Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005D0024

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 21 ta’ Ġunju 2004 li taħtar membru Taljan tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali

    ĠU L 15, 19.1.2005, p. 7–7 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 159M, 13.6.2006, p. 39–39 (MT)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/09/2006

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/24(2)/oj

    13.6.2006   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    39


    ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    tal-21 ta’ Ġunju 2004

    li taħtar membru Taljan tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali

    (2005/24/KE, Euratom)

    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 259 tiegħu,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 167 tiegħu,

    Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Settembru 2002 li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali għall-perijodu bejn il-21 ta' Settembru 2002 sa l-20 ta' Settembru 2006 (1),

    Billi f'dak il-Kumitat post ta' membru sar vakanti wara r-riżenja tas-Sur Bruno Di ODOARDO, li dwarha l-Kunsill kien infurmat fl-4 ta' Novembru 2003,

    Wara li kkunsidra n-nomina ppreżentata mill-Gvern Taljan,

    Wara li ħa l-opinjoni tal-Kummissjoni ta' l-Unjoni Ewropea,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu Uniku

    Is-Sur Edgardo Maria IOZIA huwa b’dan maħtur membru tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali minflok is-Sur Bruno Di ODOARDO, għall-bqija tal-mandat ta’ dan ta’ l-aħħar, li jibqa' jgħodd sa l-20 ta' Settembru 2006.

    Magħmula fil-Lussemburgu, nhar il-21 ta’ Ġunju 2004.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. WALSH


    (1)  ĠU L 253, 21.9.2002, p. 9.


    Top