This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32005D0580
2005/580/EC: Commission Decision of 25 July 2005 refusing the placing on the market of betaine as a novel food or novel food ingredient under Regulation (EC) No 258/97 of the European Parliament and of the Council (notified under document number C(2005) 2770)
2005/580/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 25 ta’ Lulju 2005 li tirrifjuta it-tqegħid fis-suq tal-betaine bħala ikel ġdid jew ingredjent ġdid ta’ l-ikel taħt ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata taħt dokument numru C(2005) 2770)
2005/580/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 25 ta’ Lulju 2005 li tirrifjuta it-tqegħid fis-suq tal-betaine bħala ikel ġdid jew ingredjent ġdid ta’ l-ikel taħt ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata taħt dokument numru C(2005) 2770)
ĠU L 199, 29.7.2005, p. 89–89
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 349M, 12.12.2006, p. 250–250
(MT)
In force
12.12.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
250 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-25 ta’ Lulju 2005
li tirrifjuta it-tqegħid fis-suq tal-betaine bħala ikel ġdid jew ingredjent ġdid ta’ l-ikel taħt ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(notifikata taħt dokument numru C(2005) 2770)
(It-testi bil-Finlandiż u bl-Iżvediż biss huma awtentiċi)
(2005/580/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat it-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Jannar 1997 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,
Billi:
(1) |
Fl-24 ta’ Jannar 2003 il-Finnfeeds Finland Ltd għamlet talba lill-awtoritajiet kompetenti tal-Finlandja biex tqiegħed il-betaine fis-suq bħala ikel ġdid jew ingredjent ġdid ta’ l-ikel; |
(2) |
Fit-3 ta’ Lulju 2003 l-awtoritajiet kompetenti tal-Finlandja ħarġu l-ewwel rapport ta’ evalwazzjoni tagħhom; |
(3) |
Fl-ewwel rapport ta’ evalwazzjoni tagħhom, l-awtoritajiet kompetenti tal-Finlandja waslu għall-konklużjoni li l-betaine jista’ jitqiegħed fis-suq; |
(4) |
Il-Kummissjoni ressqet l-ewwel rapport ta' evalwazzjoni lill-Istati Membri kollha fit-18 ta' Awwissu 2003. |
(5) |
Fi żmien il-perjodu ta' 60 ġurnata stabbilit fl-Artikolu 6 (4) tar-Regolament, tqajmu oġġezzjonijiet motivati dwar il-kummerċjalizzazzjoni tal-betaine skond dik id-dispożizzjoni. |
(6) |
L-Awtorità Ewropea għas-Sigurezza ta' l-Ikel, fl-opinjoni tagħha dwar applikazzjoni dwar l-użu tal-betaine bħala ikel ġdid fil-UE tat-22 ta’ Frar 2005 (2), waslet għall-konklużjoni li s-sigurezza tal-betaine għall-użu kif ppjanat u kif propost mill-applikant ma ġiex stabbilit; |
(7) |
Billi ma ntweriex li l-prodott jikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament, dan m’ghandux jitqiegħed fis-suq fil-Komunità; |
(8) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali. |
ADOTTAT DIN ID-DECIZJONI:
Artikolu 1
Il-betaine m’għandux jitqiegħed fis-suq Komunitarju bħala ikel jew ingredjent ta’ l-ikel.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Finnfeeds Finland Ltd, Sokeritehtaantie 20, 02460 Kantvik, il-Finlandja.
Magħmul fi Brussell, nhar il-25 ta’ Lulju 2005.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 43, 14.2.1997, p. 1. Regolament kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).
(2) Din l-opinjoni tista’ ssibha fuq is-sit ta’ l-Awtorità Ewropea għas-Sigurezza ta’ l-Ikel; il-Bord Xjentifiku dwar il-Prodotti Dietetiċi; in-Nutrizzjoni u l-Allerġiji.