EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005D0197

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad- 9 ta' Marzu 2005 li tapprova l-pjan ta' azzjoni teknika ta' l-2005 sabiex tittejjeb l-istatistika ta' l-agrikoltura (innotifikata taħt in-numru tad-dokument C(2005) 531)

ĠU L 65, 11.3.2005, p. 30–32 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 272M, 18.10.2005, p. 155–157 (MT)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 11/12/2010

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/197/oj

18.10.2005   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

155


ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-9 ta' Marzu 2005

li tapprova l-pjan ta' azzjoni teknika ta' l-2005 sabiex tittejjeb l-istatistika ta' l-agrikoltura

(innotifikata taħt in-numru tad-dokument C(2005) 531)

(2005/197/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 96/411/KE tal-25 ta' Ġunju 1996 dwar it-titjib ta' l-istatistika ta' l-agrikoltura tal-Komunità (1), u b' mod partikolari l-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 6(2) tagħha,

Billi:

(1)

Skond id-Deċiżjoni Nru 96/411/KE, il-Kummissjoni tistabbilixxi pjan ta' azzjoni teknika għall-istatistika ta' l-agrikoltura kull sena.

(2)

Skond id-Deċiżjoni Nru 96/411/KE, il-Komunità tikkontribwixxi għall-ispejjeż imġarrba mill-Istati Membri fit-twettieq ta' l-adattamenti għal sistemi nazzjonali ta' statistika jew għall-ispejjeż ta' xogħol ta' tħejjija għal bżonnijiet ġodda jew li jiżdiedu li huma parti mill-pjan ta' azzjoni teknika.

(3)

Huwa essenzjali li tittejjeb l-informazzjoni dwar l-istruttura ta' l-azjendi agrikoli għall-implimentazzjoni tal-politika relatata tal-Komunità.

(4)

Hemm ħtieġa sabiex tkun imsaħħa s-sistema ta' l-istatistika agrikola u sabiex tissokta l-ħidma appoġġjata mill-pjanijiet ta' azzjoni. Din id-darba ir-reġistri ta' statistika ta' l-irziezet, li huma rekwiżit għar-riċerki kollha ta' l-irziezet u li huma diffikultà kbira fil-biċċa l-kbira ta' l-Istati Membri, huma l-medda ewlenija tal-pjan ta' azzjoni annwali.

(5)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma bi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar l-Istatistika ta' l-Agrikoltura,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pjan ta' azzjoni teknika ta' l-2005 għat-titjib ta' l-istatistika agrikola (TAPAS 2005), hekk kif stipulat fl-Anness, huwa approvat.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, fid-9 ta' Marzu 2005.

Għall-Kummissjoni

Joaquin ALMUNIA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 162, ta' l-1.7.1996, p. 14. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 787/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 138, tat-30.4.2004, p. 12).


ANNESS

PJAN TA' AZZJONI TEKNIKA 2005 SABIEX TITTEJJEB L-ISTATISTIKA TA' L-AGRIKOLTURA

(TAPAS 2005)

Dawn il-miżuri koperti bil-pjan ta' azzjoni teknika 2005 għat-titjib ta' l-istatistika agrikola għandhom l-għan li jiżviluppaw jew itejbu l-istatistika f' dawn l-oqsma li ġejjin:

a)

reġistri ta' statistika ta' l-irziezet,

b)

riċerki fuq l-irżiezet iż-żgħar (riċerki ta' l-unitajiet żgħar).

Il-Kummissjoni se tagħmel kontribuzzjoni finanzjarja lil proġetti żviluppati bħala parti minn dawn il-miżuri li mhijiex se taqbeż l-ammonti murija fit-Tabella A għal kull Stat Membru.

Il-miżuri proposti mill-Istati Membri jikkonċernaw:

1)   Reġistri ta' statistika ta' l-irziezet

Id-disponibilità ta' reġistru aġġornat ta' l-azjendi agrikoli hija bażi għal sistema koerenti u integrata ta' statistika agrikola kif ukoll, jekk koordinata ma' reġistri nazzjonali tan-negozji, għodda li tikkontribwixxi għall-integrazzjoni ta' l-informazzjoni agrikola ma' dik ta' setturi oħra.

Reġistru validu jipprovdi qafas bażiku għall-għażla ta' kampjun. Jekk tkun kompleta u tinkludi informazzjoni xierqa, tista' tippermetti d-disinn effettiv ta' kampjun flimkien ma', per eżempju, stratifikazzjoni skond id-daqs, it-tip ta' attività jew il-lok. Tista' wkoll tqajjem il-kwistjoni ta' rendibilità ta' ċensimenti agrikoli sħaħ. Ir-reġistri jipprovdu wkoll informazzjoni siewja għad-demografija ta' azjendi agrikoli.

Reġistru armonizzat għandu wkoll jiftaħ il-bieb għall-għażla ta' kapjuni u stħarriġ ta' l-UE li jipprovdi stimi ta' min jorbot fuqhom fil-livell ta' l-UE u li jnaqqas b' mod sostanzjali l-piż li għandhom dawk li jwieġbu l-istħarriġ.

2)   Stħarriġ fuq unitajiet żgħar

“Unitajiet żgħar” huma importanti, fir-rigward ta' numri u sehem fil-produzzjoni agrikola, b'mod speċjali fl-Istati Membri l-ġodda. F'uħud minn dawn il-pajjiżi, unitajiet żgħar mhumiex dejjem koperti b' mod adegwat fl-istħarriġ agrikolu, u dan jista' għalhekk iwassal għall-esklużjoni ta' numru kbir ta' unitajiet involuti fil-produzzjoni tal-prodotti agrikoli.

Fil-qafas ta' l-azzjonijiet tat-TAPAS 2005 fuq unitajiet żgħar, il-Eurostat tistenna kontribuzzjonijiet, inter alia, dwar dawn il-mistoqsijiet li ġejjin.

X' għandha tkun id-definizzjoni ta' unitajiet żgħar?

X' għandha tkun l-iċken għatba sabiex dawn it-tip ta' unitajiet ikunu inklużi fir-Reġistri ta' l-Istatistika ta' l-Irziezet?

Sa liema punt għandhom ikunu koperti l-unitajiet iż-żgħar li huma inklużi f' dawn it-tip ta' reġistri (fir-rigward ta' frekwenza, karatteristiċi)?

Tabella A

PJAN TA' AZZJONI TEKNIKA 2005

EU 25

Kontribuzzjoni finanzjarja massima tal-Komunità lill-ispiża mġarrba

(f'eluf ta' euro)

Pajjiżi

Reġistru ta' rziezet

Unitajiet żgħar

TOTAL

CZ

60 000

 

60 000

DE

243 000

 

243 000

EE

53 856

 

53 856

IT

311 440

 

311 440

CY

42 000

 

42 000

LV

64 069

18 083

82 152

LT

 

9 000

9 000

HU

 

29 700

29 700

AT

446 639

 

446 639

PL

45 000

 

45 000

PT

175 844

 

175 844

SI

 

113 400

113 400

SK

54 000

45 000

99 000

UK

187 000

 

187 000

Total

1 682 849

215 183

1 898 032


Top