EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004R2103

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2103/2004 tad- 9 ta' Diċembru 2004 li jikkonċerna t-trasmissjoni ta' data ta' ċerti industriji tas-sajd fl-ibħra tal-Punent u fil-Baħar Baltiku

ĠU L 365, 10.12.2004, p. 12–18 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 183M, 5.7.2006, p. 349–355 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/2103/oj

5.7.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea

349


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2103/2004

tad-9 ta' Diċembru 2004

li jikkonċerna t-trasmissjoni ta' data ta' ċerti industriji tas-sajd fl-ibħra tal-Punent u fil-Baħar Baltiku

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2371/2002 ta’ l-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttament sostenibbli tar-riżorsi ta’ l-industriji tas-sajd taħt il-Politika Komuni għall-Industriji tas-Sajd (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 22(3) ta’ dan,

Billi:

(1)

Il-livelli massimi ta’ l-isforzi annwali tas-sajd għal ċerti żoni ta’ sajd u industriji tas-sajd huma stipulati permezz tar-Regolament tal-Kunsill(KE) Nru 1415/2004 tad-19 ta’ Lulju 2004 (2), kif ipprovdut fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 ta’ l-4 ta’ Novembru 2003 (3) dwar l-immaniġġjar ta’ l-isforz tas-sajd relatat ma’ ċerti żoni ta’ sajd u riżorsi tal-Komunità u li jemendaw ir-Regolament (KE) Nru 2847/93 u jabrogaw ir-Regolamenti (KE) Nru 685/95 u (KE) Nru 2027/95

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2092/98 tat-30 ta’ Settembru 1998 (4) li jikkonċerna d-dikjarazzjoni dwar l-isforz tas-sajd relatat ma’ ċertu żoni u riżorsi ta’ sajd tal-Komunità ma għadux aktar fid-direzzjoni tar-Regolamenti (KE) Nri 1954/2003 u 1415/2004 rigward l-ibħra tal-Punent. Hu għalhekk neċessarju li jkunu definiti mill-ġdid l-obbligazzjonijiet relatati mad-dikjarazzjonijiet dwar l-isforz tas-sajd għall-ibħra tal-Punent.

(3)

L-obbligazzjonijiet eżistenti għad-dikjarazzjonijiet dwar l-isforz tas-sajd fil-Baħar Baltiku, kif inhuma stipulati fir-Regolament (KE) Nru 2092/98, għandhom jibqgħu fis-seħħ.

(4)

Minħabba n-numru u l-importanza ta’ l-emendi li jridu jsiru u għal raġunijiet ta’ koerenza bejn l-obbligazzjonijiet il-ġodda għall-Ibħra tal-Punent u l-obbligazzjonijiet eżistenti għall-Baħar Baltiku, ir-Regolament (KE) Nru 2092/98 għandu jkun abrogat.

(5)

Il-miżuri pprovduti għal dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tas-Sajd u ta’ l-Akwakultura,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITLU I

IBĦRA TAL-PUNENT

Artikolu 1

Lista ta’ bastimenti b’ permess speċjali għas-sajd

1.   L-Istati Membri għandhom jibgħatu lill-Kummissjoni, fi żmien 30 ġurnata mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, verżjoni aġġornata tal-lista ta’ bastimenti li għaliha hemm referenza fl-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1954/2003 billi jużaw il-format tar-rapport stipulat fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

2.   Skond l-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) 1954/2003 u l-Artikolu 19 (f) tar-Regolament (KE) 2847/1993 (5), emendi għall-informazzjoni li tinstab fl-Anness I se jkunu rapportati lill-Kummissjoni kuljum billi tintbagħat l-Anness I kompluta u aġġornata meta permess speċjali kif inhu speċifikat fl-Artikolu 8(3) tar-Regolament (KE) 1954/2003 hu maħruġ jew irtirat.

Artikolu 2

Sforz tas-sajd

1.   L-Istati Membri għandhom jibgħatu lill-Kummissjoni d-data kollha kemm hi dwar l-isforz tas-sajd, użata mill-bastimenti li għalihom hemm referenza fl-Artikolu 1 fix-xahar preċedenti, qabel il-15 ta’ kull xahar billi jużaw il-format tar-rapport stipulat fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

2.   Għall-ewwel dikjarazzjoni ta’ sforz tas-sajd, il-perijodu ta’ referenza għad-data użata għandu jibda f’1 ta’ Jannar 2004.

KAPITLU II

BAĦAR BALTIKU

Artikolu 3

Lista ta’ bastimenti b’ permess speċjali għas-sajd

1.   L-Istati Membri għandhom jibgħatu lill-Kummissjoni l-lista ta’ bastimenti, li għaliha hemm referenza fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 779/97, billi jużaw il-format tar-rapport stipulat fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament.

2.   Emendi għal-listi tal-bastimenti għandhom ikunu rapportati lill-Kummissjoni, billi jintuża l-istess format tar-rapport, ta’ l-inqas erba’ ġranet tax-xogħol qabel id-data tad-dħul ta’ bastimenti fiż-żona tas-sajd.

Artikolu 4

Sforz tas-sajd

L-Istati Membri għandhom jibgħatu lill-Kummissjoni d-data użata fl-isforz tas-sajd, li għaliha hemm referenza fit-tieni u fit-tielet inċiż ta’ l-Artikolu 19i tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93, skond l-Anness IV ta’ dan ir-Regolament.

KAPITLU III

DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 5

Trasferiment ta’ data u aċċess għal data

1.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw id-data li għaliha hemm referenza fl-Artikoli 1 sa 4 lill-Kummissjoni permezz tas-Sistema ta’ Tpartit ta’ Data dwar l-Industriji tas-Sajd.

2.   Il-Kummissjoni għandha tpoġġi għad-dispożizzjoni d-data li tirrigwarda l-aġġornament tal-bastimenti permezz tas-Sistema ta’ Tpartit ta’ Data ta’ l-Industriji tas-Sajd (jew kull sistema ta’ data deċiża mill-Kummissjoni).

3.   Għal-lista ta’ bastimenti li għalihom hemm referenza fl-Artikolu 1 u d-dikjarazzjonijiet ta’ l-isforzi tas-sajd li għalihom hemm referenza fl-Artikolu 2, is-Sistema ta’ Tpartit ta’ Data ta’ l-Industriji tas-Sajd għandha tkun adattata mill-Kummissjoni ta’ l-inqas mill-1 ta’ Lulju 2005.

Sa dik il-ġurnata, id-data li għaliha hemm referenza fl-Artikoli 1 u 2, għandha tkun komunikata mill-Istati Membri lill-Kummissjoni fil-format ta’ Spread Sheet billi tintbagħat fl-indirizz postali adatt li se jkun ikkomunikat lill-Istati Membri mill-Kummissjoni.

Artikolu 6

Abrogazzjoni

4.   Ir-Regolament (KE) Nru 2092/98 hu abrogat.

5.   Referenzi magħmula għar-Regolament abrogat għandhom ikunu interpretati bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

Artikolu 7

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament se jidħol b’seħħ fis-seba’ jum wara li jkun ġie ppublikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jkun obbligatorju kollu kemm hu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, nhar id-9 ta' Diċembru 2004.

Għall-Kummissjoni

Joe BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 358, 17.12.1997 p. 59.

(2)  ĠU L 258, 5.8.2004, p. 1.

(3)  ĠU L 289, 7.11.2003, p. 1.

(4)  ĠU L 266, 1.10.1998, p. 47.

(5)  ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1.


ANNESS I

LISTA TA’ BASTIMENTI B’PERMESS SPEĊJALI GĦAS-SAJD – IBĦRA TAL-PUNENT

Format tar-rapport

Pajjiż

Speċi

CFR

Suq Estern

ICES V-VI

ICES VII

ICES VIII

ICES IX

ICES X

CECAF 34.1.1

CECAF 34.1.2

CECAF 34.2.0

Żona bijoloġika sensittiva

Art 6 - Reg 1954/2003

(1)

(2)

(3)

(4)

(5)

(5)

(5)

(5)

(5)

(5)

(5)

(5)

(5)


Format tad-Data

Isem taż-żona

Numru massimu ta’ karattri/numri

Allinjament (*)

X(ellug)/L(emin)

Definizzjoni u kummenti

(1)

Pajjiż

3

Stat Membru (kowd Alpha-3 ISO) li fih il-bastiment hu reġistrat għas-sajd taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002.

Dejjem il-pajjiż li jkun qed jirrapporta.

(2)

Speċi

1

Wieħed mill-ispeċijiet milquta kopert mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 li juża waħda minn dawn il-Kodiċi:

D

:

Speċijiet ta’ ħut li jgħixu qrib qiegħ il-baħar li jeskludu dawk koperti bir-Regolament tal-Kunsill u tal-Kommissjoni (KEE) Nru 2347/2002

S

:

Molluski

C

:

Ġranċ jittiekel u għaġuża

(3)

CFR

12

(Numru ta’ Reġistrazzjoni tal-Flotta tal-Komunità).

Numru uniku ta’ identifikazzjoni ta’ bastiment tas-sajd.

Stat Membru (kowd Alpha-3 ISO) segwit b’serje ta’ identifikazzjoni (9 karattri). Fejn serje għandha inqas minn 9 karattri żerojiet addizzjonali għandhom ikunu inseriti fuq in-naħa tax-xelluġ.

(4)

Suq estern

14

L

Taħt ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1381/87

(5)

Żona

1

Indika jekk il-bastiment għandux permess speċjal għas-sajd għal din iż-żona kif inhu stipulat fl-Artikolu 8(3) tar-Regolament (KE) Nru 1954/2003

I (Iva)/L (Le)


(*)  Informazzjoni rilevanti għat-trasmissjoni ta’ data permezz ta’ format b’ tul fiss


ANNESS II

SFORZI TAS-SAJD – IBĦRA TAL-PUNENT

Format tar-rapport

Pajjiż

Speċi

Żona

Sena

Xahar

Dikjarazzjoni (a)

Dikjarazzjoni Kumulattiva

Allokazzjoni Annwali (b)

(1)

(2)

(3)

(4)

(5)

(6)

(7)

(8)

(a) u (b):

Id-data biss li trid tiġi mogħtija sa l-1 ta’ Lulju 2005 fil-format ta’ Spread Sheet imsemmija taħt l-Artikolu 5 ta’ dan ir-Regolament. Wara l-1 ta’ Ġunju 2005 dawn id-data se jkunu provduti mis-Sistema ta’ Tpartit ta’ Data ta’ l-Industriji tas-Sajd.


Format tad-Data

Isem taż-żona

Numru massimu ta’ karattri/numri

Allinjament (*)

X(ellug)/L(emin)

Definizzjoni u kummenti

(1)

Pajjiż

3

Stat Membru (kowd Alpha-3 ISO) li fih il-bastiment hu reġistrat għas-sajd taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002.

Dejjem il-pajjiż li jkun qed jirrapporta.

(2)

Speċi

1

Wieħed mill-ispeċijiet milquta kopert mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 li juża waħda minn dawn il-Kodiċi:

D

:

Speċijiet ta’ ħut li jgħixu qrib qiegħ il-baħar li jeskludu dawk koperti bir-Regolament tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2347/2002

S

:

Molluski

C

:

Ġranċ jittiekel u għaġuża

(3)

Żona

12

L

Wieħda miż-żoni milquta tal-Kodiċi li ġejjin: ICES V-VI, ICES VII, ICES VIII, ICES IX, ICES X, CECAF 34.1.1, CECAF 34.1.2, CECAF 34.2.0, u BSA (għal żona bijoloġikament sensittiva kif inhi stipulata bl-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003)

(4)

Sena

4

Is-sena tax-xahar (5) li għalih tkun qed issir id-dikjarazzjoni.

(5)

Xahar

2

Ix-xahar li għalih id-dikjarazzjoni ta’ l-isforz tas-sajd tkun magħmula (rappreżentata b’2 numri bejn 1 u 12)

(6)

Dikjarazzjoni

13

R

Dikjarazzjoni ta’ l-isforz tas-sajd, skond l-Artikolu 3 u l-Anness I nota f’qiegħ il-paġna (1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1415/2004, għax-xahar imsemmi taħt (5)

(7)

Dikjarazzjoni Kumulattiva

13

R

Ammont kumulattiv ta’ l-isforz tas-sajd, skond l-Artikolu 3 u l-Anness I nota f’qiegħ il-paġna (1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1415/2004, skjerat matul is-sena msemmija taħt (4) mill-1 ta’ Jannar sa l-aħħar tax-xahar imsemmi taħt (5)

(8)

Allokazzjoni annwali

13

R

Livell massimu ta’ l-isforz tas-sajd annwali għall-ispeċi taħt (2) u ż-żona taħt (3) kif stipulat fl-Annessi I u II tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1415/2004


(*)  Informazzjoni rilevanti għat-trasmissjoni ta’ data permezz ta’ format b’ tul fiss


ANNESS III

Lista ta' bastimenti skond is-sajd – Il-Baħar Baltiku

Definizzjoni tad-data li għandha tiġi kkomunikata u deskrizzjoni tar-rekord

Isem taż-żona

Wisa’

Allinjament

Definizzjoni u rimarki

Indikatur ta' l-aġġornament

3

Kodiċi li jidentifika t-tip ta' dikjarazzjoni (ara t-Tabella 1)

Entità tad-dikjarazzjoni

3

Stat Membru (Kodiċi ISO Alpha-3) li jagħmel id-dikjarazzjoni

Sajd

5

L

Kodiċi tas-sajd (ara t-Tabella 2) magħmul minn tliet komponenti:

it-tip ta' tagħmir (ara t-Tabella 3) – żewġ karattri

it-tip ta' speċi fil-mira (ara t-Tabella 4) – karattru wieħed

kodiċi taż-żona ICES, żewġ karattri:

Is-suddiviżjonijiet 22-32 = żona No 5

Is-suddiviżjonijiet 30-31 = żona No 51

CFR (Numru intern)

12

L

(Numru ta' Reġistrazzjoni tal-Flotta tal-Komunità)

Numru ta' identifikazzjoni uniku ta' bastiment tas-sajd.

Stat Membru (Kodiċi Alpha-3 ISO) segwit minn serje ta' identifikazzjoni (9 karattri). Meta serje jkollha inqas minn 9 karattri għandhom jiddaħħlu żeri addizzjonali fuq in-naħa tax-xellug.

Isem tal-bastiment:

40

L

 

Data ta' l-avveniment

8

Data (SSSSXXJJ) meta ġara l-avveniment


Tabella 1

Kodiċi għall-aġġornar ta' l-indikatur

Żieda tal-bastiment mal-lista

ADD

Tħassir tal-bastiment mil-lista

SUP

Tħassir ta' dikjarazzjoni mhix korretta

CAN


Tabella 2

Kodiċi għas-sajd fil-Baħar Baltiku – Ir-Regolament (KE) Nru 779/97

Tagħmir

Speċi fil-mira

Żoni ta' l-isforz

Kodiċi

Tagħmir li jinġibed:

Speċijiet demersali

Suddiviżjonijiet 22-32

TGD5

Tagħmir statiku u driftnets

Speċijiet demersali

Suddiviżjonijiet 22-32

DGD5

It-tagħmir kollu:

Speċijiet pelaġiċi (aringi u laċċ ikħal)

Suddiviżjonijiet 22-32

AGH5

li minnhom
Suddiviżjonijiet 30-31

AGH51

It-tagħmir kollu:

Salamun, troti tal-baħar u ħut ta' l-ilma ħelu

Suddiviżjonijiet 22-32

AGS5


Tabella 3

Kodiċi għall gruppi ta' tagħmir tas-sajd skond is-sajd

It-tip ta’ tagħmir

Kodiċi

Tagħmir li jinġibed:

TG

Tagħmir statiku u driftnets

DG

It-tagħmir kollu:

AG


Tabella 4

Kodiċi għall speċijiet fil-mira jew gruppi ta' speċijiet fil-mira

Speċi

Kodiċi

Speċijiet demersali

D

Speċijiet Pelaġiċi

P

Speċijiet pelaġiċi (aringi u laċċ ikħal)

H

Salamun, troti tal-baħar u ħut ta' l-ilma ħelu

S


ANNESS IV

SFORZ TAS-SAJD – IL-BAĦAR BALTIKU

Definizzjoni tad-data li għandha tiġi kkomunikata u deskrizzjoni tar-rekord

Dikjarazzjonijiet totali skond is-sajd

Isem taż-żona

Wisgħa

Allinjament

Definizzjoni u rimarki

Indikatur ta' l-aġġornament

3

Kodiċi li jidentifika t-tip ta' dikjarazzjoni (ara t-Tabella 1)

Entità tad-dikjarazzjoni

3

Stat Membru (Kodiċi ISO Alpha-3) li jagħmel id-dikjarazzjoni

Lok tas-sajd-

5

L

Kodiċi tas-sajd (ara t-Tabella 2) fejn seħħet l-attività

Sena ta' osservazzjoni

4

Sena (SSSS) li fiha ġie osservat il-bastiment

L-ewwel xahar

2

L-ewwel xahar (XX) tal-perjodu ta' l-osservazzjoni

L-aħħar xahar

2

L-aħħar xahar (XX) tal-perjodu ta' l-osservazzjoni

Sforz/qawwa

14

R

In-numru ta' kW (bħala numru sħiħ) moltiplikat bin-numru totali ta' jiem preżenti fiż-żona (bħala numru sħiħ) li jesprimi l-isforz tas-sajd matul il-perjodu ta' osservazzjoni (*)

Filler

14

 


Tabella 1

Kodiċi għall-aġġornar ta' l-indikatur

Dikjarazzjoni skond is-sajd

FIS

Tħassir tad-dikjarazzjoni skond is-sajd

DFI


Tabella 2

Kodiċi għas-sajd fil-Baħar Baltiku – Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 779/97

Tagħmir

Speċi fil-mira

Żoni ta' l-isforz

Kodiċi

Tagħmir li jinġibed:

Speċijiet demersali

Suddiviżjonijiet 22-32

TGD5

Tagħmir statiku u driftnets

Speċijiet demersali

Suddiviżjonijiet 22-32

DGD5

It-tagħmir kollu:

Speċijiet pelaġiċi (aringi u laċċ ikħal)

Subdiviżjonijiet 22-32

AGH5

li minnhom
Suddiviżjonijiet 30-31

AGH51

It-tagħmir kollu:

Salamun, troti tal-baħar u ħut ta' l-ilma ħelu

Suddiviżjonijiet 22-32

AGS5


(*)  Ikkalkulat bħala Σ(i=1,n)aiPi fejn n huwa n-numru ta' bastimenti fiz-zona, ai huwa n-numru ta' jiem li l-bastimenti ikun qatta' fuq il-baħar f'zona matul il-perjodu ta' l-osservazzjoni u Pi hija l-qawwa medja tal-bastiment fiz-zona matul il-perjodu ta' osservazzjoni.


Top