EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32005D0621(01)
Decision of the Council of the European Union of 25 April 2005 on the admission of the Republic of Bulgaria and Romania to the European Union
Deċiżjoni tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea 25 ta' April 2005 dwar l-ammissjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija fl-Unjoni Ewropea
Deċiżjoni tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea 25 ta' April 2005 dwar l-ammissjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija fl-Unjoni Ewropea
ĠU L 157, 21.6.2005, p. 9–9
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
21.6.2005 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
9 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA
25 ta' April 2005
dwar l-ammissjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija fl-Unjoni Ewropea
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 49 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni (1),
Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew (2),
Billi r-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija applikaw sabiex isiru membri ta' l-Unjoni Ewropea,
IDDEĊIEDA:
li jaċċetta dawn l-applikazzjonijiet għall-ammissjoni; il-kondizzjonijiet ta' ammissjoni u l-aġġustamenti lit-Trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea, li jkunu meħtieġa b'tali ammissjoni, għandhom ikunu s-suġġett ta' ftehim bejn l-Istati Membri u r-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija.
Magħmula fil-Lussemburgu, 25 ta' April 2005.
Għall-Kunsill
Il-President
J. ASSELBORN
(1) Opinjoni mogħtija fit-22 ta' Frar 2005 (li għadha ma ġietx pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) Kunsens mogħti fit-13 ta' April 2005 (li għadu ma ġiex pubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali).