Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005D0462

    Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 13 ta' Ġunju 2005 li taħtar membru supplenti Ġermaniż tal-Kumitat tar-Reġjuni

    ĠU L 164, 24.6.2005, p. 49–49 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 164M, 16.6.2006, p. 209–209 (MT)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 25/01/2006

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/462/oj

    16.6.2006   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    209


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    tat-13 ta' Ġunju 2005

    li taħtar membru supplenti Ġermaniż tal-Kumitat tar-Reġjuni

    (2005/462/KE)

    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 263 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Ġermaniż,

    Billi:

    (1)

    Fit-22 ta’ Jannar 2002, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2002/60/KE (1) li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu bejn is-26 ta' Jannar 2002 u l-25 ta' Jannar 2006.

    (2)

    Post ta’ membru supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni sar vakanti wara r-riżenja tas-Sur Karsten NEUMANN, li ġiet innotifikata lill-Kunsill fil-21 ta’ Diċembru 2004,

    IDDEĊIEDA:

    Artikolu 1

    Hija maħtura membru supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2006: Is-Sinjura Barbara BORCHARDT, Mitglied des Landtags Mecklenburg-Vorpommern (membru tal-Parlament tal-Land ta’ Mecklemburg-Pomerania tal-Punent)

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Għandu jkollha effett mill-jum ta’ adozzjoni tagħha.

    Magħmula fi Brussel, fi 13 ta' Ġunju 2005.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. ASSELBORN


    (1)  ĠU L 24, 26.1.2002, p. 38.


    Top