Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005D0228

    Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 21 ta' Frar 2005 dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżjorja ta' ftehim f'forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Belarus li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Belarus dwar il-kummerċ tal-prodotti tat-tessuti

    ĠU L 72, 18.3.2005, p. 18–18 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 159M, 13.6.2006, p. 237–237 (MT)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2005

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/228(1)/oj

    Related international agreement

    32005D0228

    Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 21 ta' Frar 2005 dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżjorja ta' ftehim f'forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Belarus li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Belarus dwar il-kummerċ tal-prodotti tat-tessuti

    Official Journal L 072 , 18/03/2005 P. 0018 - 0018
    Official Journal L 159 , 13/06/2006 P. 0237 - 0237


    Deċiżjoni tal-Kunsill

    tal- 21 ta' Frar 2005

    dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżjorja ta' ftehim f'forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Belarus li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Belarus dwar il-kummerċ tal-prodotti tat-tessuti

    (2005/228/KE)

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 133 flimkien ma' l-Artikolu 300, paragrafu 2, l-ewwel sentenza tiegħu,

    Wara li kkunsidra il-proposta mill-Kummissjoni,

    Billi:

    (1) Il-Kummissjoni innegozjat f'isem il-Komunità ftehim li jestendi għal sena l-Ftehim u l-protokolli eżistenti dwar il-kummerċ fil-prodotti tat-tessuti mar-Repubblika tal-Belarus, bil-limiti kwantitattivi aġġustati biex jieħdu in konsiderazzjoni r-rati annwali ta' żvilupp u d-domanda tal-Belarus għal xi kategoriji; dan il-Ftehim għandu jiġi applikat fuq bażi provviżorja mill- 1 ta' Jannar 2005, sakemm jiġu kompletati l-proċeduri meħtieġa għall-konklużjoni tiegħu, suġġett għall-applikazzjoni provviżorja reċiproka mir-Repubblika tal-Belarus.

    (2) Il-Ftehim għandu jiġi ffirmat,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat li jinnomina l-persuna jew il-persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw, f'isem il-Komunità, il-Ftehim f'forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Belarus li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Belarus dwar il-kummerċ tal-prodotti tat-tessuti, suġġett għall-konklużjoni tiegħu.

    Artikolu 2

    Suġġett għar-reċiproċità [1], il-Ftehim għandu japplika fuq bażi provviżorja, sakemm jiġu kompletati l-proċeduri meħtieġa għall-konklużjoni formali tiegħu, mill- 1 ta' Jannar 2005.

    It-test ta' dan il-Ftehim huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 3

    1. Fil-każ li l-Belarus ma tissodisfax l-obbligazzjonijiet tagħha skond il-paragrafu 2.5 tal-Ftehim ta' l-1999 [2], il-kwota għall-2005 għandha titnaqqas għall-livelli applikabbli fl-2004.

    2. Id-deċiżjoni li jiġi implimentat il-paragrafu 1 għandha tittieħed skond il-proċeduri msemmija fl-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 3030/93 tat- 12 ta' Ottubru 1993 dwar ir-regoli komuni għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tat-tessuti minn pajjiżi terzi [3].

    Artikolu 4

    Din id-deċiżjoni għandha tibda jkollha effett fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Magħmula fi Brussel, nhar il- 21 ta' Frar 2005.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. Asselborn

    [1] Id-data minn meta l-applikazzjoni provviżorja tibda tkun effettiva tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, serje Ċ.

    [2] ĠU L 336, 29.12.1999, p. 27.

    [3] ĠU L 275, 8.11.1993, p. 1. Regolament l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru. 1627/2004 (ĠU L 374, 22.12.2004, p. 1).

    --------------------------------------------------

    Ftehim f'forma ta' skambju ta' ittri

    Bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Belarus li jemenda l-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Belarus dwar il-kummerċ tal-prodotti tat-tessuti

    A. Ittra mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea

    Sinjur,

    1. Għandi l-unur li nirreferi għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Belarus dwar il-kummerċ tal-prodotti tat-tessuti inizjalat fl- 1 ta' April 1993, kif emendat l-aħħar u estiż bil-Ftehim f'forma ta' Skambju ta' Ittri inizjalat fit- 23 ta' Diċembru 2003 (minn hawn 'il quddiem imsemmi bħala l-"Ftehim").

    2. Minħabba l-iskadenza tal-Ftehim fil- 31 ta' Diċembru 2004 u skond l-Artikolu 19(1) tal-Ftehim, il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Belarus jiftiehmu li jestendu ż-żmien tal-Ftehim, għal perjodu ulterjuri ta' sena, suġġett għall-emendi u l-kondizzjonijiet li ġejjin:

    2.1. It-test ta' l-Artikolu 19, paragrafu 1, it-tieni u t-tielet sentenzi, tal-Ftehim jiġu sostitwiti b'dan li ġej:

    "Għandu jkun applikabbli sal- 31 ta' Diċembru 2005."

    2.2. L-Anness II li jistabbilixxi r-restrizzjonijiet kwantitattivi għall-esportazzjonijiet mir-Repubblika tal-Belarus lejn il-Komunità Ewropea jiġi sostitwit bl-Appendiċi 1 ma' din l-ittra.

    2.3. L-Anness mal-Protokoll Ċ li jistabbilixxi r-restrizzjonijiet kwantitattivi għall-esportazzjonijiet mir-Repubblika tal-Belarus lejn il-Kommunità Ewropea wara l-operazzjonijiet OPT fir-Repubblika tal-Belarus jiġi sostitwit għall-perjodu li jestendi mill- 1 ta' Jannar 2005 sal- 31 ta' Diċembru 2005 bl-Appendiċi 2 ma' din l-ittra.

    2.4. L-importazzjonijiet lejn il-Belarus tal-prodotti tat-tessuti u tal-ħwejjeġ tal-lbies li joriġinaw mill-Komunità Ewropea għandhom ikunu suġġetti fl-2005 għal dazji doganali li ma jeċċedux dawk previsti għall-2004 fl-Appendiċi 4 tal-Ftehim f'forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Belarus inizjalat fil- 11 ta' Novembru 1999.

    Fil-każ li ma jiġux applikati dawn ir-rati, il-Komunità jkollha d-dritt li tintroduċi mill-ġdid għall-perjodu li jibqa' tal-validità tal-ftehim fuq bażi pro rata l-livelli għar-restrizzjonijiet kwantitattivi applikabbli għall-2004 kif speċifikat fl-Iskambju ta' l-Ittri inizjalat fit- 23 ta' Diċembru 2003.

    3. Jekk ir-Repubblika tal-Belarus issir Membru ta' l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) qabel id-data ta' skadenza tal-Ftehim, għandhom jiġu applikati l-Ftehim u r-regoli tad-WTO mid-data ta' l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Belarus mal-WTO.

    4. Nistiednek ġentilment tikkonferma l-aċċettazzjoni tal-Gvern tiegħek ta' dak iddikjarat hawn fuq. Jekk dan ikun il-każ, dan il-Ftehim f'forma ta' Skambju ta' Ittri għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar li jiġi wara l-jum li fih l-Partijiet jinnotifikaw lil xulxin li l-proċeduri legali meħtieġa għal dan il-għan tlestew. Sa dan il-waqt, għandu jiġi applikat provviżorjament mill- 1 ta' Jannar 2005 bil-kondizzjoni ta' reċiproċità.

    Nitolbok taċċetta, Sinjur, l-assigurazzjoni ta' l-ogħla stima tiegħi.

    Għall-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea

    Appendiċi 1

    "

    "ANNESS II

    Belarus | Kategorija | Unità | Kwota mill- 1 ta' Jannar 2005 |

    Grupp IA | 1 | tunnellati metriċi | 1585 |

    2 | tunnellati metriċi | 5100 |

    3 | tunnellati metriċi | 233 |

    Grupp IB | 4 | biċċiet T [1] | 1600 |

    5 | biċċiet T | 1058 |

    6 | biċċiet T | 1400 |

    7 | biċċiet T | 1200 |

    8 | biċċiet T | 1110 |

    Grupp IIA | 9 | tunnellati metriċi | 363 |

    20 | tunnellati metriċi | 318 |

    22 | tunnellati metriċi | 498 |

    23 | tunnellati metriċi | 255 |

    39 | tunnellati metriċi | 230 |

    Grupp IIB | 12 | parijiet T | 5958 |

    13 | biċċiet T | 2651 |

    15 | biċċiet T | 1500 |

    16 | biċċiet T | 186 |

    21 | biċċiet T | 889 |

    24 | biċċiet T | 803 |

    26/27 | biċċiet T | 1069 |

    29 | biċċiet T | 450 |

    73 | biċċiet T | 315 |

    83 | tunnellati metriċi | 178 |

    Grupp IIIA | 33 | tunnellati metriċi | 387 |

    36 | tunnellati metriċi | 1242 |

    37 | tunnellati metriċi | 463 |

    50 | tunnellati metriċi | 196 |

    Grupp IIIB | 67 | tunnellati metriċi | 339 |

    74 | biċċiet T | 361 |

    90 | tunnellati metriċi | 199 |

    Grupp IV | 115 | tunnellati metriċi | 87 |

    117 | tunnellati metriċi | 1800 |

    118 | tunnellati metriċi | 448" |

    "

    Appendiċi 2

    "

    "ANNESS MAL-PROTOKOLL Ċ

    Kategorija | Unità | Mill- 01.01.2005 |

    4 | 1000 biċċa | 4733 |

    5 | 1000 biċċa | 6599 |

    6 | 1000 biċċa | 8800 |

    7 | 1000 biċċa | 6605 |

    8 | 1000 biċċa | 2249 |

    12 | 1000 biċċa | 4446 |

    13 | 1000 biċċa | 697 |

    15 | 1000 biċċa | 3858 |

    16 | 1000 biċċa | 786 |

    21 | 1000 biċċa | 2567 |

    24 | 1000 biċċa | 661 |

    26/27 | 1000 biċċa | 3215 |

    29 | 1000 biċċa | 1304 |

    73 | 1000 biċċa | 4998 |

    83 | tunnellati metriċi | 664 |

    74 | 1000 biċċa | 872" |

    "

    B. Ittra mill-Gvern tar-Repubblika tal-Belarus

    Sinjur,

    Għandi l-unur ngħarrfek li rċevejt l-ittra tiegħek tal-….. li taqra kif ġej:

    "1. Għandi l-unur li nirreferi għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Belarus dwar il-kummerċ tal-prodotti tat-tessuti inizjalat fl- 1 ta' April 1993, kif emendat l-aħħar u estiż bil-Ftehim f'forma ta' Skambju ta' Ittri inizjalat fit- 23 ta' Diċembru 2003 (minn hawn 'il quddiem imsemmi bħala l-"Ftehim").

    2. Minħabba l-iskadenza tal-Ftehim fil- 31 ta' Diċembru 2004 u skond l-Artikolu 19(1) tal-Ftehim, il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Belarus jiftiehmu li jestendu ż-żmien tal-Ftehim, għal perjodu ulterjuri ta' sena, suġġett għall-emendi u l-kondizzjonijiet li ġejjin:

    2.1. It-test ta' l-Artikolu 19, paragrafu 1, it-tieni u t-tielet sentenzi, tal-Ftehim jiġu sostitwiti b'dan li ġej:

    "Għandu jkun applikabbli sal- 31 ta' Diċembru 2005."

    2.2. L-Anness II li jistabbilixxi r-restrizzjonijiet kwantitattivi għall-esportazzjonijiet mir-Repubblika tal-Belarus lejn il-Komunità Ewropea jiġi sostitwit bl-Appendiċi 1 ma' din l-ittra.

    2.3. L-Anness mal-Protokoll Ċ li jistabbilixxi r-restrizzjonijiet kwantitattivi għall-esportazzjonijiet mir-Repubblika tal-Belarus lejn il-Kommunità Ewropea wara l-operazzjonijiet OPT fir-Repubblika tal-Belarus jiġi sostitwit għall-perjodu li jestendi mill- 1 ta' Jannar 2005 sal- 31 ta' Diċembru 2005 bl-Appendiċi 2 ma' din l-ittra.

    2.4. L-importazzjonijiet lejn il-Belarus tal-prodotti tat-tessuti u tal-ħwejjeġ tal-lbies li joriġinaw mill-Komunità Ewropea għandhom ikunu suġġetti fl-2005 għal dazji doganali li ma jeċċedux dawk previsti għall-2004 fl-Appendiċi 4 tal-Ftehim f'forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Belarus inizjalat fil- 11 ta' Novembru 1999.

    Fil-każ li ma jiġux applikati dawn ir-rati, il-Komunità jkollha d-dritt li tintroduċi mill-ġdid għall-perjodu li jibqa' tal-validità tal-ftehim fuq bażi pro rata l-livelli għar-restrizzjonijiet kwantitattivi applikabbli għall-2004 kif speċifikat fl-Iskambju ta' l-Ittri inizjalat fit- 23 ta' Diċembru 2003.

    3. Jekk ir-Repubblika tal-Belarus issir Membru ta' l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) qabel id-data ta' skadenza tal-Ftehim, għandhom jiġu applikati l-Ftehim u r-regoli tad-WTO mid-data ta' l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Belarus mal-WTO.

    4. Nistiednek ġentilment tikkonferma l-aċċettazzjoni tal-Gvern tiegħek ta' dak iddikjarat hawn fuq. Jekk dan ikun il-każ, dan il-Ftehim f'forma ta' Skambju ta' Ittri għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar li jiġi wara l-jum li fih l-Partijiet jinnotifikaw lil xulxin li l-proċeduri legali meħtieġa għal dan il-għan tlestew. Sa dan il-waqt, għandu jiġi applikat provviżorjament mill- 1 ta' Jannar 2005 bil-kondizzjoni ta' reċiproċità."

    Għandi l-unur li nikkonferma li l-Gvern tiegħi jaqbel mal-kontenut ta' l-ittra tiegħek.

    Nitolbok taċċetta, Sinjur, l-assigurazzjoni ta' l-ogħla stima tiegħi.

    Għall-Gvern tar-Repubblika tal-Belarus

    [1] biċċiet T: eluf ta' biċċiet

    --------------------------------------------------

    Top