Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004R1925

1925/2004/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) 1925/2004 tad- 29 ta' Ottubru 2004 li jiffissa l-modalitajiet ta’ applikazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1798/2003 dwar il-koperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud

ĠU L 331, 5.11.2004, pp. 13–18 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 322M, 2.12.2008, pp. 37–42 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/02/2012; Imħassar b' 32012R0079

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/1925/oj

2.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

37


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) 1925/2004

tad-29 ta' Ottubru 2004

li jiffissa l-modalitajiet ta’ applikazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1798/2003 dwar il-koperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1798/2003 tas-7 ta’ Ottubru 2002 dwar il-koperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 218/92, u notevolment l-Artikolu 18, l-Artikolu 35 u l-Artikolu 37 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1798/2003 jiġbor flimkien u jsaħħaħ id-dispożizzjonijiet relatati mal-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tal-VAT iffissati fir-Regolament (KEE) Nru 218/92 u d-Direttiva tal-Kunsill 77/799/KEE dwar għajnuna reċiproka mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fil-qasam tat-tassazzjoni diretta, ċerti dazji tad-dwana u t-taxxi fuq premiums tal-assigurazzjoni (1).

(2)

Hu meħtieġ li jiġu speċifikati l-kategoriji preċiżi ta’ informazzjoni li għandhom jiġu skambjati mingħajr talba preliminari, il-frekwenza kemm dawn l-iskambji jistgħu jseħħu u l-modalitajiet prattiċi.

(3)

Hu meħtieġ li jiġu stipulati l-modalitajiet li jirregolaw l-iskambju, b’mezzi elettroniċi, tal-informazzjoni mibgħuta skont ir-Regolament (KE) Nru 1798/2003.

(4)

Fl-aħħar nett, hu meħtieġ li tiġi stabbilita lista ta’ data statistika meħtieġa għall-valutazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1798/2003.

(5)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma bi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Kooperazzjoni Amministrattiva,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għan

Dan ir-Regolament jiffissa l-modalitajiet ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 18, tal-Artikolu 35 u tal-Artikolu 37 tar-Regolament (KE) Nru 1798/2003.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

1.

“negozjant difettuż”: negozjant irreġistrat għall-finijiet tal-VAT, li, b’intenzjoni potenzjalment ta’ frodi, jakkwista jew ta’ x’jifhem li akkwista prodotti jew servizzi, mingħajr ma ħallas il-VAT u li jipprovdi dawn il-prodotti jew servizzi bi ħruġ ta’ riċevuta tal-VAT, mingħajr madankollu ma jħallasha lill-awtoritajiet nazzjonali kkonċernati.

2.

“ħtif tan-numru ta’ reġistrazzjoni tal-VAT”: l-użu illegali ta’ numru ta’ reġistrazzjoni tal-VAT mogħti lill-negozjant ieħor.

Artikolu 3

Kategoriji ta’ skambju ta’ informazzjoni mingħajr talba preliminari

Dawn li ġejjin huma l-kategoriji ta’ informazzjoni suxxettibbli li jkunu l-mira ta’ skambju awtomatiku jew ta’ skambju awtomatiku strutturat bis-saħħa tal-Artikolu 17 tar-Regolament Nru 1798/2003:

1.

Informazzjoni li tikkonċerna persuni taxxabbli li mhumiex stabbiliti;

2.

Informazzjoni dwar il-mezzi ġodda tat-trasport;

3.

Informazzjoni relatata mal-bejgħ mill-bogħod eżentat mill-VAT fl-Istat Membru ta’ oriġini;

4.

Informazzjoni relatata ma’ tranżazzjonijiet intra-Komunitarji preżumibbli irregolari;

5.

Informazzjoni dwar “negozjanti difettużi” (potenzjali).

Artikolu 4

Sotto-kategoriji ta’ skambju ta’ informazzjoni mingħajr talba preliminari

1.   F’dak li jikkonċerna lill-persuni taxxabbli li mhumiex stabbiliti, l-iskambju ta’ informazzjoni li tikkonċerna:

(a)

l-għoti ta’ numri ta’ identifikazzjoni tal-VAT lill-persuni taxxabbli stabbiliti fi Stat Membru ieħor;

(b)

il-modalitajiet ta’ rimborż tat-taxxa fuq valur miżjud lill-persuni taxxabbli li mhumiex stabbiliti fi ħdan il-pajjiż, skont id-Direttiva 79/1072/KEE (2) tal-Kunsill.

2.   F’dak li jikkonċerna l-mezzi ġodda ta’ trasport, l-iskambju ta’ informazzjoni li tikkonċerna:

(a)

il-kunsinni eżentati, skont l-Artikolu 28(c), Titolu A, il-punt (b) tad-Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE (3), ta’ mezzi ġodda ta’ trasport definiti fl-Artikolu 28(a)(2), li jsiru minn persuni kkunsidrati bħala taxxabbli bis-saħħa tal-Artikolu 28a(4), irreġistrati għall-finijiet tal-VAT;

(b)

il-kunsinni eżentati, skont l-Artikolu 28(c), Titolu A, il-punt (b) tad-Direttiva 77/388/KEE, ta’ bastimenti u ajruplani ġodda definiti fl-Artikolu 28a(2), li jsiru minn persuni taxxabbli rreġistrati għall-finijiet tal-VAT — minbarra dawk li jissemmew fil-punt (a) — għall-persuni li mhumiex irreġistrati għall-finijiet tal-VAT;

(c)

il-kunsinni eżentati, skont l-Artikolu 28(c), Titolu A, il-punt (b) tad-Direttiva 77/388/KEE, ta’ vetturi ġodda b’mutur definiti fl-Artikolu 28a(2), li jsiru minn persuni taxxabbli rreġistrati għall-finijiet tal-VAT — minbarra dawk li jissemmew fil-punt (a) — għall-persuni li mhumiex irreġistrati għall-finijiet tal-VAT.

3.   F’dak li jikkonċerna l-informazzjoni relatata mal-bejgħ mill-bogħod li hu eżentat mill-VAT fl-Istat Membru ta’ oriġini, l-iskambju ta’ informazzjoni jikkonċerna:

(a)

il-kunsinni superjuri għall-livell previst fl-Artikolu 28(b), Titolu B, paragrafu 2, tad-Direttiva 77/388/KEE;

(b)

il-kunsinni inferjuri għal-livell previst fl-Artikolu 28(b), Titolu B, paragrafu 2, tad-Direttiva 77/388/KE, meta l-persuna taxxabbli tagħżel li tkun intaxxata fl-Istat Membru ta’ destinazzjoni skont l-Artikolu 28(b), Titolu B, paragrafu 3 ta’ din id-Direttiva.

4.   F’dak li jikkonċerna l-informazzjonijiet relatati mat-tranżazzjonijiet intra-Komunitarji preżumibbli irregolari, l-iskambju ta’ informazzjoni jikkonċerna:

(a)

il-każijiet meta jintwera li l-valur tal-kunsinni intra-Komunitarji indikati fis-sistema ta’ skambju ta’ informazzjoni tal-VAT (VIES) ma jkunx jaqbel b’mod konsiderevoli mal-ammont iddikjarat bħala akkwisti intra-Komunitarji korrispondenti;

(b)

il-kunsinni intra-Komunitarji tal-merkanziji li mhumiex eżentati mill-VAT skont l-Artikolu 28(c), Titolu A tad-Direttiva 77/388/KEE lill-persuna taxxabbli stabbilita f’Istat Membru ieħor.

5.   F’dak li jikkonċerna l-informazzjoni dwar in-“negozjanti difettużi” (potenzjali), l-iskambju ta’ informazzjoni jikkonċerna:

(a)

il-persuni taxxabbli li n-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT tagħhom tħassar jew ma għadux validu minħabba assenza jew simulazzjoni ta’ attività ekonomika u li wettqu tranżazzjonijiet intra-Komunitarji;

(b)

il-persuni taxxabbli li huma “negozjanti difettużi” (potenzjali) iżda li n-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT tagħhom ma tħassarx;

(c)

il-persuni taxxabbli li wettqu kunsinni intra-Komunitarji u l-klijenti tagħhom fl-Istati Membri l-oħra meta l-klijent hu “negozjant difettuż” (potenzjali) jew “ħataf numru ta’ reġistrazzjoni tal-VAT”.

Artikolu 5

Notifika ta’ partiċipazzjoni fl-iskambju ta’ informazzjoni

Kull Stat Membru għandu jinnotifika, bil-miktub, lill-Kummissjoni, fi żmien tliet xhur mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, id-deċiżjoni tiegħu, meħuda skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 1798/2003, dwar il-parteċipazzjoni tiegħu fl-iskambju ta’ informazzjoni li jappartjeni għal kategorija jew sotto-kategorija msemmija fl-Artikoli 3 u 4, fejn meħtieġ, għandu jagħti dettalji jekk biħsiebu jagħmel dan b’mod awtomatiku jew b’mod awtomatiku strutturat. Il-Kummissjoni għandha tittrażmetti din l-informazzjoni lill-Istati Membri l-oħra.

Stat Membru li aktar tard jemenda l-kategoriji jew is-sotto-kategoriji ta’ informazzjoni li hu jiskambja jew il-mod ta’ parteċipazzjoni għal dan l-iskambju ta’ informazzjoni għandu jinforma bil-miktub dwar dan lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tittrażmetti din l-informazzjoni lill-Istati Membri l-oħra.

Artikolu 6

Frekwenza tal-ibgħid tal-informazzjoni

Jekk tintuża s-sistema ta’ skambju awtomatiku, ikun hemm lok li tiġi pprovduta din l-informazzjoni:

(a)

mhux aktar tard mill-aħħar tat-tielet xahar wara s-sena kalendarja li matulha din l-informazzjoni saret disponibbli, f’dak li jirrigwarda l-kategoriji msemmija fl-Artikolu 3(1) u (3);

(b)

mhux aktar tard mill-aħħar tat-tielet xahar wara kull kwart tas-sena kalendarja li matulu din l-informazzjoni saret disponibbli, fil-każ tal-kategoriji msemmija fl-Artikolu 3(2).

L-informazzjoni relatata mal-kategoriji msemmija fl-Artikolu 3(4) u (5) jingħataw hekk kif ikunu disponobbli.

Artikolu 7

Ibgħit ta’ informazzjoni li trid tiġi mgħoddija

1.   L-informazzjoni kollha mibgħuta bil-miktub bis-saħħa tal-Artikolu 37 tar-Regolament (KE) Nru 1798/2003 tintbagħat biss, safejn hu possibbli, b’mezz elettroniku, permezz tan-netwerk tas-CCN/CSI ħlief:

(a)

għat-talba ta’ notifika msemmija fl-Artikolu 14 tar-Regolament Nru 1798/2003 u tal-Att jew tad-deċiżjoni li trid tiġi nnotifikata;

(b)

għad-dokumenti oriġinali mibgħuta bis-saħħa tal-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 1798/2003.

2.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jirrinunzjaw għall-komunikazzjoni fuq karta ta’ informazzjoni nnumerata fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1.

Artikolu 8

Valutazzjoni

Il-miżuri ta’ kooperazzjoni amministrattiva għandhom jiġi vvalutati skont l-Artikolu 35(1) tar-Regolament (KE) Nru 1798/2003, kull tliet snin li jibdew mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 9

Data statistika

Il-lista tad-data tal-istatistika msemmija fl-Artikolu 35(3) tar-Regolament (KE) Nru 1798/2003 hi ppreżentata fl-anness.

Kull Stat Membru għandu jibgħat id-data tal-istatistika lill-Kummissjoni, qabel it-30 ta’ April ta’ kull sena, jekk possibbli b’mezz elettroniku, bl-għajnuna tal-formola standard ippreżenata fl-anness.

Artikolu 10

Komunikazzjoni tad-dispożizzjonijiet nazzjonali

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta’ kull disposizzjoni tal-liġi nazzjonali, li huma japplikaw fil-qasam kopert b’dan ir-Regolament.

Il-Kummissjoni għandha tgħaddi dawn il-miżuri lill-Istati Membri l-oħra.

Artikolu 11

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament hu obbligatorju fl-elementi tiegħu kollha u japplika direttament f’kull Stat Membru.

Magħmul fi Brussell, 29 ta' Ottubru 2004.

Mill-Kummissjoni

Frederik BOLKESTEIN

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 336, 27.12.1977, p. 15. Id-Direttiva emendata l-aħħar bid-Direttiva 2004/56/KE (ĠU L 127, 29.4.2004, p. 70).

(2)   ĠU L 331, 27.12.1979, p. 11.

(3)   ĠU L 145, 13.6.1977, p. 1.


ANNESS (Artikolu 9)

Dokument standard għall-użu tal-ibgħit ta’ data mill-Istati Membri lill-Kummissjoni, imsemmi fl-Artikolu 35(3) tar-Regolament (KE) Nru 1798/2003

Stat Membru:

Sena kalendarja:

NOTI TA’ GWIDA:

Parti A. Statistika li trid tiġi analizzata mill-Istat Membru

Kaxxi Nri 1 u 2

:

Hu meħtieġ li jiġi indikat hawnhekk l-għadd tat-talbiet mibgħuta jew riċevuti minn kull Stat Membru matul is-sena kalendarja. Talba titqies biss li ntbagħtet jew li ġiet irċevuta meta d-dokumenti kollha li jakkumpanjawha jintbagħtu jew jiġu riċevuti wkoll. Kull talba għandha tissemma, anki jekk din ma tintbgħatx mill-uffiċċju ċentrali tal-koordinament innifsuh.

Kaxxa Nru 3

:

Hu meħtieġ li jiġi indikat hawnhekk l-għadd tad-drabi meta bid-dewmien jinqabeż il-limitu ta’ żmien ta’ tliet xhur matul is-sena ta’ referenza, anki jekk it-talba ntbagħtet matul is-sena preċedenti jew jekk it-tweġiba tkun għadha ma ntbagħtitx fl-aħħar tas-sena ta’ referenza. Tweġiba li tkun għadha ma ntbagħtetx sal-aħħar tas-sena segwenti ma għandhiex titqies darb’oħra fiċ-ċifri mibgħuta għall-perjodu ta’ referenza segwenti.

Kaxxa Nru 4

:

Hu meħtieġ li jiġi indikat hawnhekk l-għadd tad-drabbi meta Stat Membru partikolari jibgħat tweġiba b’dewmien ta’ xahar wara t-talba. Hu floku li jingħaddu t-tweġibiet għat-talbiet mibgħuta fis-sena preċedenti, iżda mhux dawk riċevuti fis-sena segwenti u li jikkorrispondu mat-talbiet mibgħuta matul il-perjodu ta’ referenza.

Kaxxa Nru 5

:

Hawnhekk jinħtieġ jissemma n-numru ta’ notifiki riċevuti skont l-Artikolu 10 matul is-sena ta’ referenza.

Kaxxi Nri 6 u 7

:

Hu meħtieġ li jiġi indikat hawn hekk l-għadd tat-talbiet mibgħuta jew riċevuti minn kull Stat Membru matul is-sena kalendarja. Talba tiqsies biss li ntbagħtet jew li ġiet irċevuta meta d-dokumenti kollha li jakkumpanjawha jintbagħtu jew jiġu riċevuti wkoll.

Parti B. Statistika li trid tiġi indikata globalment, mingħajr ma tiġi analizzata mill-Istat Membru

Kaxxi Nri 8 u 9

:

Hu meħtieġ li jiġi indikat hawnhekk l-għadd totali ta’ negozjanti nazzjonali li ddikjaraw li wettqu dawn it-tranżazzjonijiet tal-anqas darba matul il-perjodu ta’ referenza.

Kaxxi Nri 10 u 11

:

Iċ-ċifri indikati hawnhekk għandhom jinkludu l-verifiki ffinanzjati mill-Programm Fiscalis 2003-2007 kif ukoll il-verifiki l-oħrajn kollha (notevolment il-verifiki purament bilaterali). Il-verifiki simultanji għandhom jiġu ddikjarati matul is-sena li fiha titwettaq in-notifika prevista fl-Artikolu 13.

Kaxxi Nri 12 u 13

:

Dan l-istħarriġ amministrattiv għandhu jiġi ddikjarat matul is-sena li fiha tiġi fformulata t-talba prevista fl-Artikolu 5(3).

Kaxxa Nru 14

:

Hu meħtieġ li jiġi indikat hawnhekk l-għadd ta’ informazzjoni mibgħuta matul is-sena kalendarja mingħajr talba preliminari. Dan jinvolvi notevolment l-iskambji spontanji ta’ informazzjoni, awtomatiċi u strutturi awtomatiċi.

Parti A: statistika għal kull Stat Membru:

 

Talbiet għal informazzjoni (Artikolu 5)

Tweġibiet tard ta’ Stati Membri oħra (Artikolu 8(1))

Tweġibiet minnufih ta’ Stati Membri oħra (Artikolu 8(2))

Notifiki skont l-Artikolu 10

Talbiet għal notifika (Artikoli 14 sa 16)

Għadd ta’ talbiet riċevuti (Kaxxa Nru 1)

Għadd ta’ talbiet mibgħuta (Kaxxa Nru 2)

Għadd tad-drabi meta kien hemm dewmien ta’ aktar minn 3 xhur (Kaxxa Nru 3)

Għadd ta’ drabi meta l-limitu taż-żmien ta’ 1 xahar kien irrispettat (Kaxxa Nru 4)

Għadd ta’ notifiki riċevuti (Kaxxa Nru 5)

Għadd ta’ talbiet riċevuti (Kaxxa Nru 6)

Għadd ta’ talbiet mibgħuta (Kaxxa Nru 7)

Il-Belġju

 

 

 

 

 

 

 

Ir-Repubblika Ċeka

 

 

 

 

 

 

 

Id-Danimarka

 

 

 

 

 

 

 

Il-Ġermanja

 

 

 

 

 

 

 

L-Estonja

 

 

 

 

 

 

 

Il-Greċja

 

 

 

 

 

 

 

Spanja

 

 

 

 

 

 

 

Franza

 

 

 

 

 

 

 

L-Irlanda

 

 

 

 

 

 

 

L-Italja

 

 

 

 

 

 

 

Ċipru

 

 

 

 

 

 

 

Il-Latvja

 

 

 

 

 

 

 

Il-Litwanja

 

 

 

 

 

 

 

Il-Lussemburg

 

 

 

 

 

 

 

L-Ungerija

 

 

 

 

 

 

 

Malta

 

 

 

 

 

 

 

L-Olanda

 

 

 

 

 

 

 

L-Awstrija

 

 

 

 

 

 

 

Il-Polonja

 

 

 

 

 

 

 

Il-Portugall

 

 

 

 

 

 

 

Is-Slovenja

 

 

 

 

 

 

 

Ir-Repubblika Slovakka

 

 

 

 

 

 

 

il-Finlandja

 

 

 

 

 

 

 

L-Iżvezja

 

 

 

 

 

 

 

Ir-Renju Unit

 

 

 

 

 

 

 


Parti B: statistika globali oħra:

Statistika dwar in-negozjanti

Għadd ta’ negozjanti rreġistrati għall-finijiet tal-VAT li ddikjaraw akkwisti intra-Komunitarji (Kaxxa Nru 8)

 

Għadd ta’ negozjanti rreġistrati għall-finijiet tal-VAT li indikaw kunsinni intra-Komunitarji fid-dikjarazzjonijiet ta’ kull kwart tas-sena (Kaxxa Nru 9)

 

Statistika dwar il-verifiki u l-istħarriġ

Għadd ta’ verifiki simultanji organizzati (l-Artikoli 12 u 13) (Kaxxa Nru 10)

 

Għadd ta’ verifiki simultanji li l-Istati Membri pparteċipaw fihom (l-Artikoli 12 u 13) (Kaxxa Nru 11)

 

Għadd ta’ stħarriġ amministrattiv mitlub (l-Artikolu 5(3)) (Kaxxa Nru 12)

 

Għadd ta’ stħarriġ amministrattiv imwettaq fuq talba ta’ Stat Membru ieħor (l-Artikoli 5(3)) (Kaxxa Nru 13)

 

Statistika dwar l-iskambji ta’ informazzjoni mingħajr talba preliminari

Għadd ta’ informazzjoni mibgħuta mingħajr talba (l-Artikoli 17 sa 21) (Kaxxa Nru 14)

 

Statistika li tikkonċerna l-VIES

Perċentwali tal-każijiet li fihom in-numri tar-reġistrazzjoni għall-finijiet tal-VAT tal-klijenti ma rrispettawx ir-regoli tal-ifformular (linji inkorretti / total tal-linji) fid-data meta tiddaħħal d-data (Kaxxa Nru 15)

 

Għadd tan-numri tal-VAT fil-messaġġi O_MCTL riċevuti (Kaxxa Nru 16)

 


Top