EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005D0379

2005/379/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 17 ta’ Mejju 2005 dwar iċ-ċertifikai tal-pedigree u l-partikolaritajiet għall-annimali tat-trobbija ta’ razza pura mis-speċi bovina, l-isperma, il-bajd u l-embrijunii tagħhom (innotifikata taħt id-dokument numru C(2005) 1436) Test b’rilevanza għaż-ŻEE.

ĠU L 125, 18.5.2005, p. 15–17 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 349M, 12.12.2006, p. 7–9 (MT)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 03/07/2020; Imħassar b' 32020R0602

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/379/oj

12.12.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

7


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-17 ta’ Mejju 2005

dwar iċ-ċertifikai tal-pedigree u l-partikolaritajiet għall-annimali tat-trobbija ta’ razza pura mis-speċi bovina, l-isperma, il-bajd u l-embrijunii tagħhom

(innotifikata taħt id-dokument numru C(2005) 1436)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2005/379/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

War li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 77/504/KEE tal-25 ta’ Lulju ta’ l-1977 dwar annimali tat-trobbija ta’ razza pura mill-ispeċi bovina (1), u b’mod partikolari l-ħames inċiż ta’ l-Artikolu 6 (1) tagħha,

Billi:

(1)

Skond id-Direttiva 77/504/KEE, l-Istati Membri jistgħu jitolbu li annimali tat-trobbija ta’ razza pura mill-ispeċi bovina, l-isperma, l-bajd u l-embrijuni tagħhom għandhom jiġu akkumpanjati, għall-kummerċ intra Komunitarju, minn ċertifikat tal-pedigree maħruġ minn organizzazzjonijiet jew assoċjazzjonijiet ta’ produtturi awtorizzati (“iċ-ċertifikat tal-pedigree”). Id-Direttiva tipprovdi wkoll li l-partikolaritajiet li għandhom jitniżżlu fiċ-ċertfikati tal-pedigree għandhom jiġu armonizzati.

(2)

Il-mudell taċ-ċertfikati tal-pedigree u l-partikolaritajiet li għandhom jiġu pprovduti permezz ta’ mudelli bħal dawn jew f’ dokumentazjoni ekwivalenti huma bħalissa stipolati għall-annimali tat-trobbija ta’ razza pura mill-ispeċi bovina fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 86/404/KEE (2), għall-isperma u l-embrijuni fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 88/124/KEE (3) u għall-bajd fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/80/KE (4). Fl-interess taċ-ċarezza u r-razzjonalità tal-leġiżlazzjoni tal-Komunità, id-Deċiżjonijiet 86/404/KEE, 88/124/KEE u 96/80/KE għandhom jiġu rrevokati u sostitwiti minn Deċiżjoni waħda.

(3)

Id-dispożizzjonijiet dwar l-identifikazzjoni ta’ annimali bovini huma stipolati fir-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Lulju ta’l-2000, li jistabblixxi sistema ta’ identifikazzjoni u ta’ reġistrazzjoni ta’ annimali bovini u t-tikkettjar ta’ ċanga u prodotti taċ-ċanga u jirrevoka r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 820/97 (5).

(4)

Dispożizzjonijiet speċjali dwar it-testjar uffiċjali ta’ barrin ta’ razza pura huma stipolati fid-Direttiva tal-Kunsill 87/328/KEE tat-18 ta’ Ġunju ta’ l-1987 dwar l-aċċettazzjoni għall-raġjunijiet ta’ trobbija ta’ annimali ta’ razza pura tat-trobbija mill-ispeċi bovina (6).

(5)

Iċ-ċertifikati tal-pedigree għandhom jiżguraw għall-konsumaturi ta’ annimal jew tal-prodotti ġerminali tiegħu l-informazzjoni minima li tikkorrispondi għall-partikolaritajiet meħtieġa mid-Deċiżjonijiet 86/404/KEE, 88/124/KEE u 96/80/KE. Abbażi ta’ l-esperjenza ma’ l-evoluzzjoni tat-teknoloġija informatika, u bil-konsiderazzjoni tal-fatt li ċerti riżultati minn evalwazzjoni ġenetika huma disponibbli pubblikament, jidher li r-rakkomandazzjoni għall-mudell armonizzat ta’ ċertifikat m’għadhiex aktar meħtieġa, u li ċerti partikolaritajiet jistgħu jiġu pprovduti b’mod suffiċjenti għal ċerti ċirkostanzi permezz ta’ referenza għas-sors pubbliku tagħhom.

(6)

Ċertifikati tal-pedigree jew stqarrijiet li jiċċertifikaw dokumentazzjoni ekwivalenti jinħarġu minn korpi li huma rikonoxxuti skond id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 84/247/KEE tas-27 ta’ April ta’ l-1984 li tistipola l-kriterji għar-rikonoxximent ta’ l-organizzazzjonijiet u l-assoċjazzjonijiet ta’ produtturi li jżommu jew jistabbilixxu kotba tal-merħla ta’ l-annimali tat-trobbija mill-ispeċi bovina (7). Iżda jidher xieraq li ċertifikati tal-pedigree għall-isperma jistgħu jinħarġu wkoll minn ċentri ta’ ġbir jew ta’ ħażna li huma approvati skond id-Direttiva tal-Kunsill 88/407/KEE ta’ l-14 ta’ Ġunju ta’ l-1988 li jistipola l-kondizzjonijiet dwar is-saħħa ta’ l-annimali applikabbli għall-kummerċ intra komunitarju fl-importazzjoni ta’ l-isperma minn annimali domestiċi ta’ l-ispeċi bovina (8) u li ċertifikati tal-pedigree minn embrijuni jistgħu jinħarġu wkoll minn timijiet ta’ ġbir approvati skond id-Direttiva tal-Kunsill 89/556/KEE tal-25 ta’ Settembru ta’ l-1989 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li jiggvernaw il-kummerċ intra Komunitarju fl-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ embrijuni ta’ annimali domestiċi mill-ispeċi bovina (9).

(7)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma f’konformità ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanentidwar iż-Żooteknika,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Din id-Deċiżjoni tistipola l-partikolaritajiet li għandhom jitniżżlu fiċ-ċertifikati tal-pedigree jew fid-dokumenti li jakkumpanjaw l-annimali tat-trobbija ta’ razza pura mill-ispeċi bovina, l-isperma, l-bajd jew l-embrijuni tagħhom fil-kummerċ intra Komunitarju. Iċ-ċertfikati tal-pedigree skond din id-Deċiżjoni għandhom jinħarġu minn organizzazzjonijiet jew assoċjazzjonijiet ta’ produtturi approvati (minn hawn jissejħu: “organizzazzjonijiet ta’ produtturi”) li huma rikonoxxuti uffiċjalment skond id-Deċiżjoni 84/247/KEE. Iċ-ċertifikati tal-pedigree għall-isperma jistgħu jinħarġu wkoll minn ċentri ta’ ġbir jew ta’ ħażna li huma approvati skond id-Direttiva 88/407/KEE u ċ-ċertifikati tal-pedigree għall-embrijuni jistgħu jinħarġu wkoll minn timijiet ta’ ġbir ta’ l-embrijuni li huma approvati skond id-Direttiva 89/556/KEE, abbażi tal-partikolaritajiet pprovduti mill-organizzazzjonijiet ta’ produzzjoni skond l-Artikolu 3(2), u 5(2) ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

1.   Iċ-ċertifikati għall-annimali għandhom ikollhom id-dettalji li ġejjin:

a)

it-titolu li ġej: “Ċertifikat tal-pedigree maħruġ skond id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/379/KE għall-kummerċ intra Komunitarju”;

b)

l-isem ta' l-organizzazzjoni ta' produtturi kkonċernata li hija rikonoxxuta uffiċjalment skond id-Deċiżjoni 84/247/KEE;

c)

l-isem tal-ktieb tal-merħla;

d)

ir-razza;

e)

is-sess;

f)

in-numru fl-inklużjoni fil-ktieb tal-merħla;

g)

id-data ta’ meta nħareġ iċ-ċertifikat;

h)

is-sistema ta’ identifikazzjoni;

i)

in-numru ta’ identifikazzjoni skond ir-Regolament (KE) Nru 1760/2000;

j)

id-data tat-twelid;

k)

isem u indirizz il-produttur;

l)

isem u indirizz is-sid

m)

il-pedigree:

L-annimal maskili

Missier missieru

Omm missieru

Nru fil-ktieb tal-merħla

Nru fil-ktieb tal-merħla

Nru fil-ktieb tal-merħla

L-Omm

Missier ommha

Omm ommha

Nru fil-ktieb tal-merħla

Nru fil-ktieb tal-merħla

Nru fil-ktieb tal-merħla

n)

ir-riżultati disponibbli mit-testijet ta’ rendiment u riżultati aġġornati ta’ l-evalwazzjoni ġenetika inklużi l-pekuljaritajiet ġenetiċi u d-difetti ġenetiċi ta’ l-annimal innifsu u tal-ġenituri u n-nanniet tiegħu huma meħtieġa fil-programm ta’ trobbija għall-kategorija ta’ l-annimal in kwestjoni. Jekk ir-riżultati ta’ l-evalwazzjoni ġenetika huma disponibbli lill-pubbliku fuq l-internet, ikun biżżejjed li ssir referenza għall-portal fejn jinsabu tali riżultati.

o)

fil-każ ta’ annimali nisa tqal, id-data ta’ l-inseminazzjoni jew tat-tgħammir u l-identifikazzjoni tal-barri li jkun għammarha;

p)

l-isem u t-titolu tal-persuna firmatarja, id-data u l-post tal-wasla taċ-ċertifikat u l-firma ta’ l-individwu li huwa awtorizzat mill-organizzazzjoni tat-trobbija risponsabbli għall-ħruġ taċ-ċertifikat.

2.   Madankollu, dawk id-dettalji jistgħu jkunu inklużi f’dokumenti oħrajn li jakkumpanjaw l-annimal bil-kondizzjoni li l-organizzazzjoni tat-trobbija li għandha l-ktieb tal-merħla tiċċertifika d-dokumenti mas-sentenzi li ġejjin: “Il-persuna hawn taħt iffirmata tiċċertifika li l-partikolaritajiet meħtieġa mill-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/379/KE10 huma inklużi mad-dokumenti mehmuża: …”, kompluta b’ lista eżawrjenti ta’ dokumenti mehmuża rilevanti.

Artikolu 3

1.   Iċ-ċertifikati tal-pedigree għall-isperma għandhom ikollhom id-dettalji li ġejjin:

a)

il-partikolaritajiet kollha msemmija fl-Artikolu 2 li jikkonċernaw il-barri li jipprovdi l-isperma kif ukoll il-grupp tad-demm jew ir-riżultati mit-test li jipprovdu garanziji ekwivalenti għall-finijiet tal-verifika tal-pedigree;

b)

l-informazzjoni li tippermetti l-identifikazzjoni ta’ l-isperma, id-data tal-ġabir u l-isem u l-indirizz taċ-ċentru tal-ġbir ta’ l-isperma jew taċ-ċentru tal-ħażna ta’ l-isperma u tad-destinatarju;

c)

għall-isperma maħsuba għat-testjar uffiċjali ta’ barrin tar-razza pura, l-isem u l-indirizz ta’ l-organizzazzjonijiet uffiċjali jew ta’ assoċjazzjonijiet risponsabbli għall-iżvolġiment tat-testijiet skond id-Direttiva 87/328/KEE;

d)

l-isem u t-titolu tal-persuna firmatarja, id-data u l-post tal-wassla taċ-ċertifikat u l-firma ta’ l-individwu li huwa awtorizzat mill-organizzazzjoni tat-trobbija risponsabbli għall-ħruġ taċ-ċertifikat.

2.   Madankollu, dawk il-partikolaritajiet jistgħu jkunu inklużi f’dokumenti oħrajn li jakkumpanjaw l-isperma bil-kondizzjoni li l-organizzazzjoni tat-trobbija li għandha l-ktieb tal-merħla tiċċertifika d-dokumenti mas-sentenzi li ġejjin: “Il-persuna hawn taħt iffirmata tiċċertifika li l-partikolaritajiet meħtieġa mill-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/379/KE10 huma inklużi mad-dokumenti mehmuża: …”, kompluta b’ lista eżawrijenti ta’ adokumenti mehmuża rilevanti.

Artikolu 4

1.   Iċ-ċertifikati tal-pedigree għall-bajd għandhom ikollhom id-dettalji li ġejjin:

a)

id-dettalji kollha msemmija fl-Artikolu 2 li jikkonċernaw l-annimal femminili li tipprovdi l-bajda kif ukoll il-grupp tad-demm jew ir-riżultati mit-test li jipprovdu garanziji ekwivalenti għall-finijiet tal-verifika tal-pedigree;

b)

l-informazzjoni li tippermetti l-identifikazzjoni tal-bajd, id-data tal-ġbir u l-ismijiet u l-indirizzi tat-timijiet tal-ġbir tal-bajd kif ukoll tad-destinatarju;

c)

fejn ikun hemm iktar minn bajda waħda fit-tubu, għandu jkun hemm identifikazzjoni ċara dwar in-numru ta’ bajd li għandhom ikollhom kollha l-istess omm;

d)

l-isem u t-titolu tal-persuna firmatarja, id-data u l-post tal-wasla taċ-ċertifikat u l-firma ta’ l-individwu li huwa awtorizzat mill-organizzazzjoni tat-trobbija risponsabbli għall-ħruġ taċ-ċertifikat.

2.   Madankollu. dawk id-dettalji jistgħu jkunu inklużi f’dokumenti oħrajn li jakkumpanjaw il-bajd bil-kondizzjoni li l-organizzazzjoni tat-trobbija li għandha l-ktieb tal-merħla tiċċertifika d-dokumenti mas-sentenzi li ġejjin: “Il-persuna hawn taħt iffirmata tiċċertifika li d--dettalji meħtieġa mill-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/379/KE10 huma inklużi mad-dokumenti mehmuża: …”, kompluta b’ lista eżawrijenti ta’ dokumenti mehmuża rilevanti.

Artikolu 5

1.   Iċ-ċertifikati tal-pedigree għall-embrijuni għandhom ikollhom id-dettalji li ġejjin:

a)

id-dettalji kollha msemmija fl-Artikolu 2 li jikkonċernaw l-annimal femminili li tipprovdi l-bajda kif ukoll il-barri li jiffertilizza l-bajda flimkien mal-grupp tad-demm tagħhom jew ir-riżultati mit-test li jipprovdu garanziji ekwivalenti għall-finijiet tal-verifika tal-pedigree;

b)

l-informazzjoni li tippermetti l-identifikazzjoni ta’ l-embriju, id-data tal-ġbir u l-ismijiet u l-indirizzi tat-timijiet tal-ġbirta’ l-embrji kif ukoll tal-persuna li tirċievi;

c)

fejn ikun hemm iktar minn embrijun wieħed fit-tubu, għandu jkun hemm identifikazzjoni ċara dwar in-numru ta’ embrijuni li għandhom ikollhom kollha l-istess ġenituri;

d)

l-isem u t-titolu tal-persuna firmatarja, id-data u l-post tal-wasla taċ-ċertifikat u l-firma ta’ l-individwu li huwa awtorizzat mill-organizzazzjoni tat-trobbija risponsabbli għall-ħruġ taċ-ċertifikat.

2.   Iżda dawk il-dettalji jistgħu ikunu inklużi f’dokumenti oħrajn li jakkumpanjaw l-embrijuni bil-kondizzjoni li l-organizzazzjoni tat-trobbija li għandha l-ktieb tal-merħla tiċċertifika d-dokumenti mas-sentenzi li ġejjin: “Il-persuna hawn taħt iffirmata tiċċertifika li d-dettalji-meħtieġa mill-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/379/KE10 huma inklużi mad-dokumenti mehmuża: …”, kompluta b’ lista eżawrijenti ta’ dokumenti mehmuża rilevanti.

Artikolu 6

Id-Deċiżjonijiet 86/404/KEE, 88/124/KEE u 96/80/KE huma rrevokati.

Artikolu 7

Id-Deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, nhar is-17 ta’ Mejju 2005.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 206, 12.8.1977, p. 8. Direttiva kif l-aħħar emendata mir-Regolament (KE) Nru 807/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 36).

(2)  ĠU L 233, 20.8.1986, p. 19.

(3)  ĠU L 62, 8.3.1988, p. 32. Deċiżjoni kif l-aħħar emendata mid-Deċiżjoni 2002/8/KE (ĠU L 3, 5.1.2002, p.53).

(4)  ĠU L 19, 25.1.1996, p. 50. Deċiżjoni kif emendata mid-Deċiżjoni 2002/8/KE.

(5)  ĠU L 204, 11.8.2000, p. 1.

(6)  ĠU L 167, 26.6.1987, p. 54.

(7)  ĠU L 125, 12.5.1984, p. 58.

(8)  ĠU L 194, 22.7.1988, p. 10. Deċiżjoni kif l-aħħar emendata mid-Deċiżjoni 2004/101/KE (ĠU L 30, 4.2.2004, p. 15.

(9)  ĠU L 302, 19.10.1989, p. 1; Direttiva kif l-aħħar emendata mir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 1).


Top