This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32005D0023
2005/23/EC, Euratom: Council Decision of 21 June 2004 appointing an Italian member of the Economic and Social Committee
Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 21 ta’ Ġunju 2004 li taħtar membru Taljan tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali
Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 21 ta’ Ġunju 2004 li taħtar membru Taljan tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali
ĠU L 15, 19.1.2005, p. 6–6
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 159M, 13.6.2006, p. 38–38
(MT)
No longer in force, Date of end of validity: 20/09/2006
|
13.6.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
38 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-21 ta’ Ġunju 2004
li taħtar membru Taljan tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali
(2005/23/KE, Euratom)
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 259 tiegħu,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 167 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Settembru 2002 li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali għall-perijodu bejn il-21 ta' Settembru 2002 sa l-20 ta' Settembru 2006 (1),
Billi f'dak il-Kumitat post ta' membru jinsab vakanti wara r-riżenja tas-Sinjur Felice SCALVINI, li dwarha l-Kunsill kien infurmat fis-17 ta' Novembru 2003;
Wara li kkunsidra n-nomina ppreżentata mill-Gvern Taljan,
Wara li ħa l-opinjoni tal-Kummissjoni ta' l-Unjoni Ewropea,
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu Uniku
Is-Sur Giacomino TARICCO hu b'dan maħtur membru tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali minflok is-Sinjur Felice SCALVINI, għall-bqija tal-mandat ta' dan ta' l-aħħar, li jibqa' jgħodd sa l-20 ta' Settembru 2006.
Magħmula fil-Lussemburgu, nhar il-21 ta’ Ġunju 2004.
Għall-Kunsill
Il-President
J. WALSH