This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32004R2242
Council Regulation (EC) No 2242/2004 of 22 December 2004 amending Regulation (EC) No 976/1999 laying down the requirements for the implementation of Community operations, other than those of development cooperation, which, within the framework of Community cooperation policy, contribute to the general objective of developing and consolidating democracy and the rule of law and to that of respecting human rights and fundamental freedoms in third countries
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 2242/2004 tat-22 ta' Diċembru 2004 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 976/1999 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-implimentazzjoni ta' operazzjonijiet Komunitarji, minbarra dawk ta' politika ta' koperazzjoni għall-iżvilupp, li, fi ħdan il-qafas tal-politika ta' koperazzjoni Komunitarja, jikkontribwixxu għall-għan ġenerali ta' l-iżvilupp u l-konsolidazzjoni tad-demokrazija u ta' l-istat tad-dritt u għal dak tar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali f'pajjiżi terzi
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 2242/2004 tat-22 ta' Diċembru 2004 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 976/1999 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-implimentazzjoni ta' operazzjonijiet Komunitarji, minbarra dawk ta' politika ta' koperazzjoni għall-iżvilupp, li, fi ħdan il-qafas tal-politika ta' koperazzjoni Komunitarja, jikkontribwixxu għall-għan ġenerali ta' l-iżvilupp u l-konsolidazzjoni tad-demokrazija u ta' l-istat tad-dritt u għal dak tar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali f'pajjiżi terzi
ĠU L 390, 31.12.2004, p. 21–23
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2006
31.12.2004 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 390/21 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru. 2242/2004
tat-22 ta' Diċembru 2004
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 976/1999 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-implimentazzjoni ta' operazzjonijiet Komunitarji, minbarra dawk ta' politika ta' koperazzjoni għall-iżvilupp, li, fi ħdan il-qafas tal-politika ta' koperazzjoni Komunitarja, jikkontribwixxu għall-għan ġenerali ta' l-iżvilupp u l-konsolidazzjoni tad-demokrazija u ta' l-istat tad-dritt u għal dak tar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali f'pajjiżi terzi
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 181a(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Billi:
(1) |
L-azzjoni Komunitarja biex tippromwovi d-drittijiet tal-bniedem u l-prinċipji demokratiċi kif stabbilit fil-Komunikazzjoni tat-8 ta' Mejju 2001 mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar 'Ir-Rwol ta' l-Unjoni Ewropea fil-Promozzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokratizzazzjoni f'Pajjiżi Terzi' ser tkompli lil hinn mill-2004. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 975/1999 tad-29 ta' April 1999 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-implimentazzjoni ta' operazzjonijiet ta' koperazzjoni għall-iżvilupp li jikkontribwixxu għall-għan ġenerali ta' l-iżvilupp u l-konsolidazzjoni tad-demokrazija u ta' l-istat tad-dritt u għal dak tar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali (2) u r-Regolament Nru 976/1999 (3) wrew li huma strumenti legali adegwati għall-implimentazzjoni tas-sostenn tekniku u finanzjarju tal-Komunità għal attivitajiet tad-drittijiet tal-bniedem u d-demokratizzazzjoni f'pajjiżi terzi li qed jiżviluppaw u pajjiżi terzi oħra biex jintlaħqu l-għanijiet ġenerali f'dan il-qasam. Il-perijodu ta' validità ta' dawk ir-Regolamenti, madankollu, jiskadi fil-31 ta' Diċembru 2004. Jeħtieġ, għalhekk, li jiġi estiż dak il-perijodu. |
(2) |
Abbażi tal-proporzjon ta' l-ammont finanzjarju ta' referenza inkluż fir-Regolament (KE) Nru 976/1999 u l-approprjazzjonijiet indikattivi għad-drittijiet tal-bniedem u d-demokratizzazzjoni sa l-2006, ammont finanzjarju ta' referenza estiż, fit-tifsira tal-punt 34 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-6 ta' Mejju 1999, bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-budget u t-titjib tal-proċedura tal-budget (4), hu mdaħħal f'dan ir-Regolament għat-terminu ta' żmien estiż tal-programm, mingħajr ma jaffettwa b'hekk is-setgħat ta' l-awtorità tal-budget kif definiti mit-Trattat. |
(3) |
Id-disposizzjonijiet tar-Regolament (KE) 976/1999 dwar proċeduri għall-implimentazzjoni ta' għajnuna għandhom ikunu allinjati mar-rekwiżiti legali tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-budget ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5) fl-implimentazzjoni tal-Missjonijiet ta' l-UE ta' Osservazzjoni ta' Elezzjonijiet. |
(4) |
Il-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunità u l-ġlieda kontra l-frodi u l-irregolaritajiet jagħmlu parti integrali mir-Regolament (KE) Nru 976/1999. B'mod partikolari, ftehim u kuntratti konklużi skond dak ir-Regolament għandhom jawtorizzaw lill-Kummissjoni biex twettaq il-miżuri previsti mir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar kontrolli fuq il-post u spezzjonijiet imwettqa mill-Kummissjoni sabiex ikunu protetti l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (6). |
(5) |
Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 976/1999 għandhom jiġu adottati skond id-Deciżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat implimentattivi konferiti fuq il-Kummissjoni (7). |
(6) |
Ir-Regolament (KE) Nru 976/1999 għandu jiġi emendat f'dan is-sens, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nu 976/1999 hu b'dan emendat kif ġej:
1) |
Il-punt li ġej għandu jiżdied fl-Artikolu 3(2):
|
2) |
Is-sentenza li ġejja għandha tiżdied fl-Artikolu 5(1): “Fil-każ ta' Missjonijiet ta' l-UE ta' Osservazzjoni ta' Elezzjonijiet u proċedimenti ‘amicus curiae’, persuni fiżiċi għandhom ikunu eliġibbli għall-iffinanzjar taħt dan ir-Regolament.”; |
3) |
Fl-Artikolu 6, l-ewwel sentenza għandha tinbidel b'dan li ġej: “Biex ikunu eliġibbli għal għajnuna Komunitarja, l-isħab imsemmija fl-Artikolu 5(1), l-ewwel sentenza, għandu jkollhom il-kwartieri ġenerali prinċipali tagħhom f'pajjiż terz eliġibbli għal għajnuna Komunitarja taħt dan ir-Regolament jew fi Stat Membru tal-Komunità.”; |
4) |
L-Artikolu 8(3) għandu jinbidel b'dan li ġej: “3. Il-finanzjament Komunitarju taħt dan ir-Regolament għandu jieħu l-forma ta' għotjiet jew kuntratti. Fil-qafas ta' operazzjonijiet taħt l-Artikolu 2 membri ta' Missjonijiet ta' l-UE ta' Osservazzjoni ta' Elezzjonijiet imħallsa mill-approprjazzjonijiet għad-drittijiet tal-bniedem u d-demokratizzazzjoni għandhom ikunu reklutati skond il-proċeduri stabbiliti mill-Kummissjoni.”; |
5) |
Fl-Artikolu 11, l-ewwel paragrafu għandu jinbidel b'dan li ġej: “L-ammont finanzjarju ta' referenza għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għall-perijodu 2005-2006 għandu jkun ta' EUR 78 miljun.”; |
6) |
L-Artikoli 12 u 13 għandhom jinbidlu b'dan li ġej: “Artikolu 12 1. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-qafas għall-ipprogrammar u l-identifikazzjoni ta' attivitajiet Komunitarji. Il-qafas għandu jkun jikkonsisti, b'mod partikolari, minn:
F'sitwazzjonijiet partikolari, miżuri speċifiċi mhux koperti bi programm ta' ħidma annwali jistgħu jkunu approvati. 2. Il-Kummissjoni għandha tipproduċi rapport annwali li jistabbilixxi l-programmar għas-sena li jmiss skond ir-reġjun u skond is-settur, u għandha tirrapporta dwar l-implimentazzjoni lill-Parlament Ewropew. Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-amministrazzjoni u l-adattament, b'konformità ma' dan ir-Regolament u skond il-ħtiġiet ta' flessibilità, tal-programmi ta' ħidma annwali li kienu definiti fil-qafas ġenerali ta' l-ambjent pluriennali. Id-deċiżjonijiet meħuda għandhom jirriflettu l-prijoritajiet u l-ħsibijiet prinċipali ta' l-Unjoni Ewropea għall-konsolidazzjoni tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, u għandhom ikunu determinati min-natura unika tal-programmi. Il-Kummissjoni għandha żżomm lill-Parlament Ewropew kompletament infurmat bil-proċedimenti. 3. Il-Kummissjoni għandha timplimenta operazzjonijiet Komunitarji taħt dan ir-Regolament skond il-proċeduri tal-budget u proċeduri oħra fis-seħħ, b'mod partikolari dawk stabbiliti fir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002. Artikolu 13 1. L-istrumenti msemmija fl-Artikolu 12(1) għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 14(2). F'każijiet fejn l-emendi għall-programmi ta' ħidma annwali msemmija fl-Artikolu 12(1)(b) ma jaqbżux l-20 % ta' l-ammont globali allokat lilhom jew ma jbiddlux b'mod sostanzjali n-natura tal-proġetti jew tal-programmi li hemm fihom, dawk l-emendi għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni. Din għandha tinforma lill-kumitat imsemmi fl-Artikolu 14(1). 2. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 15, deċiżjonijiet ta' finanzjament dwar proġetti u programmi mhux koperti minn programmi ta' ħidma annwali u li jaqbżu l-miljun EUR għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 14 (2).”; |
7) |
L-Artikolu 14(2) għandu jinbidel b'dan li ġej: “2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 4 u 7 (1), (2), u (4) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE (*) għandhom japplikaw, wara li jittieħed kont ta' l-Artikolu 8 tagħha. Il-perijodu stabbilit fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi stabbilit għal 30 jum.”; |
8) |
Fl-Artikolu 16, it-tieni sentenza għandha titħassar; |
9) |
L-Artikolu 18 għandu jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 18 Kwalunkwe ftehim jew kuntratt konkluż skond dan ir-Regolament għandu jipprovdi b'mod espliċitu biex il-Kummissjoni u l-Qorti ta' l-Awdituri jeżerċitaw is-setgħat tagħhom ta' kontroll, fuq dokumenti u fl-uffiċji jew fil-bini, fuq il-kuntratturi u s-sub-kuntratturi kollha li rċevew fondi Komunitarji. Ir-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96 (**) għandu japplika.”; |
10) |
Fl-Artikolu 21, it-tieni paragrafu, id-data “31 ta' Diċembru 2004” għandha tinbidel bid-data “31 ta' Diċembru 2006”. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2005.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussel, 22 ta' Diċembru 2004.
Għall-Kunsill
Il-President
C. VEERMAN
(1) Opinjoni tas-16 ta' Diċembru 2004 (għada mhux ippubblikata fil-ĠU).
(2) ĠU L 120, 8.5.1999, p. 1. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru. 1882/2003 (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).
(3) ĠU L 120, 8.5.1999, p. 8. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru. 807/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 36).
(4) ĠU C 172, 18.6.1999, p. 1. Ftehim Interistituzzjonali kif emendat bid-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/429/KE (ĠU L 147, 14.6.2003, p. 25).
(5) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(6) ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2
(7) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.