwar il-konklużjoni, f'isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, ta' Protokoll għall-Ftehim dwar il-Kooperazzjoni u l-Unjoni Doganali bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta’ San Marino, rigward il-parteċipazzjoni, bħala Partijiet Kontraenti, tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka, in segwitu għall-adeżjoni tagħhom ma' l-Unjoni Ewropea

    (2005/663/KE)

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 133 u 308, flimkien mat-tieni sentenza ta' l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(2) u l-ewwel sub-paragrafu ta’ l-Artikolu 300(3) tiegħu,

    Wara li kkunsidra t-Trattat ta' Adeżjoni tas- 16 ta’ April 2003, u b'mod partikolari l-Artikolu 2(3) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-Att ta' Adeżjoni anness mat-Trattat ta’ Adeżjoni u b'mod partikolari l-Artikolu 6(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

    Billi:

    (1) Wara l-awtorizzazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni fit- 23 ta' Frar 2004, ġew konklużi negozjati mar-Repubblika ta' San Marino għal Protokoll għall-Ftehim dwar il-Kooperazzjoni u l-Unjoni Doganali bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta’ San Marino, rigward il-parteċipazzjoni, bħala partijiet kontraenti, tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja, u r-Repubblika Slovakka, in segwitu għall-adeżjoni tagħhom ma' l-Unjoni Ewropea.

    (2) Skond l-Artikolu 6(2) ta' l-Att ta’ Adeżjoni ta' l-2003, abbozz tal-Protokoll ġie sottomess lill-Kunsill mill-Kummissjoni.

    (3) Il-Protokoll għandu jiġi konkluż,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Il-Protokoll għall-Ftehim dwar il-Kooperazzjoni u l-Unjoni Doganali bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta' San Marino, rigward il-parteċipazzjoni, bħala partijiet kontraenti, tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja, u r- Repubblika Slovakka, in segwitu għall-adeżjoni tagħhom ma’ l-Unjoni Ewropea, huwa għalhekk approvat f’isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha.

    It-test tal-Protokoll huwa anness ma’ din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Il-President tal-Kunsill huwa għalhekk awtorizzat li jinnomina l-persuna li jkollha s-setgħa li tiffirma l-Protokoll f’isem il-Komunità u l-Istati Membri tagħha.

    Artikolu 3

    F’isem il-Komunità u l-Istati Membri tagħha, l-President tal-Kunsill għandu jittrasmetti l-istrument ta' approvazzjoni kif meħtieġ mill-Artikolu 3 tal-Protokoll.

    Magħmul fi Brussel, nhar il- 18 ta’ Jannar 2005.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J.-C. Juncker

    [1] Opinjoni ta' l- 14 ta’ Diċembru 2004 (għad mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali)

    --------------------------------------------------

    Top