This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32005D0179
2005/179/EC: Commission Decision of 4 March 2005 amending Decisions 93/52/EEC and 2003/467/EC as regards the declaration that Slovenia is free of brucellosis (B. melitensis) and enzootic bovine leukosis and Slovakia of bovine tuberculosis and bovine brucellosis (notified under document number C(2005) 483) (Text with EEA relevance)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l- 4 ta' Marzu 2005 li temenda d-Deċiżjonijiet 93/52/KEE u 2003/467/KE fir-rigward tad-dikjarazzjoni li s-Slovenja hija ħielsa mill-bruċellożi ( B. melitensis) u mill-lewkożi bovina enżootika u li s-Slovakkja hija ħielsa mit-tuberkulożi bovina u l-bruċellożi bovina (innotifikata taħt in-numru tad-dokument C(2005) 483) Test b’rilevanza għaż-ŻEE.
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l- 4 ta' Marzu 2005 li temenda d-Deċiżjonijiet 93/52/KEE u 2003/467/KE fir-rigward tad-dikjarazzjoni li s-Slovenja hija ħielsa mill-bruċellożi ( B. melitensis) u mill-lewkożi bovina enżootika u li s-Slovakkja hija ħielsa mit-tuberkulożi bovina u l-bruċellożi bovina (innotifikata taħt in-numru tad-dokument C(2005) 483) Test b’rilevanza għaż-ŻEE.
ĠU L 61, 8.3.2005, p. 37–40
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO, HR)
ĠU L 272M, 18.10.2005, p. 132–135
(MT)
No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Impliċitament imħassar minn 32021R0620
18.10.2005 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
132 |
ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
ta' l-4 ta' Marzu 2005
li temenda d-Deċiżjonijiet 93/52/KEE u 2003/467/KE fir-rigward tad-dikjarazzjoni li s-Slovenja hija ħielsa mill-bruċellożi (B. melitensis) u mill-lewkożi bovina enżootika u li s-Slovakkja hija ħielsa mit-tuberkulożi bovina u l-bruċellożi bovina
(innotifikata taħt in-numru tad-dokument C(2005) 483)
(Test b'relevanza għaż-ŻEE)
(2005/179/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ
Wara li kkunsidrat t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta' Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa ta' l-annimali li jaffettwaw il-kummerċ fi ħdan il-Komunità ta' l-annimali bovini u s-suwini (1), u b'mod partikolari l-Anness A (I) (4), l-Anness A (II) (7) u l-Anness D (I) (E) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/68/KEE tat-28 ta' Jannar 1991 dwar il-kundizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali li tiggverna l-kummerċ fi ħdan il-Komunità ta' l-annimali ovini u kaprini (2), u b'mod partikolari l-Anness A, Kapitolu 1, punt II tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 93/52/KEE tal-21 ta' Diċembru 1992 li tirreġistra l-konformità min-naħa ta' ċerti Stati Membri jew reġjuni mal-kundizzjonijiet marbuta mal-bruċellożi (B. melitensis) u li tagħtihom l-istatus ta' Stat Membru jew reġjun li intgħaraf li huwa uffiċjalment ħieles mill-marda (3), telenka r-reġjuni ta' Stati Membri li intgħarfu li huma uffiċċjalment ħielsa mill-bruċellożi (B. melitensis) skond id-Direttiva 91/68/KEE. |
(2) |
Fis-Slovenja, il-bruċellożi ovina jew kaprina ilha notifikabbli bil-fors għall-inqas għal ħames snin, u l-ebda każ ta' dik il-marda ma ġie kkonfermat matul dak il-perijodu. Dak l-Istat Membru pprojbixxa wkoll it-tilqim kontra dik il-marda għall-inqas għal tliet snin. Barra minn hekk, is-Slovenja impenjat ruħha li tikkonforma ma' ċerti kundizzjonijiet stipulati fid-Direttiva 91/68/KEE dwar kontrolli għalgħarrieda li għandhom jitwettqu wara li l-provinċji kkonċernati jintgħarfu li huma ħielsa mill-bruċellożi. Is-Slovenja għalhekk għandha tingħaraf li hija uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi (B. melitensis) fir-rigward ta' l-irziezet ovini u kaprini. |
(3) |
Id-Direttiva 64/432/KEE tipprovdi li Stati Membri jew partijiet jew reġjuni tagħhom jistgħu jiġu ddikjarati li huma uffiċjalment ħielsa mit-tuberkulożi, bruċellożi u lewkożi bovina enżootika fir-rigward ta' mrieħel bovini soġġetti għall-aderenza ma' ċerti kundizzjonijiet stipulati f' dik id-Direttiva. |
(4) |
Il-listi ta' reġjuni ta' l-Istati Membri ddikjarati bħala ħielsa mit-tuberkulożi tal-bovini, il-bruċellożi tal-bovini u l-lewkożi bovina enżootika huma stipulati fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/467/KE tat-23 ta' Ġunju 2003 li tistabbilixxi l-istatus ta' ħelsien uffiċjali mit-tuberkolożi, il-bruċellożi, u l-lewkożi bovina enżootika ta' ċerti Stati Membri fir-rigward ta' mrieħel bovini. (4) |
(5) |
Wara evalwazzjoni mill-Kummissjoni tad-dokumentazzjoni mressqa mis-Slovenja sabiex turi l-aderenza tagħha mal-kundizzjonijiet xierqa stipulati fid-Direttiva 64/432/KEE fir-rigward tal-ħelsien mil-lewkożi bovina enżootika, it-territorju kollu ta' dak l-Istat Membru għandu jkun iddikkjarat li huwa uffiċjalment ħieles mil-lewkożi bovina enżootika. |
(6) |
Wara evalwazzjoni mill-Kummissjoni tad-dokumentazzjoni mressqa mis-Slovakkja sabiex turi l-aderenza tagħha mal-kundizzjonijiet xierqa stipulati fid-Direttiva 64/432/KEE fir-rigward tal-ħelsien mit-tuberkolożi bovina u mill-bruċellożi bovina, it-territorju kollu ta' dak l-Istat Membru għandu jkun iddikkjarat li huwa uffiċjalment ħieles mit-tuberkulożi bovina u mill-bruċellożi bovina. |
(7) |
Id-Deċiżjonijiet 93/52/KEE u 2003/467/KE għalhekk għandhom jiġu emendati kif xieraq. |
(8) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DECIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness I tad-Deċiżjoni 93/52/KE huwa emendat skond l-Anness I ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
L-Annessi I, II, u III tad-Deċiżjoni 2003/467/KE huma emendati skond l-Anness II ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussel, fl-4 ta' Marzu 2005.
Ghall-Kummissjoni
Is-Sur Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU 121, tad-29.7.1964, p. 1977/64. Id-Direttiva kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 21/2004 (ĠU L 5, tad-9.1.2004, p. 8).
(2) ĠU L 46, tad-19.2.1991, p. 19. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/554/KE (ĠU L 248, tad-9.7.2004, p. 1).
(3) ĠU L 13, tal-21.1.1993, p. 14. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bir-Regolament Nru 2005/28/KE (ĠU L 15, tad-19.1.2005, p. 30).
(4) ĠU L 156, tal-25.6.2003, p. 74. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar minn 2005/28/KE.
ANNESS I
L-Anness I tad-Deċiżjoni 93/52/KEE jinbidel b'dan li ġej:
“ANNESS I
STATI MEMBRI
Kodiċi ISO |
Stat Membru |
BE |
Il-Belġju |
CZ |
Ir-Repubblika Ċeka |
DK |
Id-Danimarka |
DE |
Il-Ġermanja |
IE |
L-Irlanda |
LU |
Il-Lussemburgu |
HU |
L-Ungerija |
NL |
L-Olanda |
AT |
L-Awstrija |
SI |
Is-Slovenja |
SK |
Is-Slovakkja |
FI |
Il-Finlandja |
SE |
L-Iżvezja |
UK |
Ir-Renju Unit” |
ANNESS II
L-Annessi II. III u VII għad-Deċiżjoni 2003/467/KE qed jiġu emendati kif ġej:
1. |
Fl-Anness I, il-Kapitolu 1 qiegħed jiġi sostitwit b'dan li ġej: “KAPITOLU 1 Stati membri uffiċjalment ħielsa mit-tuberkolożi
|
2. |
Fl-Anness II, il-Kapitolu 1 qed jiġi sostitwit b'dan li ġej: “KAPITOLU 1 Stati membri uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi
|
3. |
Fl-Anness III, il-Kapitolu 1 qed jiġi sostitwit b'dan li ġej: “KAPITOLU 1 Stati membri uffiċjalment ħielsa mil-lewkożi bovina enżootika
|