Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005D0368

    Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 26 ta' April 2005 li taħtar tliet membri Latvjani għall-Kumitat tar-Reġjuni

    ĠU L 119, 11.5.2005, p. 11–12 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 164M, 16.6.2006, p. 15–16 (MT)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 25/01/2006

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/368/oj

    16.6.2006   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    15


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    tas-26 ta' April 2005

    li taħtar tliet membri Latvjani għall-Kumitat tar-Reġjuni

    (2005/368/KE)

    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 263 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Latvjan,

    Billi:

    (1)

    Fit-22 ta’ Jannar 2002 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2002/60/KE li taħtar il-membri u l-membri alternattivi tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2002 sal-25 ta' Jannar 2006 (1).

    (2)

    Tliet postijiet ta’ membri tal-Kumitat tar-Reġjuni saru vakanti wara l-iskadenza tal-mandat tas-Sur Andris JAUNSLEINIS, is-Sur Jānis KALNAČS u s-Sur Arvīds KUCINS, li ġiet mgħarrfa lill-Kunsill fis-6 ta’ April 2005,

    IDDEĊIEDA:

    Artikolu 1

    Huma maħtura membri tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2006:

    Is-Sur Andris ELKSNĪTIS

    [Dobeles pilsētas Domes priekšsēdētājs]

    (Deputat elett, President tal-Kunsill tal-Belt ta' Dobele);

    Is-Sur Edmunds KRASTIŅŠ

    [Rīgas pilsētasDomes loceklis]

    (Membru tal-Kunsill tal-Muniċipalità ta’ Riga);

    Is-Sur Tālis PUĶĪTIS

    [Siguldas novada domes priekšsēdētājs]

    (Deputat elett, President tal-Kunsill Konġunt tal-Muniċipalità ta’ Sigulda);

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Għandu jkollha effett mid-data ta’ l-adozzjoni tagħha.

    Magħmula fi Brussel, fi 26 ta' April 2005.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    F. BODEN


    (1)  ĠU L 24, 26.1.2002, p. 38.


    Top