EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005D0372

Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 3 ta' Marzu 2005 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Soċjalista Demokratika tas-Sri Lanka dwar ir-riammissjoni ta' persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni

ĠU L 124, 17.5.2005, p. 41–42 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 164M, 16.6.2006, p. 21–22 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/372/oj

Related international agreement

32005D0372

Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 3 ta' Marzu 2005 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Soċjalista Demokratika tas-Sri Lanka dwar ir-riammissjoni ta' persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni

Official Journal L 124 , 17/05/2005 P. 0041 - 0042
Official Journal L 164 , 16/06/2006 P. 0021 - 0022


Deċiżjoni tal-Kunsill

tat- 3 ta' Marzu 2005

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Soċjalista Demokratika tas-Sri Lanka dwar ir-riammissjoni ta' persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni

(2005/372/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 63 (3)(b), flimkien mat-tieni sentenza ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(2) u l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1) Il-Kummissjoni nnegozjat, f'isem il-Komunità Ewropea, Ftehim mar-Repubblika Soċjalista Demokratika tas-Sri Lanka dwar ir-riammissjoni ta' persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni.

(2) Dan il-Ftehim ġie ffirmat, f'isem il-Komunità Ewropea, fi 4 ta' Ġunju 2004, suġġett għall-possibbiltà li jiġi konkluż f'data aktar tard, skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 25 ta' Novembru 2003.

(3) Dan il-Ftehim għandu jiġi approvat.

(4) Il-Ftehim jistabbilixxi Kumitat Konġunt ta' Riammissjoni li jista' jieħu deċiżjonijiet li jkollhom effett legali fuq ċerti materji tekniċi. Huwa għalhekk xieraq li jiġu provduti proċeduri simplifikati għall-elaborazzjoni tal-pożizzjoni tal-Komunità f'każijiet bħal dawn.

(5) Skond l-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, ir-Renju Unit innotifika x-xewqa tiegħu li jipparteċipa fl-adozzjoni u fl-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni.

(6) Skond l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4 tal-Protokoll imsemmi, l-Irlanda ma tipparteċipax fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

(7) Skond l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka ma tieħux sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni, u mhijiex marbuta biha jew suġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Soċjalista Demokratika tas-Sri Lanka dwar ir-riammissjoni ta' persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni, bid-dikjarazzjonijiet annessi miegħu, huwa b'dan approvat f'isem il-Komunità.

It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 21(2) tal-Ftehim.

Artikolu 3

Il-Kummissjoni, mgħejjuna minn esperti ta' l-Istati Membri, għandha tirrappreżenta l-Komunità fil-Kumitat Konġunt ta' Riammissjoni stabbilit mill-Artikolu 17 tal-Ftehim.

Artikolu 4

Il-pożizzjoni tal-Komunità fil-Kumitat Konġunt ta' Riammissjoni fir-rigward ta' l-adozzjoni tar-regoli ta' proċedura tiegħu kif meħtieġ mill-Artikolu 17(5) tal-Ftehim għandha tittieħed mill-Kummissjoni wara li tikkonsulta ma' kumitat speċjali maħtur mill-Kunsill.

Għal deċiżjonijiet oħra tal-Kumitat Konġunt ta' Riammissjoni, il-pożizzjoni tal-Kommunità għandha tiġi adottata mill-Kunsill, li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, fuq proposta mill-Kummissjoni.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussel, 3 ta' Marzu 2005.

Għall-Kunsill

Il-President

F. Biltgen

--------------------------------------------------

Top