This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32005D0508
2005/508/EC: Council Decision of 12 July 2005 appointing a United Kingdom member of the Committee of the Regions
2005/508/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 12 ta’ Lulju 2005 taħtar membru tar-Renju Unit fil-Kumitat tar-Reġjuni
2005/508/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 12 ta’ Lulju 2005 taħtar membru tar-Renju Unit fil-Kumitat tar-Reġjuni
ĠU L 185, 16.7.2005, p. 31–31
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 352M, 31.12.2008, p. 229–229
(MT)
No longer in force, Date of end of validity: 25/01/2006
31.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
229 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-12 ta’ Lulju 2005
taħtar membru tar-Renju Unit fil-Kumitat tar-Reġjuni
(2005/508/KE)
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 263 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern tar-Renju Unit,
Billi:
(1) |
Fit-22 ta' Jannar 2002 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2002/60/KE (1) li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2002 sal-25 ta' Jannar 2006. |
(2) |
Post ta' membru tal-Kumitat tar-Reġjuni sar vakanti wara l-mewt tas-Sur Brian SMITH, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Is-Sur William John WILLIAMS, Kunsillier, Cyngor Sir Ynys Môn, huwa b'din maħtur membru tal-Kumitat tar-Reġjuni minflok is-Sur Brian SMITH għall-bqija tal-mandat tiegħu li jintemm fil-25 ta' Jannar 2006.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Għandha tidħol b’effett mid-data ta' l-adozzjoni tagħha.
Magħmula fi Brussell, 12 ta’ Lulju 2005.
Għall-Kunsill
Il-President
G. BROWN
(1) ĠU L 24, 26.1.2002, p. 38.