Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005D0435

    2005/435/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad- 9 ta’ Ġunju 2005 li tipprevedi t-tqegħid temporanju fis-suq ta’ ċerti żrieragħ mill-ispeċi Pisum sativum, Vicia faba u Linum usitatissimum li ma jissoddisfawx il-kondizzjonijiet tad-Direttivi tal-Kunsill 66/401/KEE jew 2002/57/KE rispettivament (innotifikata taħt id-dokument numru C(2005) 1692) Test b’rilevanza għaż-ŻEE.

    ĠU L 151, 14.6.2005, p. 23–25 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 349M, 12.12.2006, p. 132–134 (MT)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/435/oj

    12.12.2006   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    132


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tad-9 ta’ Ġunju 2005

    li tipprevedi t-tqegħid temporanju fis-suq ta’ ċerti żrieragħ mill-ispeċi Pisum sativum, Vicia faba u Linum usitatissimum li ma jissoddisfawx il-kondizzjonijiet tad-Direttivi tal-Kunsill 66/401/KEE jew 2002/57/KE rispettivament

    (innotifikata taħt id-dokument numru C(2005) 1692)

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    (2005/435/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE ta’ l-14 ta’ Ġunju 1966 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ żrieragħ ta’ pjanti għall-għalf (1), partikolarment l-Artikolu 17(1) tagħha,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/57/KE tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar it-tqegħid fis-suq taż-żrieragħ ta’ pjanti taż-żejt u tal-fibra (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 21 (1) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Fil-Finlandja l-kwantità ta’ żrieragħ disponibbli ta’ piżelli (Pisum sativa), fażola (Vicia faba) u żerriegħa tal-kittien (Linum usitatissimum) li huma adattati għall-kondizzjonijiet klimatiċi nazzjonali u li jissoddisfaw il-kondizzjonijiet dwar kapaċità ta’ ġelbin stipolati fid-Direttivi 66/401/KEE jew 2002/57/KE rispettivament mhix biżżejjed u għalhekk mhix adegwata sabiex tilħaq l-eżiġenzi ta’ dak l-Istat Membru.

    (2)

    Mhux possibbli li tintlaħaq b’mod sodisfaċenti d-domanda għaż-żrieragħ ta’ dawn l-ispeċi permezz ta’ żrieragħ minn Stati Membri oħrajn jew minn pajjiżi terzi b’mod li tissodisfa l-kondizzjonijiet kollha stipolati fid-Direttivi 66/401/KEE jew 2002/57/KE rispettivament.

    (3)

    Għalhekk il-Finlandja għandha tiġi awtorizzata li tippermetti t-tqegħid fis-suq ta’ żrieragħ minn dawn l-ispeċi li jkunu soġġetti għal kondizzjonijiet inqas stretti għal perjodu li jiskadi fil-31 ta’ Mejju 2005.

    (4)

    Barra minn hekk, Stati Membri oħrajn irrispettivament minn jekk iż-żrieragħ inħasdux fi Stat Membru jew f'pajjiż terz kopert bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/17/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 dwar l-ekwivalenza ta' l-ispezzjoniet ta’ l-egħlieqi mwettqa f’pajjiżi terzi fuq ħxejjex li jipproduċu ż-żrieragħ u dwar l-ekwivalenza taż-żrieragħ prodotti f’pajjiżi terzi (3) li huma f’pożizzjoni li jfornu lill-Finlandja biż-żrieragħ ta’ dik l-ispeċi, għandhom jiġu awtorizzati li jippermettu t-tqegħid fis-suq ta’ tali żrieragħ.

    (5)

    Huwa xieraq li l-Finlandja taġixxi ta’ koordinatur sabiex taċċerta li l-ammont totali ta' żrieragħ awtorizzat minn din id-Deċiżjoni ma jeċċedix il-kwantità massima koperta b’din id-Deċiżjoni.

    (6)

    Il-miżuri stipolati f’din id-Deciżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar Żrieragħ u Materjal għall-Propagazzjoni fl-Agrikoltura, Ortikoltura u Foresterija,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI

    Artikolu 1

    It-tqegħid fis-suq taż-żerriegħa tal-piżelli (Pisum sativa) u l-fażola (Vicia faba), li ma jissoddisfawx il-kondizzjonijiet minimi ta’ kapaċità ta’ ġelbin stipolati fid-Direttiva 66/401/KEE għandu jiġi permess, għall-perjodu li jiskadi fil-31 ta’ Mejju 2005, skond it-termini stipolati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni u soġġetti għall-kondizzjonijiet li ġejjin:

    a)

    il-kapaċità ta’ ġelbin għandha ta’ l-inqas tkun dik stipolata fl-Anness għal din id-Deċiżjoni,

    b)

    it-tikketta uffiċjali għandha tinkludi l-ġelbin aċċertat minn eżaminazzjoni uffiċjali li saret skond Artikolu 2(1)(Ca)(d) u 2(1)(Cb)(d) tad-Direttiva 66/401//KEE,

    c)

    iż-żrieragħ għandhom ikunu diġà tqiegħdu fis-suq skond l-Artikolu 3 ta’ din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    It-tqegħid fis-suq Komunitarju taż-żerriegħa tal-kittien (Linum usitatissimum), li ma tissoddisfax il-kondizzjonijiet minimi ta’ kapaċità ta’ ġelbin stipolati fid-Direttiva 2002/57/KE għandu jiġi permess, għal perjodu li jiskadi fil-31 ta’ Mejju 2005, skond it-termini stipolati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni u soġġetti għall-kondizzjonijiet li ġejjin:

    a)

    il-kapaċità ta’ ġelbin għandha ta’ l-inqas tkun dik stipolata fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni,

    b)

    it-tikketta uffiċjali għandha tiddikjara l-ġelbin aċċertat minn eżaminazzjoni uffiċjali li tkun saret skond l-Artikolu 2(1)(f)(iv) u 2(1)(g)(iv) tad-Direttiva 2002/57/KE,

    c)

    iż-żrieragħ għandhom ikunu diġà tqiegħdu fis-suq skond l-Artikolu 3 ta’ din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 3

    Kull fornitur taż-żrieragħ li jixtiequ jqiegħdu fuq is-suq żrieragħ li jissemmew fl-Artikoli 1 u 2 għandhom japplikaw għall-awtorizzazzjoni mill-Istat Membru li jkun stabbilit jew li jkun qiegħed jimporta fih.

    L-Istat Membru kkonċernat għandu jawtorizza l-fornitur sabiex jqiegħed dik iż-żerriegħa fis-suq sakemm:

    a)

    ikun hemm evidenza biżżejjed ta’ dubji dwar jekk il-fornitur huwiex kapaċi jqiegħed fis-suq l-ammont ta' żrieragħ li għalih hu kien applika għall-awtorizzazzjoni; jew

    b)

    il-kwantità totali awtorizzata għat-tqegħid fuis-suq skond id-deroga kkonċernata ma teċċedix il-kwantità massima speċifikata fl-Anness.

    Artikolu 4

    L-Istati Membri għandhom jassistu lil xulxin amministrattivament fl-applikar ta’ din id-Deċiżjoni.

    Il-Finlandja għandha tieħu r-rwol li tikkoordina lill-Istati Membri fir-rigward ta’ l-Artikoli 1 u 2 sabiex taċċerta li l-ammont totali awtorizzat ma jeċċedix il-kwantità massima speċifikata fl-Anness.

    Kull Stat Membru li jirċievi applikazzjoni skond l-Artikolu 3 għandu jinnotifika immedjatament lill-Istat Membru koordinatur dwar l-ammont kopert mill-applikazzjoni. L-Istat Membru koordinatur għandu jinforma immedjatament lill-Istat Membru notifikant dwar jekk l-awtorizzazzjoni tistax twassal biex il-kwantità massima tinqabeż.

    Artikolu 5

    L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw immedjatament lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn dwar il-kwantitajiet li fir-rigward tagħhom huma jkunu approvaw awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq skond din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 6

    Din id-Deċiżoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussell, nhar id-9 ta’ Ġunju 2005.

    Għall-Kummissjoni

    Markos KYPRIANOU

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU 125, 11.7.1966, p. 2298/66. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2004/117/KE (ĠU L 14, 18.1.2005, p. 18).

    (2)  ĠU L 193, 20.7.2002, p. 74. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2004/117/KE.

    (3)  ĠU L 8, 14.1.2003, p. 10. Deċiżjoni kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 2003/403/KE (ĠU L 141, 7.6.2003, p. 23).


    ANNESS

    Speċi

    Tip ta’ varjetà

    Kwantità massima

    (tunellati)

    Ġelbin minimu

    (% ta’ żrieragħ puri)

    Pisum sativum

    Karita, Sunna, Perttu, Julia, Stok

    30

    70

    Vicia faba

    Kontu

    10

    70

    Linun usitatissimum

    Helmi

    20

    65


    Top