Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005D0125

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 11 ta' Frar 2005 dwar l-issoktar fis-sena 2005 ta' provi u testijiet komparattivi tal-Komunità fuq materjal ta' propagazzjoni ta' Prunus domestica skond id-Direttiva tal-Kunsill 92/34/KEE li ngħataw bidu fl-2002

ĠU L 42, 12.2.2005, p. 29–29 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 272M, 18.10.2005, p. 83–83 (MT)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/125(1)/oj

18.10.2005   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

83


ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-11 ta' Frar 2005

dwar l-issoktar fis-sena 2005 ta' provi u testijiet komparattivi tal-Komunità fuq materjal ta' propagazzjoni ta' Prunus domestica skond id-Direttiva tal-Kunsill 92/34/KEE li ngħataw bidu fl-2002

(2005/125/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/34/KEE tat-28 ta' April 1992 dwar il-kummerċjalizzazzjoni ta' materjal ta' propagazzjoni tal-pjanti tal-frott u pjanti tal-frott, maħsuba għall-produzzjoni tal-frott (1),

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/896/KE tat-12 ta' Diċembru 2001 li tistabbilixxi l-arranġamenti għal provi u testijiet komparattivi tal-Komunità fuq materjal ta' propagazzjoni u tħawwil ta' pjanti tal-frott skond id-Direttiva tal-Kunsill 92/34/KEE (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 2 tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni 2001/896/KE tistabbilixxi l-arranġamenti għall-provi u t-testijiet komparattivi li għandhom jitwettqu skond id-Direttiva 92/34/KEE fir-rigward ta' Prunus domestica għall-2002 sa l-2006.

(2)

It-testijiet u l-provi mwettqa fl-2002 sa l-2004 għandhom jissoktaw fl-2005,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

Il-provi u t-testijiet komparattivi tal-Komunità li bdew fl-2002 fuq materjal ta' propagazzjoni u tħawwil ta' Prunus domestica għandhom jissoktaw fl-2005 skond id-Deċiżjoni 2001/896/KE.

Magħmul fi Brussell, fil-11 ta' Frar 2005.

Ghall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 157, ta' l-10.6.1992, p. 10. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2003/111/KE (ĠU L 311, tas-27.11.2003, p 12).

(2)  ĠU L 331, tal-15.12.2001, p. 95.


Top