Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004R1991

    1991/2004/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1991/2004 tad- 19 ta' Novembru 2004 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 753/2002 li jistabbilixxi ċerti regoli sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 rigward id-deskrizzjoni, id-denominazzjoni tal-origini, il-preżentazzjoni u l-protezzjoni ta' ċerti prodotti fis-settur tal-inbid

    ĠU L 344, 20.11.2004, p. 9–10 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 330M, 9.12.2008, p. 56–57 (MT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/07/2009; Impliċitament imħassar minn 32009R0607

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/1991/oj

    9.12.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    56


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1991/2004

    tad-19 ta' Novembru 2004

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 753/2002 li jistabbilixxi ċerti regoli sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 rigward id-deskrizzjoni, id-denominazzjoni tal-origini, il-preżentazzjoni u l-protezzjoni ta' ċerti prodotti fis-settur tal-inbid

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 53 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Marzu 2000 fuq l-approssimazzjoni ta' liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' tikkettjar, preżentazzjoni u riklamar ta' oġġetti tal-ikel (2), kif emendata mid-Direttiva 2003/89/KE (3) f’dak li jirrigwarda l-indikazzjoni tal-ingredjenti preżenti fl-oġġetti tal-ikel jipprovdi fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 6(3a) tiegħu li kwalunkwe ingredjent imsemmi fl-Anness IIIa għalih għandu jkun imniżżel fuq it-tikketti ta' kwalunkwe xarba li jkun fiha aktar minn 1,2 % f'volum ta' alkoħol.

    (2)

    Fir-rigward tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 6(3a)(a) tad-Direttiva 2000/13/KE jipprovdi li r-regoli dettaljati tal-preżentazzjoni tal-ingredjenti msemmija fl-Anness IIIa jistgħu jiġu adottati skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 75 tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999.

    (3)

    L-ewwel paragrafu tal-punt D tal-Anness VII u l-ewwel paragrafu tal-punt E tal-Anness VIII għar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 jistipulaw li t-tagħrif fuq it-tikketti għandu jingħata f'waħda jew aktar mill-lingwi uffiċjali tal-Komunità biex b'hekk il-konsumatur aħħari jkun jista' faċilment jifhem il-punti kollha ta' dan it-tagħrif.

    (4)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 753/2002 (4) għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

    (5)

    Dan ir-Regolament għandu japplika mill-25 ta' Novembru 2004, jiġifieri mal-iskadenza għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2003/89/KE.

    (6)

    Il-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Inbid ma tax opinjoni fil-limitu ta' żmien stabbilit mill-President tiegħu,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (KE) Nru 753/2002 huwa b’dan emendat kif ġej:

    1)

    L-Artikolu 3 jiġi emendat kif ġej:

    (a)

    Fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu jinbidel b’dan li ġej:

    “Madankollu, id-dettalji obbligatorji tal-importatur u n-numru tal-lott u l-ingredjenti msemmija fl-Artikolu 6(3a) tad-Direttiva 2000/13/KE jistgħu jidhru 'il barra miż-żona viżiva li fiha jidhru d-dettalji obbligatorji l-oħra.”

    (b)

    Qiegħed jiżdied il-paragrafu 3 li ġej:

    “3.   Fejn wieħed jew aktar mill-ingredjenti elenkati fl-Anness IIIa għad-Direttiva 2000/13/KE jkunu jinsabu f'wieħed mill-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999, għandhom jitniżżlu fuq it-tikketta u ppreċeduti bit-terminu ‘fih’. Fir-rigward tas-sulfiti jistgħu jintużaw it-termini li ġejjin: ‘sulfiti’ jew ‘dijossidu tal-kubrit’.”

    2)

    Fl-Artikolu 11, il-paragrafu 2 jiġi sostitwit b’dan li ġej:

    “2.   Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3, il-paragrafi 1 u 3, għandhom japplikaw mutatis mutandis għad-dettalji obbligatorji msemmija fl-Artikolu 12.”

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Għandu japplika mill-25 ta' Novembru 2004.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 19 ta' Novembru 2004

    Għall-Kummissjoni

    Franz FISCHLER

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 179, 14.7.1999, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bl-Att tal-Adeżjoni tal-2003.

    (2)  ĠU L 109, 6.5.2000, p. 29. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bl-Att tal-Adeżjoni tal-2003.

    (3)  ĠU L 308, 25.11.2003, p. 15.

    (4)  ĠU L 118, 4.5.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 908/2004 (ĠU L 263, 10.8.2004, p. 11).


    Top