This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32005D0037
2005/37/EC: Commission Decision of 29 October 2004 establishing the European Technical and Scientific Centre (ETSC) and providing for coordination of technical actions to protect euro coins against counterfeiting
Id-DeċiżjonI tal-Kummissjoni tad- 29 ta' Ottubru 2004 li tistabbilixxi ċ-Ċentru Tekniku u Xjentifiku Ewropew (ETSC))u tistipula l-koordinazzjoni ta' l-azzjonijiet tekniċi bil-għan li tħares il-muniti ta' l-euro mill-iffalsifikar
Id-DeċiżjonI tal-Kummissjoni tad- 29 ta' Ottubru 2004 li tistabbilixxi ċ-Ċentru Tekniku u Xjentifiku Ewropew (ETSC))u tistipula l-koordinazzjoni ta' l-azzjonijiet tekniċi bil-għan li tħares il-muniti ta' l-euro mill-iffalsifikar
ĠU L 19, 21.1.2005, p. 73–74
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO, HR)
ĠU L 269M, 14.10.2005, p. 285–286
(MT)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 09/04/2023
14.10.2005 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
285 |
ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tad-29 ta' Ottubru 2004
li tistabbilixxi ċ-Ċentru Tekniku u Xjentifiku Ewropew (ETSC))u tistipula l-koordinazzjoni ta' l-azzjonijiet tekniċi bil-għan li tħares il-muniti ta' l-euro mill-iffalsifikar
(2005/37/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 211 tiegħu,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2003/861/KE u 2003/862/KE tat-8 ta' Diċembru 2003, li għandu x'jaqsam ma' l-analiżi u l-kooperazzjoni li jikkonċernaw il-muniti foloz ta' l-euro, u filwaqt li testendi l-effetti tad-Deċiżjoni 2003/861/KE għall-Istati Membri li ma adottawx l-euro bħala l-unika munita (1),
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1338/2001 tat-28 ta' Ġunju 2001 jiddefinixxi miżuri meħtieġa għall-ħarsien ta' l-euro kontra l-muniti foloz (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 5 tiegħu, jistipula l-analiżi u l-klassifikazzjoni tal-muniti foloz ta' l-euro miċ-Ċentru Nazzjonali ta' Analiżi tal-Muniti (CNAC) ta' kull Stat Membru u miċ-Ċentru Tekniku u Xjentifiku Ewropew (ETSC). Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1339/2001 tat-28 ta' Ġunju 2001 (3) jestendi l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 1 u 11 tar-Regolament (KE) Nru 1338/2001 għall-Istati Membri li ma adottawx l-euro bħala munita unika. |
(2) |
Minn Ottubru 2001 'l hawn, l-ETSC teżerċita b'mod provviżorju l-attivitajiet tagħha miz-zekka ta' Pariġi, filwaqt li tibbenefika mill-istruttura u l-assistenza amministrattiva tal-Kummissjoni, skond l-iskambju ta' ittri bejn il-President tal-Kunsill u l-Ministru tal-Finanzi Franċiż, tat-28 ta' Frar u d-9 ta' Ġunju 2000. |
(3) |
L-ETSC tikkontribwixxi sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-programm “Pericles”, skond id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2001/923/KE u 2001/924/KE tas-17 ta' Diċembru 2001, li jistabbilixxu programm ta' azzjonijiet fil-qasam ta' skambji, ta' għajnuna u ta' taħriġ, għall-ħarsien ta' l-euro mill-muniti foloz, u testendi l-effetti tad-Deċiżjoni 2001/923/KE għall-Istati Membri li ma adottawx l-euro bħala munita unika (4). |
(4) |
L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/861/KE jistipula li l-Kummissjoni toħloq l-ETSC u tiżgura t-tħaddim tajjeb tagħha kif ukoll il-koordinazzjoni ta' l-attivitajiet ta' l-awtoritajiet tekniċi kompetenti sabiex jitħarsu l-muniti euro mill-iffalsifikar. L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/862/KE jistabbilixxi li d-Deċiżjoni 2003/861/KE tkun estiża għall-Istati Membri li ma adottawx l-euro bħala munita unika. |
(5) |
L-awtoritajiet Franċiżi intrabtu, permezz ta' ittra tas-6 ta' Settembru 2004 tal-Ministru tal-Finanzi Franċiż, sabiex iżommu it-taqsim ta' l-ispejjeż hekk kif inhuma bħalissa bejn iz-Zekka ta' Pariġi u l-Kummissjoni. Skambju ta' ittri bejn il-membru tal-Kummissjoni inkarigat mill-ġlieda kontra l-frodi u l-Ministru tal-Finanzi Franċiż, fir-rigward tal-ħolqien permanenti ta' l-ETSC għall-analiżi u l-klassifikazzjoni ta' l-iffalsifikar tal-muniti ta' l-euro, isegwi l-prinċipji li ħarġu mill-attivitajiet ta' l-ETSC, fuq bażi provviżorja, min-naħa ta' l-ETSC bl-attivitajiet tagħha fiz-Zekka ta' Pariġi, b'konformità ma' l-iskambju ta' ittri bejn il-presidenza tal-Kunsill u l-Ministru tal-Finanzi Franċiż, tat-28 ta' Frar u d-9 ta' Ġunju 2000. |
(6) |
Barra minn hekk, jeħtieġ li l-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju (EFC), il-Bank Ċentrali Ewropew, ta' l-Europol, kif ukoll ta' l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti ikunu informati b'mod regolari dwar l-attivitajiet ta' l-ETSC u dwar is-sitwazzjoni ta' l-iffalsifikar tal-muniti euro. |
(7) |
Bħala konsegwenza, jaqbel, li l-ETSC tkun stabbilita fi ħdan il-Kummissjoni fi Brussell, magħqud mill-ġdid ma' l-OLAF. |
(8) |
Il-koordinazzjoni mill-Kummissjoni ta' l-attivitajiet immexxija mill-awtoritajiet tekniċi kompetenti kollha bl-għan ta' ħarsien tal-muniti euro mill-iffalsifikar tinkludi l-metodi ta' analiżi tal-muniti foloz ta' l-euro, l-istudju tal-każijiet ġodda ta' muniti foloz u l-valutazzjoni tal-konsegwenzi, l-iskambju reċiproku ta' informazzjoni dwar l-attivitajiet tas-CNAC u l-ETSC, il-kommunikazzjoni esterna fil-qasam tal-muniti foloz, l-individwazzjoni tal-muniti foloz bit-tagħmir għat-trattament tal-muniti, kif ukoll l-istudju tal-problemi tekniċi kollha fis-suġġett tal-muniti foloz. |
(9) |
Din il-koordinazzjoni teħtieġ l-isforzi kontinwi, fi ħdan il-Kumitat Konsultattiv għall-Koordinazzjoni fil-qasam tal-ġlieda kontra l-frodi (5), il-ħidmiet ta' gruppi ta' esperti fuq l-iffalsifikar tal-muniti, magħmula minn dawk responsabbli tas-CNAC u l-ETSC, li tamministra u tippresedi l-Kummissjoni, u fl-istess waqt tiżgura l-informazzjoni regolari ta' l-EFC. |
(10) |
Bl-iskop li jiġu implimentati d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill2003/861/KE u 2003/862/KE , |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Iċ-Ċentru Tekniku u Xjentifiku Ewropew (ETSC) huwa stabbilit fi ħdan il-Kummissjoni ġewwa Brussell, magħquda ma' l-OLAF.
Artikolu 2
L-ETSC janalizza u jikklassifika it-tipi ġodda kollha ta' muniti foloz, skond ir-Regolament (KE) Nru 1338/2001, Artikolu 5. Huwa jikkontribwixxi sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-programm ta' azzjoni tal-Komunità “Pericles”, skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2001 (2001/923/KE), Artikolu 4. Huwa jagħti assistenza(jew għajnuna) liċ-Ċentri Nazzjonali ta' Analiżi tal-Muniti (CNAC) u lill-awtoritajiet tal-pulizija; kif ukoll jikkollabora ma' l-awtoritajiet kompetenti bl-iskop li l-muniti foloz ta' l-euro jkunu analizzati u sabiex jissaħħaħ il-ħarsien.
Artikolu 3
Il-prinċipji ta' organizzazzjoni ta' l-ETSC huma dawn li ġejjin:
— |
bil-għan ta' analiżi tal-muniti, il-Kummissjoni tista' tibgħat membri tal-personal tagħha liz-Zekka ta' Pariġi sabiex jużaw it-tagħmir; |
— |
sabiex tħares il-missjoni tagħha, l-ETSC tinqeda bil-personal u l-materjal taċ-Ċentru Nazzjonali Franċiż ta' Analiżi tal-Muniti u l-laboratorju taz-Zekka ta' Pariġi, li jinsabu Pessac. L-awtoritajiet Franċiżi jagħmlu disponibbli għall-ETSC b'mod ta' priorità, il-personal u l-materjal xieraq; |
— |
skond ir-regolamenti finanzjarji applikabbli, il-parti ta' l-ispejjeż attribwibbli għad-doveri ta' l-ETSC huma mnaqqsai mill-bilanċ ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej. Peress li Franza qiegħda tagħmel disponibbli l-personal, il-lok u l-materjali msemmija hawn fuq u qiegħda terfa' r-responsabbiltà tal-manutenzjoni tagħhom, il-baġit tal-Komunitajiet ikopri t-trattament ta' l-aġenti tal-Kummissjoni, l-ispejjeż ta' l-ivvjaġġar u spejjeż kurrenti oħra żgħar. |
L-OLAF huwa responsabbli li jiddefinixxi, b'kollaborazzjoni maz-Zekka ta' Pariġi, ir-Regolament tal-metodi amministrattivi ta' l-ETSC.
Artikolu 4
Il-Kummissjoni tikkoordina l-azzjonijiet meħtieġa għall-ħarsien tal-muniti ta' l-euro mill-iffalsifikar permezz ta' laqgħat perijodiċi ta' esperti dwar l-iffalsifikar tal-muniti.
Il-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju, il-Bank Ċentrali Ewrepew, l-Europol u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti huma infurmati b'mod regolari dwar l-attivitajiet ta' l-ETSC u l-istat ta' l-iffalsifikar tal-muniti.
Magħmula fi Brussell, fid-29 ta' Ottubru 2004.
Għall-Kummissjoni
Michaele SCHREYER
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 325 tat-12.12.2003, p. 44 u 45.
(2) ĠU L 181, ta' l-4.3.1999, p. 6.
(3) ĠU L 181, ta' l-4.7.2001, p. 11.
(4) ĠU L 339 tal-21.12.2001, p. 50.
(5) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/140/KE (ĠU L 61, ta' l-4.3.1994, p. 27).