This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32005D0051
2005/51/EC: Commission Decision of 21 January 2005 authorising Member States temporarily to provide for derogations from certain provisions of Council Directive 2000/29/EC in respect of the importation of soil contaminated by pesticides or persistent organic pollutants for decontamination purposes (notified under document number C(2005) 92)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 21 ta' Jannar 2005 li tawtorizza lill-Istati Membri biex jipprovdu temporanjament għal derogi minn ċertu dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE fir-rigward ta' l-importazzjoni tal-ħamrija ikkontaminata mill-pestiċidi jew sustanzi organiċi persistenti li jniġġsu għall-għanijiet ta' dekontaminazzjoni (innotifikata fid-dokument bin-numru C(2005) 92)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 21 ta' Jannar 2005 li tawtorizza lill-Istati Membri biex jipprovdu temporanjament għal derogi minn ċertu dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE fir-rigward ta' l-importazzjoni tal-ħamrija ikkontaminata mill-pestiċidi jew sustanzi organiċi persistenti li jniġġsu għall-għanijiet ta' dekontaminazzjoni (innotifikata fid-dokument bin-numru C(2005) 92)
ĠU L 21, 25.1.2005, p. 21–24
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO, HR)
ĠU L 269M, 14.10.2005, p. 297–300
(MT)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 02/12/2019
14.10.2005 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
297 |
ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-21 ta' Jannar 2005
li tawtorizza lill-Istati Membri biex jipprovdu temporanjament għal derogi minn ċertu dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE fir-rigward ta' l-importazzjoni tal-ħamrija ikkontaminata mill-pestiċidi jew sustanzi organiċi persistenti li jniġġsu għall-għanijiet ta' dekontaminazzjoni
(innotifikata fid-dokument bin-numru C(2005) 92)
(2005/51/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta' Mejju 2000 dwar miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni fil-Komunità ta' organiżmi li huma ta' ħsara għall-pjanti jew prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom fil-Komunità (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 15(1) tagħha,
Billi:
(1) |
Skond id-Direttiva 2000/29/KE, ħamrija li toriġina f'ċertu pajjiżi terzi ma tistax bħala prinċipju tkun introdotta fil-Komunità. |
(2) |
L-Organizzazzjoni ta' l-Ikel u l-Biedja tan-Nazzjonijiet Uniti (FAO) tmexxi programm dwar il-prevenzjoni u r-rimi ta' pestiċidi li m'għadhomx jintużaw u li mhux mixtieqa biex tassisti pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw biex jidentifikaw u jeliminaw kumuli ta' pestiċidi li m'għadhomx jintużaw u ħamrija kkontaminata minn dawn il-prodotti minħabba skular. Minbarra dan, żewġ strumenti internazzjonali li jorbtu legalment jindirizzaw il-produzzjoni, l-użu u rilaxx ta' sustanzi organiċi persistenti li jniġġsu u t-tmexxija sana ta' skart li fih dawn is-sustanzi, bil-għan li jiġu protetti s-saħħa tal-bniedem u l-ambjent minn dawn is-sustanzi. Peress illi l-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw u pajjiżi b'ekonomiji fi transizzjoni mhux dejjem ikollhom faċilitajiet xierqa għad-distruzzjoni mingħajr periklu jew proċessar mill-ġdid ta' dawn il-kumuli u ħamrija ikkontaminata, ftehim internazzjonali u programmi jaħsbu minn qabel għat-trasbord ta' tali ħamrija għal faċilità tat-trattament għall-proċessar jew qerda. |
(3) |
Skond il-programm imsemmi hawn fuq, il-ħamrija għandha tkun ippakkjata u llejbiljata f'konformità mal-Kodiċi Internazzjonali tal-Prodotti Perikolużi Marittimi (Kodiċi IMDG), u jintużaw biss kontejners approvati min-Nazzjonijiet Uniti. It-trasbord għandu jikkonforma mal-Kodiċi IMDG u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 259/93 (2) dwar is-superviżjoni u l-kontroll tat-trasbord ta' skart fil-Komunità Ewropea, kemm għal ġewwa l-Komunità Ewropea kif ukoll għal barra. |
(4) |
Il-Kummissjoni tikkunsidra li m'hemmx riskju ta' tixrid ta' organiżmi li jagħmlu l-ħsara lill-pjanti jew lill-prodotti tal-pjanti meta l-ħamrija hija ttrattata f'inċineraturi magħmulin apposta għal skart perikoluż, b'konformità mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2000/76/KE (3) dwar il-ħruq ta' l-iskart, b'tali mod li jkun żgurat li l-pestiċidi jew il-kontenut tas-sustanza organika persistenti li tniġġes hija meqruda jew mibdula b'mod irreversibbli. |
(5) |
L-Istati Membri għandhom għalhekk ikunu awtorizzati jipprovdu għal derogi, għal perijodu limitat u soġġetti għal kondizzjonijiet speċifiċi, sabiex jippermettu l-importazzjoni ta' tali ħamrija kkontaminata. |
(6) |
L-awtorizzazzjoni biex jipprovdu għal derogi għandha tintemm jekk jiġi stabbilit li l-kondizzjonijiet speċifiċi mniżżla f'din id-Deċiżjoni mhumiex biżżejjed biex timpedixxi l-introduzzjoni fil-Komunità ta' organiżmi li jagħmlu l-ħsara jew li ma jikkonformax magħhom. |
(7) |
Il-miżuri li għalihom hemm ipprovdut f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Istati Membri huma hawnhekk awtorizzati jipprovdu għal derogi mill-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2000/29/KE, fir-rigward tal-projbizzjonijiet msemmija fil-punt 14 tal-Parti A ta' l-Anness III għal dik id-Direttiva, u mill-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2000/29/KE fir-rigward tal-ħtiġijiet speċjali msemmija fil-punt 34 tas-Taqsima I tal-Parti A ta' l-Anness IV għal dik id-Direttiva għal ħamrija li toriġina f'ċertu pajjiżi terzi.
L-awtorizzazzjoni biex jiġu pprovduti derogi, kif imsemmi fil-paragrafu 1 għandha tkun soġġetta għall-kondizzjonijiet speċifiċi pprovduti fl-Anness, u għandhom japplikaw biss għal ħamrija li hija introdotta fil-Komunità bejn l-1 ta' Marzu 2005 u tat-28 ta' Frar 2007 u destinata għat-trattament f'inċineraturi magħmulin apposta għal skart perikoluż.
L-awtorizzazzjoni hija bla ħsara għal kwalunkwe awtorizzazzjoni oħra jew proċeduri li jistgħu jkunu meħtieġa taħt leġislazzjoni oħra.
Artikolu 2
L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra qabel il-31 ta' Diċembru ta' kull sena ta' importazzjoni, bit-tagħrifi kif meħtieġ fil-punt 7 ta' l-Anness għal kull kunsinna ta' ħamrija importata qabel dik id-data skond din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
L-Istati Membri għandhom jgħarrfu immedjatament lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bil-kunsinni kollha introdotti fit-territorju tagħhom skond din id-Deċiżjoni li sussegwentament instabu li ma kienux konformi ma' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni tista' tiġi revokata jekk il-kondizzjonijiet imniżżla huma murija li mhumiex biżżejjed biex jimpedixxu l-introduzzjoni fil-Komunità ta' organiżmi li jagħmlu l-ħsara lill-pjanti jew lill-prodotti tal-pjanti.
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, fil-21 ta' Jannar 2005
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 169, ta' 1-10.7.2000, p. 1, kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/102/KE, (ĠU L 309, tas-6.10.2004, p. 9).
(2) ĠU L 30, tas-6.2.1993, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2557/2001 (ĠU L 349, tal-31.12.2001, p. 1).
(3) ĠU L 332, tat-28.12.2000, p. 91.
ANNESS
Kondizzjonijiet speċifiċi li japplikaw għal ħamrija li toriġina f'pajjiżi terzi li jibbenifikaw minn deroga li hemm ipprovdut għaliha fl-Artikolu 1 ta' din id-Deċiżjoni
1. |
Il-ħamrija għandha tkun:
|
2. |
Il-ħamrija għandha tingħata flimkien ma' ċertifikat fitosanitarju maħruġ fil-pajjiż ta' l-oriġini skond l-Artikolu 13.1(ii) tad-Direttiva 2000/29/KE. Iċ-ċertifikat għandu jiddikjara taħt “Dikjarazzjoni addizzjonali”, l-indikazzjoni “Din il-kunsinna tissodisfa l-kondizzjonijiet imniżżla fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/51/KE”. |
3. |
Qabel l-introduzzjoni fil-Komunità, l-importatur għandu jkun infurmat uffiċjalment bil-kondizzjonijiet imniżżla fil-punti 1 to 7 ta' dan l-Anness. L-importatur imsemmi għandu jgħarraf id-dettalji ta' kull introduzzjoni minn qabel biżżejjed lill-korpi uffiċjali responsabbli fl-Istat Membru ta' l-introduzzjoni, u jindika:
L-importatur għandu jgħarraf lill-korpi uffiċjali kkonċernati bi kwalunkwe tibdil fid-dettalji t'hawn fuq malli dawn ikunu magħrufa. |
4. |
Il-ħamrija ser tiġi introdotta permezz ta' punti ta' dħul li jinsabu fit-territorju ta' Stat Membru u nominati għall-għan ta' din id-deroga minn dak l-Istat Membru; dawn il-punti tad-dħul u l-isem u l-indirizz tal-korp uffiċjali responsabbli msemmi fid-Direttiva 2000/29/KE responsabbli għal kull punt għandhom ikunu mgħarrfa minn qabel biżżejjed mill-Istati Membri lill-Kummissjoni u għandhom jinżammu disponibbli għall-Istati Membri l-oħra meta jintalbu. Trasport dirett bejn il-punt tad-dħul u l-post tat-trattament għandu jkun żgurat. F'dawk il-każijiet fejn l-introduzzjoni fil-Komunità jseħħ fi Stat Membru għajr dak l-Istat Membru li qiegħed jagħmel użu minn din id-Deroga, l-imsemmija korpi uffiċjali responsabbli ta' l-Istat Membru ta' introduzzjoni għandhom jgħarrfu u jikkooperaw ma' l-imsemmija korpi uffiċċjali responsabbli ta' l-Istati Membri li qegħdin jagħmlu użu minn din id-deroga biex jiżguraw li hemm konformità mad-dispożizzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni. |
5. |
Il-ħamrija għandha tkun trattata biss f'postijiet:
F'dawk il-każijiet fejn il-postijiet jinsabu fi Stat Membru għajr dak l-Istat Membru li qiegħed jagħmel użu minn din id-deroga, l-imsemmija korpi uffiċjali responsabbli ta' l-Istat Membru, fil-mument ta' l-irċevuta tan-notifikazzjoni bil-quddiem mingħand l-importatur hawn fuq imsemmija, għandhom jgħarrfu lill-korpi uffiċjali responsabbli msemmija ta' l-Istat Membru fejn il-ħamrija ser tiġi ttrattata u jagħtu l-ismijiet, l-indirizzi u s-siti tal-postijiet fejn il-ħamrija ser tkunu ttrattata; |
6. |
Fil-postijiet imsemmija fil-punt 5:
|
7. |
L-Istat Membru li qed jagħmel użu minn din id-deroga għandu jikkomunika kull sena d-dettalji msemmija fil-punt (3) għal kull introduzzjoni lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra. |