Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005D0500

2005/500/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 12 ta’ Lulju 2005 li tistabbilixxi kondizzjonijiet speċjali għall-importazzjoni ta' prodotti tas-sajd mill-Grenada (notifikata taħt dokument numru C(2005) 2545) Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

ĠU L 183, 14.7.2005, pp. 104–108 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 349M, 12.12.2006, pp. 227–231 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/04/2007; Imħassar b' 32006R1664

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/500/oj

12.12.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

227


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-12 ta’ Lulju 2005

li tistabbilixxi kondizzjonijiet speċjali għall-importazzjoni ta' prodotti tas-sajd mill-Grenada

(notifikata taħt dokument numru C(2005) 2545)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2005/500/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/493/KEE tat-22 ta' Lulju 1991 li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet sanitarji għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta' prodotti tas-sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(1) tagħha,

Billi:

(1)

Twettqet spezzjoni fil-Grenada f'isem il-Kummissjoni biex jiġu vverifikati l-kundizzjonijiet li fihom il-prodotti ta' l-industrija tas-sajd jiġu prodotti, maħżuna u mibgħuta lejn il-Komunità.

(2)

Il-kundizzjonijiet fil-leġislazzjoni tal-Grenada dwar l-ispezzjoni sanitarja u l-monitoraġġ tal-prodotti ta' l-industrija tas-sajd jistgħu jitqiesu l-istess bħal dawk li hemm stipulati fid-Direttiva 91/493/KEE.

(3)

Partikolarment, id-“Dipartiment tas-Saħħa Pubblika (DSP) taħt il-Ministeru tas-Saħħa u l-Ambjent (MSA)” hu kapaċi jivverifika b’mod effettiv l-implimentazzjoni tar-regoli fis-seħħ.

(4)

Id-DSP-MSA ipprovda assigurazzjonijiet uffiċjali dwar il-konformità ma' l-istandards tal-kontrolli sanitarji u l-monitoraġġ ta' prodotti tas-sajd kif stipulati fil-Kapitolu V ta' l-Anness għad-Direttiva 91/493/KEE u dwar it-twettiq tar-rekwiżiti iġjeniċi ekwivalenti għal dawk stabbiliti b'dik id-Direttiva.

(5)

Jixraq li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet dettaljati dwar il-prodotti tas-sajd importati fil-Komunità mill-Grenada, skond id-Direttiva 91/493/KEE.

(6)

Jeħtieġ ukoll li titfassal lista ta' stabbilimenti approvati, bastimenti-fabbrika, jew imħażen tal-friża, u lista ta' bastimenti tal-friża mgħammra skond ir-rekwiżiti tad-Direttiva tal-Kunsill 92/48/KEE tas-16 ta' Ġunju 1992 li tistabbilixxi r-regoli ta' iġjene minimi applikabbli għall-prodotti tas-sajd maqbuda fuq ċerti bastimenti skond l-Artikolu 3(a)(i) tad-Direttiva 91/493/KEE (2). Dawk il-listi għandhom jitfasslu fuq il-bażi ta' komunikazzjoni mid-DSP-MSA lill-Kummissjoni.

(7)

Jixraq li din id-Deċiżjoni tiġi applikata 45 jum wara l-pubblikazzjoni tagħha li jipprovdu l-perjodu tranżitorju meħtieġ.

(8)

Il-miżuri li hemm f'din id-Deċiżjoni huma fi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-“Dipartiment tas-Saħħa Pubblika (DSP) taħt il-Ministeru tas-Saħħa u l-Ambjent (MSA)” għandu jkun l-awtorità kompetenti fil-Grenada identifikata għall-għanijiet tal-verifika u ċ-ċertifikazzjoni tal-konformità tal-prodotti tas-sajd mar-rekwiżiti tad-Direttiva 91/493/KEE.

Artikolu 2

Il-prodotti tas-sajd importati fil-Komunità mill-Grenada għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 3, 4 u 5.

Artikolu 3

1.   Kull kunsinna għandha tkun akkumpanjata minn ċertifikat sanitarju oriġinali innumerat skond il-mudell stipulat fl-Anness I u li jkun jikkostitwixxi folja waħda, mimlija, iffirmata u ddatata kif suppost.

2.   Iċ-ċertifikat sanitarju għandu jitfassal f’għallinqas waħda mil-lingwi uffiċjali ta' l-Istat Membru fejn ikunu qed jitwettqu l-kontrolli.

3.   Iċ-ċertifikat sanitarju għandu jinkludi l-isem, il-kariga u l-firma tar-rappreżentant tal-DSP-MSA, u t-timbru uffiċjali ta' dan ta' l-aħħar b'kulur differenti minn dak ta' l-approvazzjonijiet.

Artikolu 4

Il-prodotti tas-sajd għandhom jiġu minn stabbilimenti, bastimenti fabbriki, jew imħażen tal-friża approvati, jew minn bastimenti tal-friża rreġistrati elenkati fl-Anness II.

Artikolu 5

Il-pakketti kollha għandhom ikunu mmarkati bil-kelmiet “GRENADA” u bin-numru ta' approvazzjoni/reġistrazzjoni ta' l-istabbiliment, il-bastiment fabbrika, il-maħżen tal-friża jew il-bastiment tal-friża ta' l-oriġini b'ittri li ma jitħassrux, għajr għal każijiet ta' prodotti tas-sajd iffriżati bl-ingrossa u intenzjonati għall-manifattura ta' ikel ippriservat.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mit-28 ta’ Awwissu 2005.

Artikolu 7

Din id-Deċiżoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, nhar it-12 ta’ Lulju 2005.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 268, 24.9.1991, p. 15. Direttiva kif ġiet emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 1).

(2)   ĠU L 187, 7.7.1992, p. 41.


ANNESS I

ĊERTIFIKAT SANITARJU

għall-prodotti ta' l-industrija tas-sajd mill-Grenada u maħsuba għall-esportazzjoni lejn il-Komunità Ewropea li jeskludu molluski bivalvi, ekinodermi, tunikati u gastropodi tal-baħar f’kull għamla

Image 1
Test ta 'immaġni
Image 2
Test ta 'immaġni

ANNESS II

LISTA TA' STABBILIMENTI U BASTIMENTI

Nru ta' l-approvazzjoni

Isem

Belt

Reġjun

Skadenza ta' l-Approvazzjoni

Kategorija

Rimarki

001

Grenada Commercial Fisheries Ltd.

St. George's

 

PP

A

002

Caribbean Sefoods Ltd.

St. George's

 

PP

A

005

Minerva (Cardinal Olliverre)

Carriacou

 

ZV

 

006

Comment (Devon Mitchell)

Petit Martinique

 

ZV

 

009

Mascot (Don Blair)

Petit Martinique

 

ZV

 

0010

Content I (Chad Charles)

Petit Martinique

 

ZV

 

0011

Content II (Francis Decoteau)

Petit Martinique

 

ZV

 

0012

White Stallion (Gerard Bethel)

Petit Martinique

 

ZV

 

Categorie Legend:

PP

Impjant ta’ l-ipproċessar

ZV

Bastiment tal-friża

Tifsira tal-Kategorija:

A

Ħażna fil-friża biss


Top