This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32004R1975
Council Regulation (EC) No 1975/2004 of 15 November 2004 extending the definitive anti-dumping duty imposed by Regulation (EC) No 1676/2001 on imports of polyethylene terephthalate (PET) film originating, inter alia, in India to imports of polyethylene terephthalate (PET) film consigned from Brazil and from Israel, whether declared as originating in Brazil or Israel or not
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1975/2004 tal- 15 ta' Novembru 2004 li jestendi d-dazju definittiv kontra d- dumping , li kien ġie impost bir-Regolament tal-Kunsill(KE) Nru 1676/2001 fuq l-importazzjonijiet ta' film tal-polyethylene terephthalate (PET) li joriġina, inter alia , mill-Indja, għall-importazzjonijiet ta' film tal-polyethylene terephthalate (PET) ikkunsinnati mill-Brażil u mill-Iżrael, kemm jekk dawn ikunu ddikjarati li joriġinaw mill-Brażil jew mill-Iżrael u kemm jekk le
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1975/2004 tal- 15 ta' Novembru 2004 li jestendi d-dazju definittiv kontra d- dumping , li kien ġie impost bir-Regolament tal-Kunsill(KE) Nru 1676/2001 fuq l-importazzjonijiet ta' film tal-polyethylene terephthalate (PET) li joriġina, inter alia , mill-Indja, għall-importazzjonijiet ta' film tal-polyethylene terephthalate (PET) ikkunsinnati mill-Brażil u mill-Iżrael, kemm jekk dawn ikunu ddikjarati li joriġinaw mill-Brażil jew mill-Iżrael u kemm jekk le
ĠU L 153M, 7.6.2006, pp. 108–114
(MT) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO)
ĠU L 342, 18.11.2004, pp. 1–7
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 23/08/2006
|
7.6.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
108 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1975/2004
tal-15 ta' Novembru 2004
li jestendi d-dazju definittiv kontra d-dumping, li kien ġie impost bir-Regolament tal-Kunsill(KE) Nru 1676/2001 fuq l-importazzjonijiet ta' film tal-polyethylene terephthalate (PET) li joriġina, inter alia, mill-Indja, għall-importazzjonijiet ta' film tal-polyethylene terephthalate (PET) ikkunsinnati mill-Brażil u mill-Iżrael, kemm jekk dawn ikunu ddikjarati li joriġinaw mill-Brażil jew mill-Iżrael u kemm jekk le
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni minn l-importazzjoni li jkunu l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (1)(“ir-Regolament bażiku”), u l-aktar l-Artikolu 13 miġjub fih,
Wara li kkunsidra l-proposta sottomessa mill-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv,
Billi:
A. IL-PROĊEDURA
1. IL-MIŻURI EŻISTENTI
|
(1) |
Bir-Regolament (KE) Nru 1676/2001 (2)(“ir-Regolament oriġinali”), il-Kunsill kien impona dazji kontra d-dumping fuq l-importazzjonijiet ta' film tal-polyethylene terephthalate (PET) (“film tal-PET”) li joriġinaw, inter alia, mill-Indja. Ir-rati ta' dawn id-dazji jvarjaw minn 0 % sa 62,6 %. Bid-Deċiżjoni 2001/645/KE (3), il-Kummissjoni aċċettat li tagħmel negozju ma' ħames produtturi esportaturi Indjani. |
|
(2) |
L-importazzjonijiet ta' film tal-PET li ġejjin mill-Indja huma wkoll suġġetti għal taxxi kompensatorji, li jvarjaw minn 3,8 % sa 19,1 %, liema dazji kienu ġew imposti bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2597/1999 (4). |
2. L-ISTĦARRIĠ LI QED ISIR
|
(3) |
Fit-28 ta' Ġunju 2002, il-Kummissjoni ħabbret b'avviż ta' bidu li kien ġie ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej (5), li kien ingħata bidu għal reviżjoni interim parzjali skond l-Artikolu 19 tar-Regolament tal-Kunsill 2026/97 (6). It-talba hija limitata fl-għan tagħha għall-għamla tal-miżura u, l-aktar, għall-istħarriġ ta' l-aċċettibbiltà ta' negozju li kien offrut mill-applikant. Din ir-reviżjoni għadha qed issir. |
|
(4) |
Fit-22 ta' Novembru 2003, il-Kummissjoni ħabbret b'avviż ta' bidu li kien ġie ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (7), li kien ingħata bidu għal reviżjoni interim parzjali skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku. Din hija limitata fl-għan tagħha għall-miżuri ta' kontra d-dumping. Din ir-reviżjoni għadha qed issir. |
|
(5) |
Fid-19 ta' Frar 2004, il-Kummissjoni ħabbret b'avviż ta' bidu li kien ġie ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (8), li kien ingħata bidu għal reviżjoni interim skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku. Din hija limitata għad-dumping li qed iwettaq il-produttur esportatur Indjan Jindal Polyester Limited. Din ir-reviżjoni għadha qed issir. |
3. IT-TALBA
|
(6) |
Fis-6 ta' Jannar 2004, il-Kummissjoni rċeviet talba skond l-Artikolu 13(3) tar-Regolament bażiku (“it-talba”) mill-produtturi tal-Komunità DuPont Teijin Films, Mitsubishi Polyester Film GmbH u Nuroll SpA (“l-applikanti”) biex din tistħarreġ l-allegat qerq fil-miżuri kontra d-dumping li kienu ġew imposti fuq l-importazzjonijiet tal-film tal-PET li kienu ġejjin mill-Indja. L-applikanti ppreżentaw proporzjon kbira tal-produzzjoni tal-Komunità tal-film tal-PET. |
|
(7) |
L-applikanti allegaw u ppreżentaw xhieda biżżejjed li turi li wara l-impożizzjoni tal-miżuri fuq l-importazzjonijiet tal-film tal-PET li ġej, inter alia, mill-Indja, kien hemm bidliet sostanzjali fl-għamliet tal-kummerċ li kienu jinvolvu l-esportazzjoni tal-film tal-PET mill-Indja, il-Brażil u l-Iżrael lejn il-Komunità. Kien allegat ukoll li dawn il-bidliet fl-għamliet tal-kummerċ kienu qed jibdew mill-ġarr ta' film tal-PET li ġej mill-Indja permezz tal-Brażil u l-Iżrael. Kien allegat ukoll li ma kienx hemm raġuni biżżejjed jew ġustifikazzjoni ekonomika għal dawn il-bidliet għajr l-impożizzjoni tad-dazju fuq l-importazzjonijiet tal-film tal-PET mill-Indja. |
|
(8) |
Fl-aħħarnett, l-applikanti allegaw u ppreżentaw xhieda prima facie li l-effetti tar-rimedju ta' dan id-dazju kienu qed jiddgħajfu kemm f'termini ta' kwantitajiet u kemm ta' prezzijiet. Kien iddikjarat ukoll li volumi sostanzjali ta' importazzjonijiet ta' film tal-PET li kienu ġejjin mill-Brażil u l-Iżrael x'aktarx ħadu post dawk l-importazzjonijiet ta' film tal-PET li kienu ġejjin mill-Indja. Barra minn hekk, l-applikanti ppreżentaw xhieda prima facie li l-prezzijiet tal-film tal-PET impurtat mill-Brażil u mill-Iżrael kienu l-oġġett ta' dumping meta mqabbla mal-valuri normali li kienu ġew stabbiliti qabel għall-film tal-PET li ġej mill-Indja. |
4. IL-BIDU
|
(9) |
Bir-Regolament (KE) Nru 284/2004 (9)(“ir-Regolament tal-Bidu ta' l-Istħarriġ”), il-Kummissjoni bdiet stħarriġ dwar il-ksur possibbli fil-miżuri ta' kontra d-dumping fuq l-importazzjonijiet ta' film tal-PET li ġej mill-Indja, b'importazzjonijiet ta' film tal-PET li kienu qed jiġu kkunsinnati mill-Brażil u mill-Iżrael, kemm jekk dawn kienu ddikjarati li ġejjin mill-Brażil jew mill-Iżrael jew le. Skond l-Artikoli 13(3) u 14(5) tar-Regolament bażiku, din ordnat lill-awtoritajiet tad-dwana biex mill-20 ta' Frar 2004 dawn jibdew jirreġistraw l-importazzjonijiet ta' film tal-PET li kienu qed jiġu kkunsinnati mill-Brażil u mill-Iżrael, kemm jekk dawn ikunu ġejjin mill-Brażil jew mill-Iżrael jew le. Il-Kummissjoni avżat lill-awtoritajiet ta' l-Indja, il-Brażil u l-Iżrael dwar il-bidu ta' l-istħarriġ. Fl-istess ħin, bir-Regolament (KE) Nru 283/2004 (10) il-Kummissjoni bdiet ukoll stħarriġ dwar il-ksur possibbli tal-miżuri kompensatorji fuq l-importazzjonijiet ta' film tal-PET li kienu ġejjin mill-Indja, permezz ta' importazzjonijiet ta' film tal-PET li kienu qed jiġu kkunsinnati mill-Brażil u mill-Iżrael, kemm jekk dawn kienu ddikjarati li ġejjin mill-Brażil jew mill-Iżrael jew le. Ir-riżultati ta' dak l-istħarriġ kienu ppreżentati fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru/2004 (11). |
|
(10) |
L-awtoritajiet ta' l-Indja wrew li huma kienu qed iqisu l-istħarriġ għal kontra dan l-allegat ksur bħala wieħed li ma setax isir skond il-Ftehim fuq l-Implimentazzjoni ta' l-Artikolu VI tal-Ftehim Ġenerali fuq it-Tariffi u l-Kummerċ ta' l-1994 jew il-Ftehim fuq is-Sussidji u l-Miżuri Kompensatorji. Din it-talba nċaħdet fuq il-bażi li d-dispożizzjonijiet ta' kontra l-qerq bil-liġi li hemm fir-Regolament bażiku mhumiex kumpatibbli mal-Ftehim fuq l-Implimentazzjoni ta' l-Artikolu VI tal-Ftehim Ġenerali fuq it-Tariffi u l-Kummerċ ta' l-1994 u l-Ftehim fuq is-Sussidji u l-Miżuri Kompensatorji. Fil-fatt, l-Att Finali li Jiġbor fih ir-Riżultati tal-Laqgħa li saret fl-Urugwaj dwar in-Negozjati Multilaterali fuq il-Kummerċ fih Deċiżjoni kontra t-Tidwir (12) li tirreferi din il-materja lill-Kumitat fuq il-Prattiċi ta' Kontra d-Dumping, fin-nuqqas ta' ftehim fuq test speċifiku. Minħabba li din id-Deċiżjoni kienet saret, waqt li kien magħruf li diversi Membri tad-WTO kellhom diġà l-leġislazzjoni tagħhom kontra l-qerq bil-liġi, il-Komunità Ewropea tinterpreta dan bħala mod kif Stati Membri individwali jkunu jistgħu jadottaw jew iżommu dispożizzjonijiet f'dan id-dawl, waqt li jiddependu mill-adozzjoni ta' regoli li dwarhom ikun hemm ftehim multilaterali. L-istess prinċipji, loġikament, għandhom japplikaw għall-investigazzjonijiet kontra s-sussidji. |
5. L-ISTĦARRIĠ
|
(11) |
Kienu ntbagħtu kwestjonarji lil dawk l-esportaturi/produtturi fl-Indja, il-Brażil u l-Iżrael li kienu kkooperaw fl-istħarriġ tal-bidu u li kienu ssemmew fit-talba jew li saru magħrufa wara lill-Kummissjoni. Kienu ntbagħtu wkoll kwestjonarji lill-importaturi fil-Komunità li ssemmew fit-talba jew li kkooperaw fl-istħarriġ tal-bidu li wassal għall-miżuri li hemm bħalissa. Il-partijiet kollha kienu mgħarrfa li n-nuqqas ta' kooperazzjoni seta' jwassal għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku u għal riżultati li, waqt li kienu qed jiġu bbażati fuq il-fatti magħrufa, setgħu jkunu inqas vantaġġjużi milli kieku dik il-parti kellha tikkoopera. |
|
(12) |
It-tweġibiet għall-kwestjonarju waslu minn ħames esportaturi/produtturi mill-Indja, minn esportatur/produttur wieħed fil-Brażil u minn kumpanija waħda ta' pproċessar mill-Iżrael li kienet involuta fil-qtugħ, fil-produzzjoni ta' folji u fil-konverżjoni tal-film tal-PET u li kienet tesporta l-film tal-PET lejn il-Komunità. Kumpanija oħra fl-Iżrael spjegat li din kienet tipproċessa l-film tal-PET iżda l-prodotti li kienu jirriżultaw ma kinux ġew esportati taħt il-kodiċi tan-NM li taħthom il-film tal-PET kien ikklassifikat. Minħabba f'hekk, din il-kumpanija ma weġbitx il-kwestjonarju. |
|
(13) |
Wara li rċevew il-kwestjonarji, ħames importaturi fil-Komunità taw ukoll it-tweġiba tagħhom. Tlieta minn dawn irrappurtaw li huma qatt ma kienu impurtaw film tal-PET jew mill-Brażil jew mill-Iżrael. Iż-żewġ impurtaturi l-oħrajn qalu li huma ma impurtawx film tal-PET Indjan mill-Brażil jew mill-Iżrael matul il-perjodu ta' l-istħarriġ. Għalhekk, ħadd minn dawn il-kumpanniji ma wieġeb għall-kwestjonarji. |
|
(14) |
Il-Kummissjoni għamlet żjajjar ta' verifika fil-bini tal-kumpanniji li ġejjin:
|
6. IL-PERJODU TA' L-ISTĦARRIĠ
|
(15) |
Il-perjodu ta' l-istħarriġ kopra l-perjodu bejn l-1 ta' Jannar 2003 sal-31 ta' Diċembru 2003 (“il-PS”). It-tagħrif inġabar mis-sena 2000 sat-tmiem tal-PS biex ikun mistħarreġ l-allegat bdil fl-għamla tal-kummerċ. |
B. IR-RIŻULTATI TA' L-ISTĦARRIĠ
1. IL-GRAD TA' KOOPERAZZJONI
|
(16) |
Kif intqal fil-punt 12 fuq, ħames esportaturi/produtturi tal-film tal-PET fl-Indja kkooperaw fl-istħarriġ billi wieġbu għall-kwestjonarju. It-tagħrif inkiseb ukoll minn produttur esportatur wieħed tal-film tal-PET fil-Brażil u minn kumpanija waħda ta' l-ipproċessar fl-Iżrael li tqatta', tipproduċi f'folji u tikkonverti l-film tal-PET. Dawn il-kumpanniji Brażiljani u Iżraeljani kienu jammontaw għal parti żgħira (inqas minn 1 % u madwar 5 %, rispettivament), kemm fil-volum u fil-valur, ta' l-importazzjonijiet kollha tal-film tal-PET minn dawk il-pajjiżi lejn il-Komunità matul il-PS, kif kien irrappurtat mill-Eurostat. |
|
(17) |
L-awtoritajiet Indjani għamlu sottomissjoni bil-miktub, f'żieda mal-bidu ta' l-istħarriġ, u taw tagħrif statistiku dwar l-esportazzjonijiet ta' film tal-PET mill-Indja lejn, inter alia, il-Komunità. It-tagħrif statistiku dwar l-esportazzjonijiet ta' film tal-PET mill-Brażil lejn il-Komunità inkiseb ukoll mill-bażi tat-tagħrif nazzjonali tal-Brażil. |
2. IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT LI JIXXIEBAH
|
(18) |
Il-prodott ikkonċernat huwa, kif iddefinit fl-istħarriġ tal-bidu, il-film tal-polyethylene terephthalate (PET) li ġej mill-Indja, normalment iddikjarat taħt il-kodiċi tan-NM ex 3920 62 19 u ex 3920 62 90 (“il-prodott ikkonċernat”). |
|
(19) |
Qed jitqies li l-film tal-PET esportat lejn il-Komunità mill-Indja u l-film tal-PET ikkunsinnat mill-Brażil u mill-Iżrael lejn il-Komunità għandhom l-istess karatteristiċi bażiċi u l-istess użi. Għalhekk, dawn qed jitqiesu bħala prodotti li jixxiebhu fit-tifsira ta' l-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku. |
3. IL-BIDLA FL-GĦAMLA TAL-KUMMERĊ
L-Indja
|
(20) |
Fil-perjodu 1999-2003, l-importazzjoni tal-prodott ikkonċernat irrappreżentat 96,5 % ta' l-importazzjonijiet totali mill-Indja taħt il-kodiċi NM rilevanti. Sar għalhekk stġarriġ tas-suq li uża data ta' l-Eurostat fuq il-livell tal-kodiċi NM. Għandu jitqies li fl-1999 kienu ġew imposti taxxi kompensatorji fuq l-importazzjonijiet fil-Komunità ta' film tal-PET li jkunu ġejjin mill-Indja, liema dazji kienu wasslu diġà għal tnaqqis fil-volumi ta' dawn l-importazzjonijiet. Dan kien segwit fl-2001 mill-impożizzjoni ta' miżuri kontra d-dumping li wasslu għal aktar tnaqqis. Il-miżuri kontra l-bejgħ bi prezz baxx ħafna li jikkonċernaw l-Indja jikkonsistu minn ftehim ta' negozju ibbażat fuq il-prezz ma' ħames produtturi esportaturi individwali u ma' kumpanija waħda b'rata ta' dazju kontra d-dumping ta' 0 %. Bħala riżultat ta' dan, id-dazji kontra d-dumping essenzjalment ma jitħallsux fuq l-importazzjonijiet mill-akbar parti tal-produtturi Indjani. Id-dazju kontra d-dumping tar-residwu ta' 53,3 % japplika għall-importazzjonijiet li jsiru mill-produtturi esportaturi l-oħrajn kollha. Fis-sena 2000 l-importazzjonijiet lejn il-Komunità ta' film tal-PET li kien ġej mill-Indja kienu jlaħħqu il-11 600 tunnellata. Fil-bidu, dawk l-importazzjonijiet naqsu għal 6 100 tunnellata fl-2001, iżda mbagħad żdiedu għal 7 700 tunnellata fl-2002, u reġgħu żdiedu matul il-PS għal 11 500 tunnellata. It-tagħrif li ntbagħat mill-produtturi esportatutri Indjani li kkooperaw urew xejriet simili – żieda ta' madwar 1 300 tunnellata mill-2001 sa l-2002 u żieda oħra ta' madwar 3 400 tunnellata mill-2002 sa l-2003. Wieħed għandu jqis, madankollu, li mhux il-produtturi Indjani kollha kkooperaw fl-istħarriġ. Aktar minn hekk, il-bidliet fil-volumi li seħħew mis-sena 2000 sas-sena 2003 għandhom jitqiesu fil-kuntest ta' żieda kbira ta' importazzjonijiet minn dawk l-esportaturi li huma suġġetti għal-livelli l-aktar baxxi ta' miżuri. |
|
(21) |
Dwar l-għamla li ssemmiet fuq, wieħed għandu jinnota li kumpanija waħda biss kellha b'mod sostanzjali rata aktar baxxa ta' dazju kumulattiv (13) mill-produtturi l-oħrajn. L-għamla tal-kummerċ ta' din il-kumpanija segwiet xejra differenti ħafna minn dik tal-produtturi l-oħrajn, waqt li bejn is-sena 2000 u s-sena 2003 (il-PS) din żiedet sew is-sehem tagħha fil-bejgħ kollu tal-prodott ikkonċernat lejn il-Komunità. Għalhekk, is-sehem tal-prodott ikkonċernat li kien esportat lejn il-Komunità mill-produtturi Indjani li kien għad baqa', naqas sew. Jekk wieħed iwarrab din ix-xejra irregolari, il-volum totali tal-prodott ikkonċernat li kien impurtat fil-Komunità baqa' sew taħt dak ta' qabel l-impożizzjoni tal-miżuri kontra d-dumping. |
|
(22) |
L-awtoritajiet Indjani bagħtu tagħrif statistiku fuq l-esportazzjonijiet lejn, inter alia, il-Komunità. Dawn urew li kienu qed iqisu l-istatistiċi uffiċjali ta' l-Indja bħala li ma kienu qed juru l-ebda ksur fil-miżuri eżistenti kontra d-dumping mill-produtturi Indjani tal-film tal-PET. Madankollu, it-tagħrif li ssemma mhuwiex wieħed konsistenti mat-tagħrif ta' l-esportazzjoni mogħti mill-esportaturi Indjani li kkooperaw, mill-inqas safejn għandhom x'jaqsmu l-esportazzjonijiet lejn l-Iżrael; dan it-tagħrif juri żieda ċara fl-esportazzjonijiet lejn l-Iżrael wara li kienu daħlu fis-seħħ il-miżuri (minn madwar 40 tunnellata fis-sena 2000 għal madwar 800 tunnellata fil-PS). Safejn għandu x'jaqsam il-Brażil, it-tagħrif uffiċjali ta' l-Indja dwar l-esportazzjonijiet diretti lejn il-Brażil juri li kien hemm żieda marġinali matul l-istess perjodu, iżda din ma tinkludix il-bejgħ indirett permezz ta' pajjiżi intermedjarji oħrajn. Fil-fatt, l-uniku produttur magħruf fil-Brażil tal-film tal-PET kien ikkoopera fl-istħarriġ, u l-esportazzjonijiet tiegħu lejn il-Komunità turi biss parti żgħira ħafna (0,5 %) mill-bejgħ kollu li sar mill-Brażil lejn il-Komunità. |
Il-Brażil
|
(23) |
L-importazzjonijiet fil-Komunità tal-film tal-PET mill-Brażil, kif kien irrappurtat mill-Eurostat fuq livell ta' NM, meta wieħed inaqqas l-importazzjonijiet ta' merkanzija li kienet maħduma mill-kumpanija li kkooperat, żdiedu minn madwar 650 tunnellata fl-2000 (0,6 % ta' l-importazzjonijiet kollha), għal 1 200 tunnellata (1,4 %) fl-2001, u ftit aktar minn 2 500 tunnellata ((3,2 %) fis-sena 2002 (fis-sena ta' wara d-dħul fis-seħħ tal-miżuri kontra d-dumping), waqt li dawn baqgħu ftit aktar minn 2 000 tunnellata matul il-PS (2,4 % ta' l-importazzjonijiet kollha ta' film tal-PET). |
|
(24) |
L-unika kumpanija fil-Brażil li kkooperat, it-Terphane, hija, kif intqal fuq (fil-punt 22), l-unika produttur magħruf tal-film tal-PET fil-Brażil. Matul il-PS din il-kumpanija esportat biss kunsinna waħda ta' 10,6 tunnellata ta' film tal-PET lejn il-Komunità. Barra minn kampjun li kien inbiegħ fl-2002, din kienet l-ewwel esportazzjoni tal-kumpanija ta' film tal-PET lejn il-Komunità. Għalhekk, il-kumpanija ma jidhirx li kienet responsabbli għall-volumi ta' film tal-PET li daħlu fil-Komunità mill-Brażil fil-perjodu ta' bejn is-sena 2000 u l-2003 (il-punt 23). Il-film li kien fornut lill-Komunità huwa maħdum mill-kumpanija, f'faċilitajiet li kienu stabbiliti qabel id-dħul fis-seħħ tal-miżuri fuq il-film tal-PET Indjan. Għalhekk, ma nstabet l-ebda bidla fl-għamla tal-kummerċ ta' din il-kumpanija. |
L-Iżrael
|
(25) |
L-importazzjonijiet fil-Komunità ta' film tal-PET mill-Iżrael, kif kienu rrappurtati mill-Eurostat fuq livell ta' NM, meta wieħed inaqqas l-importazzjonijiet ta' oġġetti li kienu prodotti mill-kumpanija li kkooperat, żdiedu minn 3 000 tunnellata fis-sena 2000 (3,7 % ta' l-importazzjonijiet totali tal-film tal-PET) għal 3 400 tunnellata fis-sena 2001 (4,1 %). Il-volumi komplew jiżdiedu sa ftit aktar minn 4 200 tunnellata fis-sena 2002 (5,1 % ta' l-importazzjonijiet) u għal aktar minn 4 400 tunnellata fis-sena 2003 (5,3 % ta' l-importazzjonijiet). Għalkemm fl-Iżrael kien hemm numru żgħir ta' converters tal-film tal-PET, it-tagħrif li wasal fil-limiti ta' żmien stipulati wera li, anke b'mod kumulattiv, x'aktarx dawn ma kellhomx ħila biżżejjed biex ikunu responsabbli mill-volumi ta' film li kienu deħlin fil-Komunità mill-Iżrael fil-perjodu ta' bejn l-2000 u l-2003. |
|
(26) |
It-tagħrif uffiċjali Indjan fuq l-esportazzjoni juri li kien hemm żidiet qawwija fl-esportazzjonijiet lejn l-Iżrael mill-Indja. 81 tunnellata kienu ġew esportati fis-sena 2000, 395 tunnellata fis-sena 2001, 1 032 tunnellata fis-sena 2002 u 2 453 tunnellata fil-PS. |
|
(27) |
L-unika kumpanija fl-Iżrael li kkooperat kienet il-Jolybar. Din tqatta', tipproduċi f'folji u tikkonverti l-film tal-PET mixtri u tbigħu bħala prodotti li jaqgħu taħt l-istess kodiċi tan-NM bħall-prodott ikkonċernat. Iżda ġeneralment dan ma jkunx ġej mill-Indja, u għalhekk ma jistax jitqies il-prodott ikkonċernat. Il-kumpanija ilha tipprovdi l-film tal-PET lill-Komunità sa mis-snin disgħin. Il-kwantitajiet ta' film tal-PET li ġew esportati mill-Jolybar lejn il-Komunità rduppjaw bejn is-snin 1999 u l-2003 (il-PS). Il-film fornut lill-Komunità jinħadem f'faċilitajiet li kienu ġew stabbiliti qabel id-dħul fis-seħħ tal-miżuri fuq il-film tal-PET Indjan. Irrispettivament minn jekk dan l-iżvilupp ta' l-esportazzjonijiet jurix bidla fl-għamla tal-kummerċ ta' din il-kumpanija, dan il-punt ma kienx tqies aktar minħabba li, f'kull eventwalità, kien hemm ġustifikazzjoni ekonomika ċara għal din l-imġieba, kif stabbilit hawn taħt fil-punt (31). |
|
(28) |
Minħabba dan t'hawn fuq, u l-aktar minħabba l-koinċidenza bejn iż-żieda fl-importazzjonijiet mill-Brażil u l-Iżrael u d-dħul fis-seħħ fl-2001 tal-miżuri ta' kontra l-bejgħ bi prezz baxx ħafna fuq il-film tal-PET li ġej mill-Indja, ġiet stabbilita bidla fl-għamla tal-kummerċ b'rabta ma' l-esportazzjonijiet tal-film tal-PET mill-Indja, l-Iżrael u l-Brażil. |
4. RAĠUNI JEW ĠUSTIFIKAZZJONI EKONOMIKA MHUX SUFFIĊJENTI
Il-Brażil
|
(29) |
Fin-nuqqas ta' kull kooperazzjoni oħra u meta wieħed iqis il-bidla li ssemmiet fl-għamla tal-kummerċ tal-Brażil, li seħħet minnufih wara li daħlu fis-seħħ id-dazji kontra l-bejgħ bi prezz baxx ħafna, wieħed jista' jagħlaq billi jgħid li fuq il-bażi tat-tagħrif disponibbli u fin-nuqqas ta' kull spjegazzjoni oħra, il-bidla li kien hemm fl-għamla tal-kummerċ kienet bdiet mid-dħul fis-seħħ tad-dazju aktar milli minħabba xi raġuni jew ġustifikazzjoni ekonomika suffiċjenti oħra fit-tifsira ta' l-Artikolu 13 (1) tar-Regolament bażiku. |
L-Iżrael
Produtturi esportaturi li ma kkooperawx
|
(30) |
Fin-nuqqas ta' kooperazzjoni u minħabba l-bidla msemmija fuq fl-għamla tal-kummerċ li seħħet minnufih wara d-dħul fis-seħħ tad-dazji ta' kontra d-dumping wieħed jista' jagħlaq billi jgħid li, fuq il-bażi tat-tagħrif disponibbli u fin-nuqqas ta' kull spjegazzjoni oħra, il-bidla li kien hemm fl-għamla tal-kummerċ kienet bdiet mid-dħul fis-seħħ tad-dazju aktar milli minħabba xi raġuni jew ġustifikazzjoni ekonomika suffiċjenti oħra fit-tifsira ta' l-Artikolu 13 (1) tar-Regolament bażiku. |
Il-produttur esportatur li kkoopera
|
(31) |
L-istħarriġ wera li l-kummerċ ta' l-esportazzjoni tal-Jolybar lejn il-Komunità kien ilu stabbilit għal żmien twil u li l-film fornut lill-Komunità kien qed jinħadem mill-kumpanija f'faċilitajiet stabbiliti qabel id-dħul fis-seħħ tal-miżuri fuq il-film tal-PET Indjan. Il-kumpanija spjegat li bħala regola ġenerali din ma tfornix film Indjan lill-konsumaturi tal-Komunità. Dan għaliex dawn jippreferu l-kwalitajiet tal-film Ewropew bħala materjal bażi għat-trattament li jsir mill-Jolybar. B'mod mhux tas-soltu, matul il-PS, kwantità ta' madwar tunnellata ta' film Indjan kienet intbagħtet lil konsumatur wieħed fil-Komunità bħala parti minn kunsinna akbar li l-konsumatur kien jeħtieġ b'mod urġenti. Għalhekk, wieħed jikkonkludi li hemm ġustifikazzjoni ekonomika biżżejjed għall-iżvilupp ta' l-esportazzjonijiet tal-Jolybar, li huwa skond il-ħidmiet tagħha fis-suq tal-Komunità b'rabta mal-film tal-PET maħdum minnha. |
5. ID-DGĦUFIJA TA' L-EFFETTI TAR-RIMEDJU F'TERMINI TA' PREZZIJIET U/JEW KWANTITAJIET TAL-PRODOTT LI JIXXIEBAĦ
Il-produtturi esportaturi li ma kkooperawx
|
(32) |
Il-figuri li dehru fil-punti (20) sa (28) fuq juru li mad-dħul fis-seħħ tal-miżuri fl-2001 kien hemm bidla kwantitattiva ċara fl-għamla ta' l-importazzjonijiet tal-Komunità tal-prodott ikkonċernat. Kien hemm tnaqqis sostanzjali ta' 5 500 tunnellata fl-importazzjonijiet mill-Indja lejn il-Komunità meta daħlu fis-seħħ dawn il-miżuri, b'żidiet li jikkorrispondu fl-esportazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mill-Brażil u l-Iżrael lejn il-Komunità. It-tagħrif ta' l-Eurostat juri li mis-sena 2000 sat-tmiem tal-PS, iż-żidiet fl-importazzjonijiet lejn il-Komunità kienu jlaħħqu għal 1 376 tunnellata mill-Brażil u 1 392 tunnellata mill-Iżrael. Il-waqgħa parallela fl-esportazzjonijiet mill-Indja, jekk wieħed ma jqisx dawk l-importazzjonijiet li kienu suġġetti għal-livelli l-aktar baxxi ta' miżuri, hija ta' 5 653 tunnellata. Għalhekk, qed jitiqes li parti mill-andament tal-kummerċ ta' l-esportazzjoni mill-Indja kienet inbidlet minn andamenti ta' esportazzjoni oħrajn permezz tal-Brażil u l-Iżrael; dan dgħajjef l-effetti tar-rimedju tal-miżuri f'termini ta' kwantitajiet impurtati lejn is-suq tal-Komunità. |
|
(33) |
Dwar il-prezzijiet tal-prodotti kkonċernati li ġew ikkunsinnati mill-Brażil u l-Iżrael, minħabba n-nuqqas ta' kooperazzjoni li kien hemm, kien jeħtieġ li ssir referenza għat-tagħrif tal-Eurostat, li huwa l-aħjar xhieda disponibbli. |
|
(34) |
Il-prezz medju ta' l-importazzjonijiet tal-film tal-PET mill-Brażil matul il-PS, aġġustat għall-ispejjeż ta' wara l-importazzjoni, kien madwar 50 % tal-livell tat-tneħħija tal-ħsara, u kien stabbilit fl-istħarriġ li wassal għall-impożizzjoni tal-miżuri eżistenti kontra d-dumping. Fuq din il-bażi, jidher li f'termini ta' prezzijiet il-films tal-PET ikkunsinnati mill-Brażil ukoll dgħajfu l-effetti tar-rimedju tad-dazju li kien ġie impost. |
|
(35) |
Il-prezz medju ta' l-importazzjonijiet tal-film tal-PET mill-Iżrael matul il-PS, aġġustat għall-ispejjez ta' wara l-importazzjoni, kien madwar 55 % tal-livell tat-tneħħija tal-ħsara, stabbilit fl-istħarriġ tal-bidu ta' kontra d-dumping. Fuq din il-bażi, jidher li f'termini ta' prezzijiet l-importazzjonijiet mill-Iżrael ukoll dgħajfu l-effetti tar-rimedju tad-dazju li kien ġie impost. |
|
(36) |
Għalhekk, wieħed jista' jagħlaq billi jgħid li l-importazzjonijiet ta' film tal-PET mill-Brażil u mill-Iżrael dgħajfu l-effetti tar-rimedju tal-miżuri kontra d-dumping, kemm f'termini ta' kwantitajiet kif ukoll ta' prezzijiet. |
6. XHIEDA TA' DUMPING FIR-RIGWARD TAL-VALURI NORMALI LI KIENU ĠEW STABBILITI QABEL GĦALL-PRODOTTI LI JIXXIEBHU
Il-produtturi esportaturi li ma kkooperawx
|
(37) |
Skond l-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku, kien mistħarreġ jekk kienx hemm xhieda ta' dumping fir-rigward tal-valuri normali li kienu ġew stabbiliti qabel għall-prodotti li jixxiebhu. Kif spjegat fuq (l-punt (16)), meta wieħed iqis il-kooperazzjoni limitata, biex ikun stabbilit jekk tistax tinstab xhieda ta' dumping fir-rigward ta' l-esportazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat lejn il-Komunità mill-Brażil u mill-Iżrael matul il-PS, it-tagħrif ta' l-Eurostat intuża skond l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku bħala l-bażi li fuqha ġew stabbiliti l-prezzijiet ta' l-esportazzjoni lejn il-Komunità. Bl-istess mod, biex ikun jista' jitqabbel il-prezz ta' l-esportazzjoni mal-valur normali, tqies bħala xieraq li wieħed jassumi li t-taħlita tal-prodott tal-merkanzija kkunsinnata mill-Brażil u l-Iżrael matul il-PS kienet l-istess bħal dik ta' l-merkanzija li kienet ġiet ikkunsinnata mill-Indja matul l-istħarriġ tal-bidu. |
|
(38) |
Biex ikun hemm paragun ġust bejn il-valur normali u l-prezz ta' l-esportazzjoni, saru provvedimenti fl-għamla ta' aġġustamenti għad-differenzi fil-fatturi li kienu qed jaffettwaw il-prezz u l-kumparabbiltà tal-prezz. Dawn l-aġġustamenti saru skond l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. |
|
(39) |
Skond l-Artikolu 2(11) u 2(12) tar-Regolament bażiku, il-medja mwieżna tal-valur normali, kif stabbilita matul l-istħarriġ tal-bidu, kienet imqabbla mal-prezzijiet medji ta' l-esportazzjoni għall-PS, li kienu ġew stabbiliti kif muri fil-punti (34) u (35) fuq. Dawn il-paraguni wrew marġini approssimattivi ta' dumping, imfissra bħala persentaġġ tal-prezz CIF fit-territorju tal-Komunità, b'dazju mhux imħallas, ta' 17,5 % għall-Brażil u ta' 14,5 % għall-Iżrael. |
Ċ. TALBIET GĦALL-EŻENZJONI MIR-REĠISTRAZZJONI JEW MILL-ESTENSJONI TAD-DAZJU
|
(40) |
Il-Kummissjoni rċeviet talba mit-Terphane u mill-Jolybar biex dawn jiġu eżentati mir-reġistrazzjoni u l-miżuri. Kif intqal fil-punti (24) u (27), dawn il-kumpanniji kkooperaw fl-istħarriġ, billi wieġbu għall-kwestjonarju u aċċettaw li ssirilhom żjara ta' verifika. Bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1830/2004 ta' l-21 ta' Ottubru 2004 (14), il-Kummissjoni emendat ir-Regolament tal-bidu biex titwaqqaf ir-reġistrazzjoni fuq l-importazzjonijiet ta' film tal-PET maħdum mit-Terphane u l-Jolybar, li dawn it-tnejn instabu li ma kienux qed iduru mad-dazji kontra d-dumping. |
|
(41) |
Skond ir-riżultati t'hawn fuq, billi t-Terphane u l-Jolybar nstabu li m'għamlu l-ebda qerq f'dawn il-miżuri li hemm fis-seħħ, dawn il-kumpanniji għandhom jiġu wkoll eżentati mill-estensjoni tal-miżuri previsti. |
D. IL-MIŻURI
|
(42) |
Minħabba r-riżultati t'hawn fuq, instab li sar qerq fit-tifsira ta' l-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku. Skond l-Artikolu 13(1) l-ewwel sentenza tar-Regolament bażiku, il-miżuri eżistenti kontra d-dumping fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat (i.e. il-film tal-PET li ġej mill-Indja), għandhom jiġu estiżi għall-importazzjonijiet tal-film tal-PET li jiġu kkunsinnati mill-Brażil u l-Iżrael, kemm jekk dawn ikunu ddikjarati li ġejjin mill-Brażil jew mill-Iżrael jew le, ħlief għal dak maħdum mit-Terphane u l-Jolybar. |
|
(43) |
Skond l-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku, li jisħaq li l-miżuri għandhom japplikaw għal dawk l-importazzjonijiet li ġew irreġistrati mid-data tar-reġistrazzjoni, id-dazju kontra d-dumping għandu jinġabar fuq l-importazzjonijiet tal-film tal-PET ikkunsinnati mill-Brażil jew mill-Iżrael u li jkunu daħlu fil-Komunità taħt reġistrazzjoni imposta bir-Regolament tal-bidu ta' l-istħarriġ, ħlief għall-importazzjonijiet ta' film tal-PET ikkunsinnati mill-Brażil u maħduma mit-Terphane u dawk ikkunsinnati mill-Iżrael u maħduma mill-Jolybar. |
|
(44) |
L-eżenzjonijiet mill-miżuri estiżi mogħtija għall-film tal-PET maħdum mill-Jolybar u mit-Terphane għandhom, skond l-Artikolu 13(4) tar-Regolament bażiku, jibqgħu validi taħt il-kriterju li ma jiġix stabbilit li l-eżenzjoni tingħata fuq il-bażi ta' tagħrif falz jew li jiżgwida, liema tagħrif ikun ingħata mill-kumpanniji kkonċernati. Jekk ix-xhieda prima facie tkun turi mod ieħor, il-Kummissjoni għandha tagħmel stħarriġ biex ikun stabbilit jekk it-tneħħija ta' l-eżenzjoni għandhiex tkun waħda ġġustifikata. |
|
(45) |
Li d-dazji ma jkunux estiżi għall-importazzjonijiet ta' film tal-PET maħdum mit-Terphane u l-Jolybar kien ġie stabbilit fuq il-bażi tar-riżultati ta' l-istħarriġ preżenti. Għalhekk, dan jgħodd b'mod esklussiv għall-importazzjonijiet ta' film tal-PET ikkunsinnati mill-Brażil jew l-Iżrael, rispettivament, u maħduma minn dawn l-entitajiet legali speċifiċi. Il-film tal-PET impurtat li jkun inħadem jew ikkunsinnat minn xi kumpanija oħra li ma tidhirx speċfikament b'isimha u l-indirizz tagħha fil-parti operattiva ta' dan ir-Regolament, inklużi dawk l-entitajiet marbuta ma' dawk imsemmija speċifikament, ma jistax igawdi mill-eżenzjoni, u għalhekk għandu jkun suġġett għar-rata tad-dazju tar-residwu imposta bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1676/2001. |
E. PROĊEDURA
|
(46) |
Il-partijiet interessati ġew infurmati bil-fatti essenzjali u bil-kunsiderazzjonijiet dwar il-bażi li fuqha l-Kunsill kien biħsiebu jestendi id-dazju definittiv kontra d-dumping fis-seħħ, u ngaħtaw l-opportunità li jagħtu l-kummenti tagħhom u jinstemgħu. L-awtoritajiet Iżraeljani tennew il-kummenti tal-Gvern Indjan fil-punt (10). Ressqu wkoll lista ta' converters Iżraeljani tal-film tal-PET li kienu ġew esportati lill-Komunità Ewropea waqt l-2003 u l-2004. Madankollu, billi dawn il-kumpaniji ma kkoperawx fil-limiti ta' żmien stipulati, ma setax jiġi stabbilit jekk kinux daru ma' dawn il-miżuri. Għalhekk, ma setgħux jiġu eżentati mill-estensjoni tal-miżuri għall-Iżrael. |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Id-dazju definittiv kontra d-dumping ta' 53,3 % impost bir-Regolament (KE) Nru 1676/2001 fuq l-importazzjonijiet ta' film tal-polyethylene terephthalate li joriġinaw mill-Indja, u li jaqgħu taħt il-kodiċi tan-NM ex 3920 62 19 u ex 3920 62 90 , huwa hawnhekk estiż għall-importazzjonijiet ta' l-istess film tal-polyethylene terephthalate li jkunu kkunsinnati mill-Brażil u mill-Iżrael (kemm jekk ikun iddikjarat li ġej mill-Brażil jew l-Iżrael jew le) (kodiċi TARIC 3920 62 19 01, 3920 62 19 04, 3920 62 19 07, 3920 62 19 11, 3920 62 19 14, 3920 62 19 17, 3920 62 19 21, 3920 62 19 24, 3920 62 19 27, 3920 62 19 31, 3920 62 19 34, 3920 62 19 37, 3920 62 19 41, 3920 62 19 44, 3920 62 19 47, 3920 62 19 51, 3920 62 19 54, 3920 62 19 57, 3920 62 19 61, 3920 62 19 67, 3920 62 19 74, 3920 62 19 92, 3920 62 90 31, 3920 62 90 92), ħlief għal dawk maħduma mit-Terphane Ltda, BR 101, km 101, il-Belt ta' Cabo de Santo Agostinho, l-Istat ta' Pernambuco, fil-Brażil (kodiċi TARIC addizzjonali A569) u mill-Jolybar Filmtechnic Converting Ltd. (1987), Hacharutsim str. 7, Ind. Park Siim 2000, Natania South, 42504, Kaxxa Postali 8380, fl-Iżrael (kodiċi TARIC addizzjonali A570).
2. Id-dazju estiż bil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandu jinġabar fuq l-importazzjonijiet irreġistrati skond l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 284/2004 u l-Artikoli 13(3) u 14(5) tar-Regolament (KE) Nru 384/96, ħlief għal dawk maħduma mit-Terphane Ltda, BR 101, km 101, il-Belt ta' Cabo de Santo Agostinho, l-Istat ta' Pernambuco, il-Brażil u mill-Jolybar Filmtechnic Converting Ltd. (1987), Hacharutsim str. 7, Ind. Park Siim 2000, Natania South, 42504, Kaxxa Postali 8380, l-Iżrael.
3. Id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji tad-dwana għandhom japplikaw.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussel, nhar il-15 ta' Novembru 2004.
Għall-Kunsill
Il-President
M. VAN DER HOEVEN
(1) ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 461/2004 (ĠU L 77, 13.3.2004, p. 12.)
(2) ĠU L 227, it-23.8.2001, p. 1.
(3) ĠU L 227, it-23.8.2001, p. 56.
(4) ĠU L 316, l-10.12.1999, p. 1.
(5) ĠU C 154, it-28.06.2002, p. 2.
(6) ĠU L 288, il-21.10.1997, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 461/2004.
(7) ĠU C 281, it-22.11.2003, p. 4.
(8) ĠU C 43, id-19.02.2004, p. 14.
(9) ĠU L 49, 19.2.2004, p. 28.
(10) ĠU L 49, 19.2.2004, p. 25.
(11) ĠU L
(12) Deċiżjoni kontra l-qerq bil-liġi adottata mill-Kumitat għan-Negozjati tal-Kummerċ fil-15 ta' Diċembru 1993.
(13) Il-kumpanija in kwistjoni kienet suġġetta għal dazju protettiv ta' 7 %.