Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005D0392

    2005/392/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 17 ta’ Mejju 2005 li temenda d-Deċiżjoni 2004/233/KE fir-rigward ta' l-elenku tal-laboratorji li huma awtorizzati jivverifikaw l-effettività f'ċerti karnivori domestiċi tat-tilqim kontra l-idrofobija (innotifikata taħt id-dokument C(2005) 1439) Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

    ĠU L 130, 24.5.2005, p. 17–21 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 349M, 12.12.2006, p. 28–32 (MT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 09/08/2010; Impliċitament imħassar minn 32010D0436

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/392/oj

    12.12.2006   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    28


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tas-17 ta’ Mejju 2005

    li temenda d-Deċiżjoni 2004/233/KE fir-rigward ta' l-elenku tal-laboratorji li huma awtorizzati jivverifikaw l-effettività f'ċerti karnivori domestiċi tat-tilqim kontra l-idrofobija

    (innotifikata taħt id-dokument C(2005) 1439)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2005/392/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/258/KE ta' l-20 ta' Marzu 2000 li tiddeżinja istitut speċifiku bħala responsabbli għall-iffissar tal-kriterji meħtieġa sabiex jiġu standardizzati t-testijiet seroloġiċi għall-monitoraġġ ta' l-effettività tal-vaċċini kontra l-idrofobija (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha,

    Billi:

    (1)

    Id-Deċiżjoni 2000/258/KE ddeżinjat il-laboratorju ta' l-Agence Française de Sécurité Sanitaire des Aliments de Nancy (il-Laboratorju ta' l-AFSSA, Nancy), Franza bħala l-istitut responsabbli għall-iffissar tal-kriterji meħtieġa biex jiġu standardizzati t-testijiet seroloġiċi għall-monitoraġġ ta' l-effettività tal-vaċċini kontra l-idrofobija. Dik id-Deċiżjoni tipprovdi wkoll biex il-Laboratorju ta' l-AFSSA, Nancy jibgħat lill-Kummissjoni l-elenku ta' dawk il-laboratorji Komunitarji li għandhom jingħataw l-awtorizzazzjoni biex iwettqu dawn it-testijiet seroloġiċi. Għaldaqstant, il-Laboratorju ta' l-AFSSA, Nancy iħaddem il-proċedura stabbilita tal-verifika tal-profiċjenza biex jevalwa l-laboratorji fir-rigward tat-twettiq ta' dan l-ittestjar seroloġiku.

    (2)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/233/KE ta' l-4 ta' Marzu 2004, li tawtorizza laboratorji biex jivverifikaw l-effettività f'ċerti karnivori domestiċi tat-tilqim kontra l-idrofobija (2), stabbilixxiet elenku tal-laboratorji fl-Istati Membri li ġew approvati fuq il-bażi tar-riżultati tal-verifika tal-profiċjenza kkomunikati mil-Laboratorju ta' l-AFSSA, Nancy.

    (3)

    Ħames laboratorji, fir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja u l-Ungerija ripettivament, kienu ġew approvati mil-Laboratorju ta' l-AFSSA, Nancy, f'konformità mad-Deċiżjoni 2000/258/KE.

    (4)

    Għaldaqstant, huwa f'loku li dawn il-ħames laboratoji jiġu miżjuda ma' l-elenku tal-laboratorji approvati fl-Istati Membri kif huwa stabbilit fl-Anness għad-Deċiżjoni 2004/233/KE.

    (5)

    Id-Deċiżjoni 2004/233/KE għandha għalhekk tiġi emendata.

    (6)

    Il-miżuri li hemm f'din id-Deċiżjoni huma fi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Anness għad-Deċiżjoni 2004/233/KE jiġi mibdul bit-test fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, nhar is-17 ta’ Mejju 2005.

    Għall-Kummissjoni

    Markos KYPRIANOU

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 79, 30.3.2000, p. 40. Deċiżjoni kif l-aħħar emendata mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/60/KE (ĠU L 23, 28.1.2003, p. 30).

    (2)  ĠU L 71, 10.3.2004, p. 30 Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2004/693/KE (ĠU L 315, 14.10.2004, p. 47).


    ANNESS

    “ANNESS I

    ISMIJIET TAL-LABORATORJI

    (BE) Il-Belġju

    Institut Pasteur de Bruxelles

    642, rue Engeland straat

    B-1180 Bruxelles/Brussel

    (CZ) Ir-Repubblika Ċeka

    State Veterinary Institute, National Reference Laboratory (NRL) for Rabies

    U Sila 1139

    CZ-463 11 Liberec 30

    (DK) Id-Danimarka

    Danish Institute for Food and Veterinary Research

    Lindholm

    DK-4771 Kalvehave

    (DE) Il-Ġermanja

    1.

    Institut für Virologie, Fachbereich Veterinärmedizin

    Justus-Liebig-Universität Gießen

    Frankfurter Straße 107

    D-35392 Gießen

    2.

    Eurovir Hygiene-Institut

    Im Biotechnologiepark

    D-14943 Luckenwalde

    3.

    Bayrisches Landesamt für Gesundheit und Lebensmittelsicherheit

    Dienststelle Oberschleißheim

    Veterinärstraße 2

    D-85764 Oberschleißheim

    4.

    Landesamt für Verbraucherschutz Sachsen-Anhalt

    Fachbereich 4

    Veterinäruntersuchungen und -epidemiologie

    Haferbreiter Weg 132-135

    D-39576 Stendal

    5.

    Staatliches Veterinäruntersuchungsamt

    Zur Taubeneiche 10-12

    D-59821 Arnsberg

    6.

    Institut für epidemiologische Diagnostik

    Friedrich-Loeffler-Institut

    Standort Wusterhausen

    Seestraße 155

    D-16868 Wusterhausen

    7.

    Landesuntersuchungsanstalt für das Gesundheits- und Veterinärwesen Sachsen

    Zschopauer Straße 186

    D-09126 Chemnitz

    (EE) L-Estonja

    Estonian Veterinary and Food Laboratory

    Kreutzwaldi 30

    EE-51 006 Tartu

    (EL) Il-Greċja

    Centre of Athens Veterinary Institutions Virus Department

    25, Neapoleos Str

    GR-153 10 Ag. Paraskevi, Athens

    (ES) Spanja

    Laboratorio Central de Veterinaria de Santa Fe

    Camino del Jau s/n

    E-18320 Santa Fe (Granada)

    (FR) Franza

    1.

    AFSSA Nancy

    Domaine de Pixérécourt

    B.P. 9

    F-54220 Malzeville

    2.

    Laboratoire vétérinaire départemental de la Haute-Garonne

    78, rue Boudou

    F-31140 Launaguet

    3.

    Laboratoire départemental de la Sarthe

    128, rue de Beaugé

    F-72018 Le Mans Cedex 2

    4.

    Laboratoire départemental d'analyses du Pas-de-Calais

    Parc des Bonnettes

    2, rue du Genévrier

    F-62022 Arras Cedex

    (IT) L-Italja

    1.

    Istituto Zooprofilattico Sperimentale delle Venezie

    Via Romea 14/A

    I-35020 Legnaro (PD)

    2.

    Istituto Zooprofilattico Sperimentale dell'Abruzzo e del Molise

    Via Campio Boario

    I-64100 Teramo

    3.

    Istituto Zooprofilattico Sperimentale del Lazio e della Toscana

    Via Appia Nuova 1411

    I-00178 Roma Capannelle

    (LV) Il-Latvja

    State Veterinary Medicine Diagnostic Centre

    Food and Veterinary Service

    Lejupes Str 3,

    LV-1076 Riga

    (LT) Il-Litwanja

    National Veterinary Laboratori/Nacionaline Veterinarijos laboratorija

    J. Kairiukscio 10

    LT-08409 Vilnius-10

    (HU) L-Ungerija

    Central veterinary Institute

    Virological Department

    Tabornok utca 2

    HU-1149 Budapest

    (NL) L-Olanda

    Central Institute for Animal Disease Control (CIDC) Lelystad

    P.O. Box 2004

    8203 AA Lelystad

    Netherlands

    (AT) L-Awstrija

    Österreichische Agentur für Gesundheit und Ernährungssicherheit GmbH

    Veterinärmedizinische Untersuchungen Mödling

    Robert-Koch-Gasse 17

    A-2340 Mödling

    (PL) Il-Polonja

    National Veterinary Research Institute

    Al. Partyzantow 57

    24-100 Pulawy

    (PT) Il-Portugall

    Laboratório Nacional de Investigação Veterinária (LNIV)

    Estrada de Benfica n° 701

    P-1500 Lisboa

    (SI) Is-Slovenja

    National Veterinary Institute

    Gerbiceva 60

    1000 Ljubljana.

    (SK) Is-Slovakkja

    State Veterinary Institute

    Pod drahami 918)

    960 86 Zvolen

    (FI) Il-Finlandja

    National Veterinary and Food Research Institute

    PL 45

    FIN-00581 Helsinki

    (SE) L-Iżvezja

    National Veterinary Institute

    (Department of Virology)

    S-751 89 Uppsala

    (UK) Ir-Renju Unit

    1.

    Veterinary Laboratories Agency

    Virology Department

    Woodham Lane,

    New Haw

    Addlestone

    Surrey KT15 3NB

    United Kingdom

    2.

    Biobest

    Pentlands Science Park

    Bush Loan

    Penicuik

    Midlothian

    EH26 0PZ

    United Kingdom

    Nota: Fil-link http://europa.eu.int/comm/food/animal/liveanimals/pets/approval_en.htm jingħataw id-dettallji aġġornati rigward il-persuni ta' kuntatt, in-numri tal-faks u tat-telefown, u l-indirizzi tal-posta elettronika tal-laboratorji msemmija hawn fuq”


    Top